EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0473

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2010 tal- 31 ta’ Mejju 2010 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda

ĠU L 134, 1.6.2010, p. 25–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/473/oj

1.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 473/2010

tal-31 ta’ Mejju 2010

li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Tnedija

(1)

Fit-3 ta’ Settembru 2009 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“avviż ta’ tnedija”), it-tnedija ta’ proċedura kontra s-sussidji dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċertu polyethylene terephthalate (“PET”) li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (“il-pajjiżi kkonċernati”).

(2)

Fl-istess jum, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), it-tnedija ta’ proċedura kontra s-sussidji dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda u bdiet investigazzjoni separata (“proċedura AD”).

(3)

Il-proċedura kontra s-sussidji tnediet wara li tressaq ilment fl-20 ta’ Lulju 2009 mill-Kumitat għall-Polyethylene Terephthalate tal-assoċjazzjoni Plastics Europe (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu polyethylene terephthalate. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ sussidjar tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tiġi ġġustifikata t-tnedija ta’ proċedura kontra s-sussidji.

(4)

Qabel it-tnedija tal-proċedura u skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvernijiet tal-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (“EGħM”) li kienet irċeviet ilment dokumentat kif suppost li jallega li importazzjonijiet sussidjati ta’ PET li joriġinaw mill-Iran, il-Pakistan u l-EgħM kienu qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-Gvernijiet rispettivi ġew mistiedna għal konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tal-ilment u li jaslu għal soluzzjoni bi qbil reċiproku. Il-Gvernijiet kollha laqgħu l-offerta għall-konsultazzjonijiet u għaldaqstant il-konsultazzjonijiet bdew. Matul il-konsultazzjonijiet, ma setgħet tinstab l-ebda soluzzjoni bi qbil reċiproku. Madankollu, tqiesu l-kummenti magħmula mill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati fir-rigward tal-allegazzjonijiet li jinsabu fl-ilment rigward in-nuqqas ta’ kumpens tal-iskemi. Matul il-konsultazzjonijiet jew warajhom, waslu sottomissjonijiet mill-gvernijiet tal-Pakistan u l-EGħM.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(5)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-produtturi kwerelanti, produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, importaturi/kummerċjanti u utenti magħrufa li huma kkonċernati, produtturi esportaturi u rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati, dwar it-tnedija tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ tnedija.

(6)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

(7)

Fid-dawl tan-numru kbir ta’ produtturi u importaturi tal-Unjoni, l-użu ta’ metodi tat-teħid ta’ kampjuni għall-investigazzjoni ta’ ħsara kien previst skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni u, jekk hu hekk, biex jingħażel kampjun, il-produtturi u l-importaturi kollha tal-Unjoni ntalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ tnedija, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom marbuta mal-prodott li ġie investigat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2009).

(8)

Erbatax-il produttur tal-Unjoni ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tat-tagħrif li ntbagħat mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ ħames produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 65 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni li kkooperaw.

(9)

Tmien importaturi ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tat-tagħrif li ntbagħat mill-importaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ importaturi li jirrappreżentaw 83 % tal-importazzjonijiet mill-importaturi kollha li kkooperaw u 48 % tal-importazzjoni kollha mill-EGħM, l-Iran u l-Pakistan.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, lill-produtturi esportaturi, lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-importaturi inklużi fil-kampjun u lill-utenti u l-fornituri kollha magħrufa li huma kkonċernati kif ukoll lil dawk li ppreżentaw lilhom infushom fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-avviż ta’ tnedija.

(11)

Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, produttur esportatur wieħed fl-Iran u l-kummerċjant relatat tiegħu, produttur esportatur wieħed fil-Pakistan u produttur esportatur wieħed fl-Emirati Għarab Magħquda, ħames produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, għaxar utenti fl-Unjoni, tliet fornituri ta’ materja prima. Barra minn dan, seba’ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ipprovdew id-dejta ġenerali mitluba għall-analiżi tal-ħsara.

(12)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ biex jiġu determinati s-sussidjar, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni.

(13)

Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-uffiċċji tal-awtoritajiet tal-Istat li ġejjin:

 

Il-Gvern tal-Iran

Il-Ministeru tal-Kummerċ Iranjan, l-Uffiċċju tar-Rappreżentanza tal-Kummerċ, Teheran, l-Iran;

L-Uffiċċju Doganali Iranjan, Bandar Imam Khomeini, l-Iran;

 

Il-Gvern tal-Emirati Għarab Magħquda

Il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Industrija tal-Emirati Għarab Magħquda, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda;

RAK Investment Authority, il-Gvern ta’ Ras Al Khaimah, Ras Al Khaimah, l-Emirati Għarab Magħquda;

(14)

Iż-żjarat ta’ verifika saru wkoll fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Il-produtturi tal-Unjoni

