EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0292

Kawża C-292/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrijali tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija) fl-10 ta’ April 2019 — PORR Építési Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

ĠU C 220, 1.7.2019, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrijali tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija) fl-10 ta’ April 2019 — PORR Építési Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-292/19)

(2019/C 220/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PORR Építési Kft.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 90(1) u (2) tad-Direttiva dwar il-VAT (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT meta l-persuna taxxabbli tkun tista’ tipprova li hija definittivament ma rċevitx, totalment jew parzjalment, il-korrispettiv tat-tranżazzjoni li wettqet?

2)

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’teħid inkunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-punt 23 tas-sentenza Almos [C-337/13], tal-punti 20 sa 29 tas-sentenza Di Maura [C-246/16] u — b’analoġija — tal-punti 31 sa 45 tas-sentenza T-2 [C-396/16], għandha tiġi interpretata fis-sens li, mill-perspettiva tal-obbligu tal-Istat Membru, previst fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, relattiv għat-tnaqqis a posteriori tal-valur taxxabbli, għandha ssir distinzjoni bejn il-każ tan-nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-korrispettiv mix-xerrej, li fih l-Istat Membru jista’ juża l-possibbiltà ta’ deroga prevista fl-Artikolu 90(2), u t-tieni każ, li jikkorrispondi għas-sitwazzjoni fejn il-kreditu tal-bejjiegħ issir definittivament irrekuperabbli, li fih din il-possibbiltà hija eskluża u l-Istat Membru għandu fi kwalunkwe każ l-obbligu li jippermetti t-tnaqqis a posteriori tal-valur taxxabbli?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


Top