EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0298

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 298/2014 tal- 21 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tad-diidroġenudifosfat tal-manjeżju biex jintuża bħala aġent levitanti u regolatur tal-aċidità Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 89, 25.3.2014, p. 36–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/298/oj

25.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 298/2014

tal-21 ta’ Marzu 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tad-diidroġenudifosfat tal-manjeżju biex jintuża bħala aġent levitanti u regolatur tal-aċidità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Il-lista tal-Unjoni u l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, b’inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li tkun saret talba.

(4)

Fis-7 ta' April 2011 tressqet applikazzjoni għall-użu tad-diidroġenudifosfat tal-manjeżju bħala aġent levitanti u regolatur tal-aċidità f’ċerti kategoriji tal-ikel, u saret disponibbli għall-Istati Membri.

(5)

L-aċidu fosforiku — fosfati — di — tri- u l-polifosfati (E 338 -452) huma awtorizzati għall-użu fi prodotti fini tal-forn bħala aġenti levitanti. Id-difosfati (E 450), speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 231/2012, jistgħu jintużaw bħala alternattiva għall-Fosfat tal-aluminju tas-sodju (E541) biex b’hekk jitnaqqas il-kontenut tal-aluminju fl-ikel ipproċessat. Id-difosfati speċifikati bħalissa jħallu togħma astrinġenti ("togħma-piro") u jistgħu jikkontribwixxu għall-kontenut totali ta' sodju fl-ikel.

(6)

L-ispeċifikazzjonijiet għad-diidroġenudifosfat tal-manjeżju għandhom jiġu stipulati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, peress li s-sustanza tista’ tintuża bħala alternattiva għal difosfati oħra sabiex titnaqqas it-"togħma-piro" u biex ma jiżdiedx il-livell tas-sodju fl-ikel. Għaldaqstant, l-użu tad-diidroġenudifosfat tal-manjeżju għandu jiġi awtorizzat fil-kategoriji 6.2.1: Dqiq, dqiq li jikber minnu nnifsu biss; 6.5: Taljarini; 6.6: Panuri; 7.1: Ħobż u bziezen u 7.2: Prodotti fini tal-forn. In-numru E 450 (ix) għandu jiġi assenjat lid-diidroġenudifosfat tal-manjeżju.

(7)

Sustanzi simili, b’kontenut ta' manjeżju li huwa ugwali jew ogħla meta mqabbel mad-diidroġenudifosfat tal-manjeżju, il-melħ tal-monomanjeżju u tal-manjeżju dibażiku tal-aċidu ortofosforiku (E343i; E343ii) huma diġà awtorizzati għall-użu fl-istess kategoriji tal-ikel. L-inklużjoni tad-diidroġenudifosfat tal-manjeżju bħala difosfat alternattiv fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 u l-użu sussegwenti tiegħu f’oġġetti tal-ikel mhijiex se tirriżulta f’żieda fil-konsum tal-fosfru jew tal-manjeżju. Għaldaqstant, l-istabbiliment tal-ispeċifikazzjoni u tal-awtorizzazzjoni speċifika tal-użu tad-diidroġenudifosfat tal-manjeżju (E 450 (ix)) bħala aġent levitanti u regolatur tal-aċidità mhuwiex meqjus bħala ta’ tħassib għas-sikurezza.

(8)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-inklużjoni tad-diidroġenudifosfat tal-manjeżju fl-Anness tar-Regolament tal-KE 231/2012 u l-awtorizzazzjoni tal-użu tad-diidroġenudifosfat tal-manjeżju (E 450 (ix)) bħala aġent levitanti mhumiex meqjusa ta' tħassib għas-sikurezza, m'hemmx għalfejn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

(9)

Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Annes II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1)


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-tabella fil-punt (l) tal-Parti C, tinbidel bit-tabella li ġejja:

“Numru -E

Isem

E 338

Aċidu fosforiku

E 339

Fosfati tas-sodju

E 340

Fosfati tal-potassju

E 341

Fosfati tal-kalċju

E 343

Fosfati tal-manjeżju

E 450

Difosfati (1)

