EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0800

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/800 tat-8 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi TRACES (notifikata bid-dokument C(2017) 2899) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/2899

ĠU L 120, 11.5.2017, p. 22–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/800/oj

11.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/800

tat-8 ta' Mejju 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi TRACES

(notifikata bid-dokument C(2017) 2899)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Dik il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara komunikazzjoni minn Spanja, il-kategorija annimali oħrajn għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Alicante għandha tiġi ristretta għall-annimali żgħar. Għalhekk, fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tinżied in-nota tal-qiegħ (10) mal-kategorija O ta' dak il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera.

(3)

Wara komunikazzjoni minn Franza, l-approvazzjoni tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Lyon-Saint Exupéry għandha titwessa' biex tinkludi l-equidae. Għalhekk, l-annotazzjoni dwar dak il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandha tiġi emendata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(4)

In-Netherlands ikkomunika li ċentru tal-ispezzjoni fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta' Amsterdam għandu jitħassar u li ċentru ta' spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta' Rotterdam għandu jitressaq għal pożizzjoni ġdida. Għalhekk, l-annotazzjonijiet dwar dawk il-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

(6)

Wara komunikazzjoni mill-Irlanda, mill-Italja u mill-Awstrija, għandhom isiru l-bidliet fil-lista ta' unitajiet lokali fi Traces dwar dawk il-pajjiżi stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(7)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-parti li tikkonċerna lil Spanja, l-annotazzjoni dwar l-ajruport ta' Alicante tinbidel b'din li ġejja:

“Alicante

ES ALC 4

A

 

HC(2), NHC(2)

O(10)”

(b)

fil-parti li tikkonċerna lil Franza, l-annotazzjoni dwar l-ajruport ta' Lyon-Saint Exupéry tinbidel b'li ġejja:

“Lyon-Saint Exupéry

FR LIO 4

A

 

HC-T(1), HC-NT, NHC

E”

(c)

il-parti li tikkonċerna lin-Netherlands hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni dwar il-port ta' Amsterdam tinbidel b'din li ġejja:

“Amsterdam

NL AMS 1

P

Cornelis Vrolijk

HC-T(FR)(2)(3)

 

Daalimpex, Velsen

HC-T

 

PCA

HC(2), NHC(2)

 

Kloosterboer Ijmuiden

HC-T(FR)

 

Blankendaal Coldstores, Velsen

HC-T(FR)(2)”

 

(ii)

l-annotazzjoni dwar il-port ta' Rotterdam tinbidel b'din li ġejja:

“Rotterdam

NL RTM 1

P

Eurofrigo Karimatastraat

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Eurofrigo, Abel Tasmanstraat

HC

 

Frigocare Rotterdam B.V.

HC(2)

 

Agro Merchants Maasvlakte B.V.

HC(2), NHC(2)

 

Kloosterboer Delta Terminal

HC(2)

 

Maastank B.V.

NHC-NT(6)”

 

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti li tikkonċerna lill-Irlanda, l-annotazzjonijiet dwar l-unitajiet lokali “IE00400 CORK CITY” u “IE10400 CLONAKILTY” jinbidlu b'din li ġejja:

“IE00400

CORK”

(b)

il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00020 SARDEGNA” jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“IT00020 SARDEGNA

IT00120

AZIENDA PER LA TUTELA DELLA SALUTE”

(ii)

l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00005 VENETO” jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“IT00005 VENETO

IT00105

AZIENDA ULSS N. 1 DOLOMITI

IT00305

AZIENDA ULSS N. 7 PEDEMONTANA

IT00605

AZIENDA ULSS N. 8 BERICA

IT00905

AZIENDA ULSS N. 2 MARCA TREVIGIANA

IT01005

AZIENDA ULSS N. 4 VENETO ORIENTALE

IT01205

AZIENDA ULSS N. 3 SERENISSIMA

IT01605

AZIENDA ULSS N. 6 EUGANEA

IT01805

AZIENDA ULSS N. 5 POLESANA

IT02005

AZIENDA ULSS N. 9 SCALIGERA”

(c)

fil-parti li tikkonċerna l-Awstrija, l-annotazzjoni għall-unità lokali “AT00324 WIEN UMGEBUNG” titħassar.


Top