EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0357

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal- 5 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

ĠU L 62, 6.3.2015, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/357/oj

6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/357

tal-5 ta' Marzu 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

(2)

Fuq il-bażi ta' rieżami mill-Kunsill, l-entrati għal tmintax-il persuna għandhom jiġu emendati.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REIZNIECE-OZOLA


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Viktor Fedorovych Yanukovych

(Віктор Федорович Янукович),

Viktor Fedorovich Yanukovich

(Виктор Фёдорович Янукович)

imwieled fid-9 ta' Lulju 1950f'Yenakiieve (Donetsk oblast), eks President tal-Ukrajna

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

2.

Vitalii Yuriyovych Zakharchenko

(Віталій Юрійович Захарченко),

Vitaliy Yurievich Zakharchenko

(Виталий Юрьевич Захарченко)

imwieled fl-20 ta' Jannar 1963, f'Kostiantynivka (Donetsk oblast) eks Ministru għall-Affarijiet Interni

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

3.

Viktor Pavlovych Pshonka

(Віктор Павлович Пшонка)

imwieled fis-6 ta' Frar 1954 f'Serhiyivka (Donetsk oblast), eks Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

4.

Olena Leonidivna Lukash

(Олена Леонідівна Лукаш),

Elena Leonidovna Lukash

(Елена Леонидовна Лукаш)

imwielda fit-12 ta' Novembru 1976 f'Rîbnița (il-Moldova), eks Ministru għall-Ġustizzja

Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet mill-awtoritajiet Ukreni għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għaliha nnifisha jew għal terza parti u li b'hekk ikkawżat telf ta' fondi pubbliċi Ukreni.

6.3.2014

5.

Andrii Petrovych Kliuiev

(Андрій Петрович Клюєв),

Andriy Petrovych Klyuyev

imwieled fit-12 ta' Awwissu 1964 f'Donetsk, eks-Kap tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Ukrajna

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u b'rabta mal-abbuż tal-uffiċċju minn uffiċjal b'kariga pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti, u b'hekk ikkawża telf għall-baġit jew l-assi pubbliċi Ukreni.

6.3.2014

6.

Viktor Ivanovych Ratushniak

(Віктор Іванович Ратушняк)

imwieled fis-16 ta' Ottubru 1959, eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan

6.3.2014

7.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych

(Олександр Вікторович Янукович)

imwieled fl-10 ta' Lulju 1973f'Yenakiieve (Donetsk oblast), iben l-eks President, negozjant

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

8.

Viktor Viktorovych Yanukovych

(Віктор Вікторович Янукович)

imwieled fis-16 ta' Lulju 1981f'Yenakiieve (Donetsk oblast), iben l-eks President, Membru tal-Verkhovna Rada tal-Ukrajna

Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. Persuna assoċjata ma' persuna identifikata (l-eks President tal-Ukrajna, Viktor Fedorovych Yanukovyich) soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

9.

Artem Viktorovych Pshonka

(Артем Вікторович Пшонка)

imwieled fid-19 ta' Marzu 1976f'Kramatorsk (Donetsk oblast), iben l-eks Prosekutur Ġenerali, Viċi Kap tal-fazzjoni tal-Partit tar-Reġjuni fil-Verkhovna Rada tal-Ukrajna

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan.

6.3.2014

10.

Serhii Petrovych Kliuiev

(Сергій Петрович Клюєв),

Serhiy Petrovych Klyuyev

imwieled fid-19 ta' Awwissu 1969 f'Donetsk, ħu s-Sur Andrii Kliuiev, negozjant

Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u fl-abbuż tal-uffiċċju pubbliku bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. Persuna assoċjata ma' persuna identifikata (Andrii Petrovych Kliuiev) soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi

6.3.2014

11.

Mykola Yanovych Azarov

(Микола Янович Азаров),

Nikolai Yanovich Azarov

(Николай Янович Азаров)

imwieled fis-17 ta' Diċembru 1947 f' Kaluga (ir-Russja), Prim Ministru tal-Ukrajna sa Jannar 2014

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

12.

Serhiy Vitaliyovych Kurchenko

(Сергій Віталійович Курченко)

imwieled fil-21 ta' Settembru 1985 f' Kharkiv, negozjant

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

13.

Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk

(Дмитро Володимирович Табачник)

imwieled fit-28 ta' Novembru 1963 fi Kiev, eks Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza

Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni.

6.3.2014

14.

Raisa Vasylivna Bohatyriova

(Раїса Василівна Богатирьова),

Raisa Vasilievna Bogatyreva

(Раиса Васильевна Богатырёва)

imwielda fis-6 ta' Jannar 1953 f'Bakal (Chelyabinsk oblast, ir-Russja), eks Ministru għas-Saħħa

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi

6.3.2014

15.

Serhiy Hennadiyovych Arbuzov

(Сергій Геннадійович Арбузов),

Sergei Gennadievich Arbuzov

(Сергей Геннадиевич Арбузов)

imwieled fl-24 ta' Marzu 1976f'Donetsk, eks Prim Ministru tal-Ukrajna

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

15.4.2014

16.

Yuriy Volodymyrovych Ivanyushchenko

(Юрій Володимирович Іванющенко)

imwieled fil-21 ta' Frar 1959f'Yenakiieve (Donetsk oblast), Membru Parlamentari tal-Partit tar-Reġjuni

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi

15.4.2014

17.

Oleksandr Viktorovych Klymenko

(Олександр Вікторович Клименко)

imwieled fis-16 ta' Novembru 1980 f'Makiivka (Donetsk oblast), eks Ministru għad-Dħul u l-Ħlasijiet

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni.

15.4.2014

18.

Edward Stavytskyi,

Eduard Anatoliyovych Stavytsky

(Едуард Анатолійович Ставицький)

imwieled fl-4 ta' Ottubru 1972 f' Lebedyn (Sumy oblast), eks Ministru għall-Karburanti u l-Enerġija tal-Ukrajna

Irrappurtat li hu residenti f'Iżrael. Madankollu, għadu fil-pussess taċ-ċittadinanza Ukrajna tiegħu

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

15.4.2014”


Top