Novapet SA, Spanja

Equipolymers Srl, l-Italja

UAB Orion Global PET (Indorama), il-Litwanja

UAB Neo Group, il-Litwanja

 

Il-produttur esportatur fl-Iran

Shahid Tondguyan Petrochemical Co. (STPC) u l-kumpaniji relatati tagħha, Bandar Imam Khomeini u Teheran;

 

Produtturi esportaturi fil-Pakistan

Novatex Limited, Karachi

 

Produttur esportatur fl-Emirati Għarab Magħquda

JBF RAK LLC, Ras Al Khaimah

1.3.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(15)

L-investigazzjoni tas-sussidjar u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(16)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-polyethylene terephthalate li skont l-ISO Standard 1628-5, għandu numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew iktar, li joriġina fl-Iran, il-Pakistan u l-EGħM (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa hu klassifikat taħt il-kodiċi NM 3907 60 20.

(17)

Il-PET huwa prodott kimiku li normalment jintuża fl-industrija tal-plastik, għall-produzzjoni tal-fliexken u folji. Billi dan il-grad ta’ PET huwa prodott omoġenju, ma kienx suddiviż f’aktar tipi ta’ prodott differenti.

2.2.   Il-prodott simili

(18)

Mill-investigazzjoni ħareġ li l-PET prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, u l-PET prodott u mibjugħ fis-swieq domestiċi tal-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda u esportat lejn l-Unjoni, għandhom essenzjalment l-istess karatteristiċi kimiċi u fiżiċi bażiċi u l-istess użu bażiku. Għalhekk, dawn jitqiesu provviżorjament li jixxiebħu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

3.   SUSSIDJAR

3.1.   L-iran

3.1.1.   Introduzzjoni

(19)

Fuq il-bażi tat-tagħrif li jinsab fl-ilment u tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji minn awtorità tal-Gvern, ġew investigati:

(I)

Miżuri marbuta ma’ Żoni Ekonomiċi Speċjali (“SEZs”) – Petrochemical SEZ

(II)

Iffinanzjar min-National Petrochemical Company lill-produttur esportatur tal-PET

3.1.2.   Skemi Speċifiċi

I.    Miżuri marbuta ma’ Żoni Ekonomiċi Speċjali (SEZs) – Petrochemical SEZ

(20)

Skont id-dispożizzjonijiet legali, kumpanija stabbilita f’SEZ tibbenefika mill-importazzjoni mingħajr dazju ta’ materjal produttiv b’kundizzjoni li jintuża fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ prodott għal esportazzjonijiet sussegwenti. Matul il-verifika, instab ukoll li l-kumpaniji fl-SEZs jibbenefikaw ukoll mill-importazzjoni mingħajr dazju ta’ prodotti kapitali.

(a)   Bażi Ġuridika

(21)

Id-deskrizzjoni legali sħiħa tal-iskema tal-SEZs bħalissa tinsab stabbilita fil-liġijiet u r-regolamenti li ġejjin: Il-Liġi Nru 257/184168 dwar “it-Twaqqif u l-Immaniġġjar taż-Żoni Ekonomiċi Speċjali fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran”, tad-19 ta’ Mejju 2005; L-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikolu 138 tal-Att Kostituzzjonali tas-Segretarjat tal-Kunsill Għoli taż-Żoni Industrijali ta’ Kummerċ Ħieles, tas-27 ta’ Mejju 2007; Il-Liġi Sekondarja Eżekuttiva għat-Twaqqif u l-Immaniġġjar taż-Żoni Ekonomiċi Speċjali tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran; L-Approvazzjoni tal-Bord tal-Ministri tad-29 ta’ April 2006.

(22)

L-SEZ Petrokimika twaqqfet fit-30 ta’ April 1997 (sena 1376 skont il-kalendarju Persjan) permezz tal-Att Nru 58548, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 15275 fil-25 ta’ Mejju 1997.

(b)   Eliġibbiltà

(23)

Ma nstabet l-ebda regola speċifika dwar l-eliġibbiltà fis-sett tal-Atti Leġiżlattivi/Amministrattivi pprovduti mill-Gvern Iranjan matul l-investigazzjoni. Il-bini tal-fabbrika tal-uniku produttur esportatur Iranjan li kkoopera jinsab stabbilit fl-SEZ Petrokimika ta’ Mahshahr, Bandar Imam Khomeini. Skont it-tagħrif ikkomunikat mill-awtoritajiet Iranjani, din iż-żona hija l-unika SEZ Petrokimika fl-Iran.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(24)

Kull SEZ titqies li tinsab barra mit-territorju Doganali tal-pajjiż. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet kollha huma eżenti mid-dazji bil-kundizzjoni li l-materjali produttivi importati jintużaw biex jipproduċu l-prodott finali maħsub għall-esportazzjoni.

