EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0250

Kawża C-250/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (Il-Portugall) fit-12 ta’ Mejju 2017 – Virgílio Tarragó da Silveira vs Massa Insolvente da Espírito Santo Financial Group, SA

OJ C 239, 24.7.2017, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (Il-Portugall) fit-12 ta’ Mejju 2017 – Virgílio Tarragó da Silveira vs Massa Insolvente da Espírito Santo Financial Group, SA

(Kawża C-250/17)

(2017/C 239/38)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Virgílio Tarragó da Silveira

Konvenuta: Massa Insolvente da Espírito Santo Financial Group, SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 (1), tad-29 ta’ Mejju, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi fid-dispożizzjonijiet tiegħu azzjoni pendenti f’qorti ta’ Stat Membru għall-kundanna ta’ debitur f’obbligu ta’ ħlas ta’ ammont pekunjarju, dovut taħt kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, u għall-kundanna għall-ħlas ta’ kumpens pekunjarju minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-imsemmi obbligu, fid-dawl tal-fatt li: (i) id-debitur ġie ddikjarat insolventi fi proċedura miftuħa f’qorti ta’ Stat Membru ieħor; u (ii) id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza tinkludi l-patrimonju kollu tad-debitur?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).


Top