EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0425

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 425/2011 tad- 29 ta’ April 2011 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009

ĠU L 111, 30.4.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/425/oj

30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 425/2011

tad-29 ta’ April 2011

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Ir-Regolament dwar l-OKS Waħdieni]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu III(3) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jiddetermina l-proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont kwota miftuħa għal dak il-pajjiż.

(2)

L-applikazzjonijiet ippreżentati għas-sena tal-kwota 2011/2012 ikopru kwantitajiet inqas minn dawk li huma disponibbli. Konsegwentement, xieraq li, skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 tkun prevista l-allokazzjoni tal-kwantitajiet residwi. Il-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni għal dawn il-kwantitatijiet residwi għandu jkun kondizzjonali għall-kommunikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-kwantitajiet aċċettati mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għandhom jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni ppreżentati mill-1 sal-10 ta' April 2011 għall-perjodu ta' kwota mill-1 ta' Lulju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2012.

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, għandhom ikunu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li ġejjin:

1,160149 għall-applikazzjonijiet ippreżentati għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009,

1,311859 għall-applikazzjonijiet ippreżentati għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

Il-liċenzji tal-esportazzjoni għall-kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet applikati għalihom u li huma allokati skont il-koeffiċjenti stipulati fit-tieni paragrafu għandhom jinħarġu wara l-aċċettazzjoni tal-operatur fi żmien ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u wara l-għoti tal-garanzija applikabbli.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.


Top