EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2018/067/09

Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 568)

ĠU C 67, 22.2.2018, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/9


Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 568)

(2018/C 67/09)

Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed iniedi s-sejħa għall-proposti li ġejja sabiex jingħataw għotjiet għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-Programm ta’ Ħidma tal-2018 fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020.

Qed jintlaqgħu l-proposti għal dawn it-tliet oqsma ta’ sejħiet:

 

CEF-TC-2018-1: l-identifikazzjoni elettronika (eID) u l-Firma Elettronika (eSignature)

 

CEF-TC-2018-1: Europeana

 

CEF-TC-2018-1: Internet aktar sikur

Il-baġit indikattiv totali disponibbli għall-proposti magħżula fl-ambitu ta’ dawn is-sejħiet huwa ta’ EUR 30 miljun.

L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija l-15 ta’ Mejju 2018.

Id-dokumentazzjoni rispettiva tas-sejħa tinsab fuq is-sit web tat-Telekomunikazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/2018-cef-telecom-calls-proposals


Top