EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0166

Kawża T-166/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Gramberg vs EUIPO – Mahdavi Sabet (Għata għal telefon ċellulari) (“Disinn Komunitarju — Proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għata għal telefon ċellulari — Żvelar tad-disinn — Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”)

OJ C 134, 16.4.2018, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Gramberg vs EUIPO – Mahdavi Sabet (Għata għal telefon ċellulari)

(Kawża T-166/15) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għata għal telefon ċellulari - Żvelar tad-disinn - Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”))

(2018/C 134/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Claus Gramberg (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Kettler, sussegwentement F. Klopmeier u G. Becker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sorouch Mahdavi Sabet (Pariġi, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Jannar 2015 (Każ R 460/2013-3), dwar talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn C. Gramberg u S. Mahdavi Sabet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Jannar 2015 (Każ R 460/2013-3) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess u dawk sostnuti minn Claus Gramberg, inkluż l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015.


Top