EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/373/06

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 373, 21.12.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/10


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2011/C 373/06

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2, maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti tal-euro l-ġodda kollha sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsubin għaċ-ċirkulazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, partikolarment bil-kundizzjoni li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ: Il-Lussemburgu

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Gran Duka Henri u l-Gran Duka Guillaume IV mis-sensiela “d-dinastija tal-Gran Dukat”

Deskrizzjoni tad-disinn: Fuq in-naħa tax-xellug tal-parti ta' ġewwa, il-munita turi xbieha tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, iħares lejn il-lemin, u sovraposta fuq ix-xbieha tal-Gran Duka Guillaume IV, iħares lejn il-lemin. Il-kliem “GRANDS-DUCS DE LUXEMBOURG” u s-sena “2012”, maġenb il-marka taz-zekka u l-inizjali tas-suprintendent taz-zekka jidhru fuq ix-xbihat fil-parti ta' ġewwa tal-munita. Quddiem ix-xbihat, bħala sfond jidher il-profil tal-Belt tal-Lussemburgu L-ismijiet “HENRI” u “GUILLAUME IV” kif ukoll it-test “† 1912” jinsabu taħt ix-xbihat rispettivi tagħhom.

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 1,4 miljuni

Data tal-ħruġ: Jannar 2012


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top