EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1197

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1197 tat-3 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/340/UE dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju skont id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE fir-rigward tal-ispezzjoni tal-għelieqi taħt superviżjoni uffiċjali għaż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa mrobbija ta' ġenerazzjonijiet li ġew qabel iż-żerriegħa bażika (notifikata bid-dokument C(2017) 4442) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/4442

OJ L 172, 5.7.2017, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/1197/oj

5.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/30


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1197

tat-3 ta' Lulju 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/340/UE dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju skont id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE fir-rigward tal-ispezzjoni tal-għelieqi taħt superviżjoni uffiċjali għaż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa mrobbija ta' ġenerazzjonijiet li ġew qabel iż-żerriegħa bażika

(notifikata bid-dokument C(2017) 4442)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/340/UE (6) tistabbilixxi l-organizzazzjoni, sal-31 ta' Diċembru 2017 ta' esperiment temporanju li kwalunkwe Stat Membru jista' jipparteċipa fiha, u li tippermetti li wieħed jagħżel bejn spezzjonijiet uffiċjali tal-għelieqi u spezzjonijiet tal-għelieqi taħt superviżjoni uffiċjali għaż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa mrobbija ta' ġenerazzjonijiet li ġew qabel iż-żerriegħa bażika skont id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE.

(2)

Il-valutazzjoni dwar jekk l-għażla bejn l-ispezzjonijiet uffiċjali tal-għelieqi u l-ispezzjonijiet tal-għelieqi taħt superviżjoni uffiċjali tista' tikkostitwixxi alternattiva aħjar mir-rekwiżit tal-ispezzjonijiet uffiċjali tal-għelieqi għaż-żerriegħa bażika u għaż-żerriegħa mrobbija ta' ġenerazzjonijiet li ġew qabel iż-żerriegħa bażika, għadha ma ġietx iffinalizzata għax għad trid tinġabar aktar dejta biex jiġi ffinalizzat l-esperiment, b'mod partikolari fuq l-inqas livell ta' ttestjar tal-verifika uffiċjali. Għalhekk jeħtieġ jiġi estiż it-tul taż-żmien tal-esperiment temporanju.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/340/UE, id-data “il-31 ta' Diċembru 2017” tinbidel bid-data “il-31 ta' Diċembru 2019”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(3)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12.

(4)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(5)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/340/UE dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju skont id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE fir-rigward tal-ispezzjoni tal-għelieqi taħt superviżjoni uffiċjali għaż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa mrobbija ta' ġenerazzjonijiet li ġew qabel iż-żerriegħa bażika (ĠU L 166, 27.6.2012, p. 90).


Top