EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0539

Kawża C-539/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 22 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Employment Tribunal, Nottingham – ir-Renju Unit) – Z.J.R. Lock vs British Gas Trading Limited et (Politika soċjali — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE — Dritt għal-leave annwali mħallas — Kompożizzjoni tar-remunerazzjoni — Salarju bażiku u kummissjoni skont id-dħul mill-bejgħ imwettaq)

ĠU C 253, 4.8.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Employment Tribunal, Nottingham – ir-Renju Unit) – Z.J.R. Lock vs British Gas Trading Limited et

(Kawża C-539/12) (1)

((Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali mħallas - Kompożizzjoni tar-remunerazzjoni - Salarju bażiku u kummissjoni skont id-dħul mill-bejgħ imwettaq))

2014/C 253/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Employment Tribunal, Nottingham

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Z.J.R. Lock

Konvenuti: British Gas Trading Limited et

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Employment Tribunal, Leicester – Ir-Renju Unit – Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197) kif emendata bid-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) – Konsulent li jirċievi salarju bażiku flimkien ma’ primjums mensili skont id-dħul mill-bejgħ li jkun sar u n-numru ta’ kuntratti ta’ bejgħ konklużi, imħallsa meta jiskadi ż-żmien – Kontinwazzjoni tas-salarju bażiku matul il-leave annwali, iżda mhux tal-primjums, ħlief għal dawk marbuta mal-provvisti li jsiru qabel il-leave.

Dispożittiv

1)

Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet u prattiki nazzjonali li jipprovdu li ħaddiem li r-remunerazzjoni tiegħu tikkonsisti, minn naħa waħda, f’salarju bażiku u, min-naħa l-oħra, f’kummissjoni li l-ammont tagħha huwa stabbilit b’riferiment għall-kuntratti konklużi mill-persuna li timpjega li huma riżultat tal-bejgħ imwettaq minn dan il-ħaddiem, għandu dritt biss, fuq il-bażi tal-leave annwali mħallas tiegħu, għal remunerazzjoni li tikkonsisti esklużivament fis-salarju bażiku tiegħu.

2)

Il-metodi ta’ kalkolu tal-kummissjoni li għaliha ħaddiem, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, għandu dritt fuq il-bażi tal-leave annwali tiegħu għandhom jiġu evalwati mill-qorti nazzjonali, fuq il-bażi tar-regoli u tal-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-għan imfittex mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88.


(1)  ĠU C 46, 16.02.2013.


Top