Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura.

 

SOMMARJU TA’:

Linji gwida tal-Kummissjoni għall-għajnuna mill-Istat fis-settur ts-sajd u tal-akkwakultura.

X’INHU L-GĦAN TAL-LINJI GWIDA?

PUNTI EWLENIN

Valutazzjoni ta’ kompatibbiltà

Il-linji gwida jistipulaw kriterji biex tkun identifikata fejn għajnuna mill-Istat tista’ tkun kompatibbli mar-regoli tal-UE, speċifikament:

  • għajnuna li tiffaċilita l-iżvilupp ekonomiku fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, imma li ma taffettwax b’mod avvers il-kundizzjonijiet ta’ kummerċ sa estent kuntrarju għall-interess komuni — Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);
  • għajnuna li tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ oqsma fejn l-standard tal-għajxien hu anormalment baxx jew fejn hemm nuqqas ta’ impjieg serju — Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE;
  • għajnuna li tagħmel tajjeb għal dannu ikkawżat minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali — Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE.

Regolament (UE) 2021/1139 li jissettja l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, Sajd u Akkwakultura jeżenta ċerti pagamenti magħmula mill-Istati Membri konformi ma’ dak ir-regolament minn kontroll fuq l-għajnuna mill-Istat.

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-linji gwida japplikaw għal:

  • kull għajnuna mogħtija lis-settur tas-sajd u akkwakultura — dan jinkludi l-komponenti ta’ għajnuna reġjonali u dawk li jirrelataw mas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura;
  • skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali;
  • Il-kumpaniji indipendentiment mid-daqs.

Il-linji gwida jeskludu kumpaniji f’diffikultajiet ħlief jekk tapplika xi eċċezzjoni.

Miżuri li jmorru lil hinn minn eżenzjonijiet ta’ kategorija

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar kull pjan li jagħtu għajnuna ġdida, b’ċerti eċċezzjonijiet:

  • U jikkonformaw mar-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija;
  • Għajnuna fil-mira li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tar-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija, inklużi
    • Għajnuna għal taħriġ;
    • Għajnuna għall-aċċess għal finanzjament ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).
    • għajnuna fil-qasam tar-riċerka u żvilupp;
    • għajnuna għall-innovazzjoni għal SMEs;
    • għajnuna għal ħaddiema żvantaġġjati u ħaddiema b’diżabbiltà;
    • għajnuna għall-investiment reġjonali u f’reġjuni ultraperifiċi, u
    • għajnuna li tinvolvi prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU;
  • għajnuna de minimis (ammonti żgħar ta’ għajnuna mill-Istat) li jikkonformaw ma’ Regolament (UE) Nru 717/2014 kif emendat minn Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2391 (ara s-sommarju).

Linji gwida riveduti

Il-linji gwida riveduti jistipulaw r-regoli ta’ valutazzjoni tal-kompatibbiltà fid-dettall u jelenkaw il-kategoriji ta’ għajnuna li trid tkun ivvalutata. Dawn jistgħu jinkludu xi tibdil sinifikanti:

  • Regoli usa’ li jkollhom fil-mira mard tal-annimali fl-akkwakultura — li jippermettu li l-għajnuna tingħata għal mard emerġenti u biex jindirizzaw speċjejiet invażivi;
  • Kategoriji ġodda ta’ għajnuna bħal għajnuna għal miżuri għal flotta u ta’ waqfien u għajnuna għal investimenti f’tagħmir tas-sikurezza għal vetturi tas-sajd fir-reġjunijiet ultraperifiċi tal-UE.

Regoli proċedurali

  • Il-Kummissjoni ser tawtorizza biss skemi ta’ għajnuna għal durata limitata. Skemi ta’ għajnuna fil-prinċipju m’għandhomx japplikaw għal aktar minn 7 snin.
  • Skemi b’baġit ta’ għajnuna mill-Istat jew nefqa b’kont ta’ aktar minn €150 miljun f’sena tali jew ta’ €750 miljun aktar mid-durata totali jridu jagħmlu evalwazzjoni ex-post
  • l-Istati Membri jridu jżommu rekords dettaljati ta’ kull miżura tal-għajnuna u jipprovdu rapporti annwali lill-Kummissjoni.

MINN META JAPPLIKAW IL-LINJI GWIDA?

Il-linji gwida ilhom japplikaw mill-1 ta’ April 2023.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Il-Komunikazzjoni mill-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 107, 23.3.2023, pp. 1–48).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2473 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 21.12.2022, pp. 82–139).

Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1–49).

Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, pp. 30–89).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, pp. 45–54).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 717/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, pp. 22–61).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 10.01.2024

Top