EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1018

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2012 tal- 5 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 209/2008, (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 316/2003, (KE) Nru 1811/2005, (KE) Nru 1288/2004, (KE) Nru 2148/2004, (KE) Nru 1137/2007, (KE) Nru 1293/2008, (KE) Nru 226/2007, (KE) Nru 1444/2006, (KE) Nru 1876/2006, (KE) Nru 1847/2003, (KE) Nru 2036/2005, (KE) Nru 492/2006, (KE) Nru 1200/2005, u (KE) Nru 1520/2007 rigward il-kontenut massimu ta’ ċerti mikro-organiżmi fl-għalf komplut Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 307, 7.11.2012, p. 56–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1018/oj

7.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/56


REGOLAMENT ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2012

tal-5 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 209/2008, (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 316/2003, (KE) Nru 1811/2005, (KE) Nru 1288/2004, (KE) Nru 2148/2004, (KE) Nru 1137/2007, (KE) Nru 1293/2008, (KE) Nru 226/2007, (KE) Nru 1444/2006, (KE) Nru 1876/2006, (KE) Nru 1847/2003, (KE) Nru 2036/2005, (KE) Nru 492/2006, (KE) Nru 1200/2005, u (KE) Nru 1520/2007 rigward il-kontenut massimu ta’ ċerti mikro-organiżmi fl-għalf komplut

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1), (2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-użu ta’ Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzaturi għall-flora fil-musrana” kien awtorizzat għal għaxar snin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009 (2) għall-bufli tal-ħalib, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 għall-ħrief għat-tismin (3), bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 għall-mogħoż u n-nagħaġ tal-ħalib (4), bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2007 għaż-żwiemel (5), u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008 (6) għall-ħnieżer għat-tismin. Huwa ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2003 (7) għal baqar għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (8) għall-baqar imrobbija għall-ħalib, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (9) għal ħnieżer nisa, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (10) għall-ħnienes miftuma.

(2)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjonijiet pproponiet li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet ta’ Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 kif stabbilit fir-Regolamenti msemmija fil-premessa 1.

(3)

L-użu ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali stabbilizzanti għall-flora li jkun hemm fil-musrana kien awtorizzat għal 10 snin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 (11) għat-tiġieġ għat-tismin.

(4)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjonijiet ippropona li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 kif stabbilit fir-Regolamenti msemmija fil-premessa 3.

(5)

L-opinjonijiet adottati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Siġurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar l-użu ta’ ċerti mikro-organiżmi fl-għalf kienu bbażati fuq l-istatus ta’ Preżunzjoni ta’ Sikurezza Kwalifikata (QPS) tal-mikro-organiżmi kkonċernati (“Opinjoni xjentifika dwar iż-żamma tal-lista ta’ aġenti bijoloġiċi tal-QPS miżjuda intenzjonalment mal-ikel u l-għalf (aġġornament tal-2011)” (12)) Id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet pproponew li titħassar il-limitazzjoni dwar il-kontenut massimu tal-mikro-organiżmi Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 u Bacillus subtilis DSM 17299 fl-għalf komplut, fuq il-bażi li d-dożi massimi ma kinux konsistenti mal-approċċ tal-QPS.

(6)

Sabiex jiġi evitat tagħwiġ fis-suq huwa xieraq li titħassar il-limitazzjoni fir-rigward tal-kontenut massimu wkoll fir-rigward ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ mikro-organiżmi oħra li jkollhom l-istess status tal-QPS.

(7)

Skont l-Artikolu 13(1) l-Awtorità ntalbet tipprovdi opinjoni dwar il-possibbiltà li jiħassar il-kontenut massimu għal mikroorganiżmi oħra li jkollhom l-istess status tal-QPS: Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 awtorizzat għal għaxar snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 (13) għal ħrief, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 (14) għall-mogħoż u n-nagħaġ tal-ħalib u mingħajr limitu ta’ żmien mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (15) għal baqar tal-ħalib u baqar għat-tismin; Is-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1847/2003 (16) għal ħnienes u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (17) għall-ħnieżer nisa; Is-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 għall-għoġġiela u baqar għat-tismin u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (18) għall-baqar tal-ħalib; Is-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006 (19) għal baqar għat-tismin; Il-Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 awtorizzat għal 10 snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 (20) għat-tiġieġ għat-tismin; Il-Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/4R awtorizzata għal erba’ snin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1876/2006 (21) għat-tiġieġ u d-dundjani għat-tismin u tiġieġ li jbidu u mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006 għal ħnienes miftuma; Il-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 għat-tiġieġ għat-tismin u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 għall-ħnieżer għat-tismin; Il-Lactobacillus acidophilus D2/CSL CECT 4529 awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007 (22) għat-tiġieġ li jbidu; Il-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) awtorizzat għal 10 snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 (23) għat-tiġieġ għat-tismin.