E451

Trifosfati

E 452

Polifosfati

(2)

Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-kategorija 06.2.1 “Dqiq”, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-E 338 - 452:

 

“E 450 (ix)

Diidroġenudifosfat tal-manjeżju

15 000

(4)(81)

Dqiq li jikber minnu nnifsu biss

 

(81) l-ammont totali tal-fosfati ma għandux jaqbeż il-livell massimu għall-E 338 - 452”

(b)

Fil-kategorija 06.5 “Taljarini”, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-E 338 - 452:

 

“E 450 (ix)

Diidroġenudifosfat tal-manjeżju

2 000

(4)(81)

 

 

(81) l-ammont totali tal-fosfati ma għandux jaqbeż il-livell massimu għall-E 338 - 452”

(c)

Fil-kategorija 06.6 “Panuri”, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-E 338 - 452:

 

“E 450 (ix)

Diidroġenudifosfat tal-manjeżju

12 000

(4)(81)

 

 

(81) l-ammont totali tal-fosfati ma għandux jaqbeż il-livell massimu għall-E 338 - 452”

(d)

Fil-kategorija 07.1 “Ħobż u bziezen”, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-E 338 - 452:

 

“E 450 (ix)

Diidroġenudifosfat tal-manjeżju

15 000

(4)(81)

Għaġina tal-pizza (iffriżata jew imkessħa) biss u ‘tortilla’ ”

(e)

Fil-kategorija 07.2 “Prodott fin tal-forn”, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-E 338 - 452:

 

“E 450 (ix)

Diidroġenudifosfat tal-manjeżju

15 000

(4)(81)

 

 

(81) l-ammont totali tal-fosfati ma għandux jaqbeż il-livell massimu għall-E 338 - 452”


(1)  E 450 (ix) mhuwiex inkluż”


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel E 450 (vii):

E 450(ix) DIIDROĠENUDIFOSFAT TAL-MANJEŻJU

Sinonimi

Pirofosfat tal-aċidu tal-manjeżju, diidroġenupirofosfat tal-monomanjeżju; difosfat tal-manjeżju, pirofosfat tal-manjeżju

Definizzjoni

Id-diidroġenudifosfat tal-manjeżju huwa l-melħ aċiduż tal-manjeżju tal-aċidu difosforiku. Huwa manifatturat billi tiżdied bil-mod dispersjoni bl-ilma tal-idrossidu tal-manjeżju mal-aċidu fosforiku, sakemm jintlaħaq proporzjon molari ta' madwar 1:2 bejn Mg u P. It-temperatura tinżamm taħt 60 °C matul ir-reazzjoni. Jiżdied madwar 0.1 % perossidu tal-idroġenu mat-taħlita ta' reazzjoni u s-sospensjoni magħquda tissaħħan u tiġi mitħuna.

EINECS

244-016-8

Isem kimiku

Diidroġenudifosfat tal-monomanjeżju

Formula kimika

MgH2P2O7

Piż Molekolari:

200,25

Test

Il-kontenut ta' P2O5 mhux inqas minn 68,0 % u mhux aktar minn 70,5 % espress bħala P2O5

Il-kontenut ta' MgO mhux inqas minn 18,0 % u mhux iktar minn 20,5 % espress bħala MgO

Deskrizzjoni

Kristalli jew trab bojod

Identifikazzjoni

 

Solubbiltà

Ftit solubbli fl-ilma, prattikament insolubbli fl-etanol

Id-daqs tal-partiċella:

Id-daqs medju ta' partiċella se jvarja bejn 10 u 50 μm

Purità

 

Telf fit-tqabbid

Mhux aktar minn 12 % (800 °C, 0,5 sigħat)

Fluworidu

Mhux aktar minn 20 mg/kg (espress bħala fluworu)

Aluminju

Mhux iktar minn 50 mg/kg

Arseniku

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux iktar minn 1 mg/kg.

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg”


Top