EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/009/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8207 — Emerson Electric/Pentair valves and controls business) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 9, 12.1.2017, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/41


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8207 — Emerson Electric/Pentair valves and controls business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 9/11)

1.

Fit-3 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Emerson Electric Company (“Emerson”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tan-negozju tal-valvi u r-regolaturi ta’ Pentair plc (“Pentair”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Emerson: żvilupp u forniment ta’ teknologija u prodotti tal-inġinerija fin-negozji tal-Ġestjoni tal-Proċessi, l-Awtomazzjoni Industrijali, Network Power, it-Teknoloġiji tal-Klima u Soluzzjoni Kummerċjali u Residenzjali. Emerson hija manifattur ta’ valvijiet, regolaturi, prodotti ta’ strumentazzjoni u awtomatizzazzjoni f’firxa wiesgħa ta’ setturi industrijali. Emerson hija attiva fil-livell dinji.

—   għal Pentair valves and controls business: disinn, manifattura, distribuzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u manutenzjoni ta’ valvi, valvi azzjonaturi, strumentazzjoni u awtomazzjoni fi proġetti industrijali u tal-enerġija madwar id-dinja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permez tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8207 — Emerson Electric/Pentair valves and controls business, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top