(8)

L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-24 ta’ April 2012 (24) li l-istabbiliment ta’ kontenut massimu ta’ Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47, Bacillus subtilis DSM 17299, Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077, Saccharomyces cerevisiae CNCM -1079, Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94, Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885, Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940, Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/4R, Pediococcus acidilactici CNCM ma18/5M, Lactobacillus acidophilus D2/CSL cect4529, u Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) fl-għalf komplet ma toffri l-ebda grad addizzjonali ta’ sikurezza għall-annimali u l-konsumaturi mmirati. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġunijiet biex jinżamm il-kontenut massimu għalihom.

(9)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kienu sodisfatti.

(10)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 209/2008, (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 316/2003, (KE) Nru 1811/2005, (KE) Nru 1288/2004, (KE) Nru 2148/2004, (KE) Nru 1137/2007, (KE) Nru 1293/2008, (KE) Nru 226/2007, (KE) Nru 1444/2006, (KE) Nru 1876/2006, (KE) Nru 1847/2003, (KE) Nru 2036/2005, (KE) Nru 492/2006, (KE) Nru 1200/2005, u (KE) Nru 1520/2007 għandhom għalhekk jiġu emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 232/2009

Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal 4b1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 232/2009, jitħassar il-kliem “1,4 ×109”.

Artikolu 2

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 188/2007

Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal 4b1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 188/2007, jitħassar il-kliem “7,5 ×109”.

Artikolu 3

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 186/2007

Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal 4b1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 186/2007, jitħassar il-kliem “7 ×109”.

Artikolu 4

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 209/2008

Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal 4b1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 209/2008, jitħassar il-kliem “1,00 ×1010”.

Artikolu 5

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1447/2006

Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1447/2006, jitħassar il-kliem “1,4 ×1010”.

Artikolu 6

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 316/2003

Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 316/2003, jitħassar il-kliem “8 ×109”.

Artikolu 7

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1811/2005

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1811/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47, jitħassar il-kliem “2 ×109”.

(2)

Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1704, Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94, jitħassar il-kliem “3,5 ×108”.

Artikolu 8

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1288/2004

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1288/2004 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47, jitħassar il-kliem “1 ×1010”.

(2)

Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1704, Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94, jitħassar il-kliem “2 ×109” u “1,7 ×108”.

Artikolu 9

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2148/2004

Fil-kolonna 7, kontenut massimu tal-annotazzjoni għal E 1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2148/2004, jitħassar il-kliem “1 ×1010”.

Artikolu 10

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1137/2007

Fil-kolonna 8, kontenut massimu tal-annotazzjoni għal 4b1821 Bacillus subtilis DSM 17299 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1137/2007, jitħassar il-kliem “1,6 ×109”.

Artikolu 11

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1293/2008

Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal 4b1711 Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1293/2008, jitħassar il-kliem “7,3 ×109”.

Artikolu 12

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 226/2007

Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal 4b1711 Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 226/2007, jitħassar il-kliem “3 ×109” u “1,2 ×109

Artikolu 13

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1444/2006

Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal 4b1820 Bacillus subtilis DSM 17299 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1444/2006, jitħassar il-kliem “1 ×109”.

Artikolu 14

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1876/2006

Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal 12 Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/4R tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1876/2006, jitħassar il-kliem “1 ×109”.

Artikolu 15

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1847/2003

Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal E 1703, Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1847/2003, jitħassar il-kliem “6 ×109”.

Artikolu 16

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2036/2005

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2036/2005 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1703, Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079, jitħassar il-kliem “6 ×109”.

(2)

Fil-kolonna 7, kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1712, Pediococcus acidilactici CNCM MA18/5M, jitħassar il-kliem “ 1 ×109”.

Artikolu 17

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 492/2006

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 492/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1710, Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885, jitħassar il-kliem “9 ×109”.

(2)

Fil-kolonna 7, kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1714, Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/4R jitħassar il-kliem “1 ×1010”.

Artikolu 18

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1200/2005

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1711, Saccharomyces cerevisiae CNCM-1077, jitħassar il-kliem “2 ×109” u “1,6 ×109”.

(2)

Fil-kolonna 7, kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1712, Pediococcus acidilactici CNCM MA18/5M, jitħassar il-kliem “ 1 ×1010”.

Artikolu 19

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1520/2007

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1520/2007 huwa emendat kif ġej:

Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal E 1715 Lactobacillus acidophilus D2/CSL CECT4529 jitħassar il-kliem “1 ×109”.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 74, 20.3.2009, p. 14.

(3)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28.

(4)  ĠU L 57, 24.2.2007, p. 3.

(5)  ĠU L 63, 1.3.2007, p. 6.

(6)  ĠU L 63, 7.3.2008, p. 3.

(7)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 15.

(8)  ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12.

(9)  ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10.

(10)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24.

(11)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 5.

(12)  EFSA Journal 2011; 9(12): 2497.

(13)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 38.

(14)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 26.

(15)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

(16)  ĠU L 269, 21.10.2003, p. 3.

(17)  ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.

(18)  ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12.

(19)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 6.

(20)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 36.

(21)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 126.

(22)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 17.

(23)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19.

(24)  EFSA Journal 2012; 10(5):2680.


Top