(25)

Sabiex jiġi mmonitorjat l-ammont ta’ materja prima importata mingħajr dazju ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott finali maħsub għall-esportazzjoni, l-Uffiċċji doganali jirreġistraw kemm il-konċessjoni ta’ importazzjoni kif ukoll l-obbligu ta’ esportazzjoni fil-waqt tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fuq il-bażi ta’ normi input-output standard speċifikati f’ċertifikat bit-titlu “Permess ta’ Produzzjoni” rilaxxat mill-Ministru tas-Saħħa, id-Dipartiment Ġenerali u li hu validu għal ħames snin. Għal kull tranżazzjoni l-Uffiċċji doganali jirrilaxxaw fuq talba numru ta’ kodiċi (B-Jack) li l-kumpanija teħtieġ għall-approvazzjoni doganali tal-merkanzija.

(26)

Barra minn hekk, il-kumpanija tipprovdi perjodikament lill-awtorità rilevanti, l-esportazzjonijiet u l-bejgħ domestiku li beħsiebha twettaq fis-sena ta’ wara. Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli msemmi qabel, l-Uffiċċji doganali jivverifikaw li l-benefiċċji li minnhom gawdiet il-kumpanija ġew applikati b’mod korrett.

(27)

Fir-rigward tal-bejgħ domestiku, jiġifieri l-bejgħ mill-SEZ lejn il-bqija tat-territorju, se jiġi impost dazju doganali fuq il-parti tal-materjali produttivi importati mingħajr dazju u inkorporati fil-prodott finali skont in-normi input-output standard.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(28)

Matul iż-żjara ta’ verifika, instab li ma kien hemm l-ebda kriterju konkret, statutarju u disponibbli għall-pubbliku li jirregola d-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzanti dwar liema kumpaniji huma awtorizzati li jistabbilixxu ruħhom fl-SEZ Petrokimika. Kumpanija li tixtieq tistabbilixxi ruħha f’dik iż-żona trid tippreżenta applikazzjoni lill-awtorità rilevanti iżda ma hemmx linji gwida disponibbli biex juru fuq liema bażi t-talba tista’ tintlaqa’ jew tiġi miċħuda. Barra minn hekk, l-Att li jistabbilixxi l-SEZ Petrokimika jafda f’idejn in-National Petrochemical Company (“NPC”) (azzjonista tal-uniku produttur esportatur li kkoopera) it-tmexxija u l-organizzazzjoni ta’ din iż-żona għall-għan ta’ attivitajiet petrokimiċi.

(29)

Instabu diskrepanzi u difetti fis-sistema. L-awtoritajiet Iranjani ma stabbilixxewx sistema ta’ verifika korretta biex timmonitorja l-ammont ta’ materja prima importata mingħajr dazju u kkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott finali maħsub għall-esportazzjoni. L-STPC, l-uniku produttur li kkoopera fl-Iran, ma rrapportax il-produzzjoni effettiva miksuba mill-materja prima u l-ebda sistema ta’ verifika ma ġiet applikata fil-prattika mill-NPC sabiex tikkonferma li l-materjali produttivi li għalihom ingħatat l-eżenzjoni mid-dazju, huma kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u l-ammonti tagħhom. In-normi input-output standard huma proporzjonijiet ta’ produzzjoni proposti mill-kumpanija u aċċettati mill-Gvern, li ġejjin mill-istandard applikat fl-Industrija Petrokimika.

(30)

L-uniku produttur esportatur li kkoopera bbenefika mill-iskema ta’ hawn fuq kif ukoll mill-importazzjoni mingħajr dazju tal-prodotti kapitali.

(e)   Konklużjoni

(31)

Meta jitqies dak kollu li ntqal hawn fuq, l-importazzjoni ta’ materjali produttivi mingħajr dazju fl-SEZ trid titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gvern Iranjan li tat benefiċċju lill-esportatur investigat.

(32)

Barra minn hekk, l-iskema hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġiżlazzjoni, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal din iż-żona lil ċerti impriżi li jappartjenu lis-settur petrokimiku ta’ produzzjoni.

(33)

Barra minn hekk, l-iskema tiddependi fil-liġi mill-andament tal-esportazzjonijiet, u għalhekk titqies li hi speċifika u kumpensatorja skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn għall-esportazzjoni, kumpanija ma tkunx tista’ tikseb benefiċċji skont din l-iskema.

(34)

Din l-iskema ma tistax titqies sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju jew sistema alternattiva għall-ħlas lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, b’mod partikolari l-punt (i), l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku.

(35)

Speċifikament, il-Gvern Iranjan ma għandu l-ebda sistema jew proċedura ta’ verifika fis-seħħ biex jikkonferma jekk ġewx ikkunsmati materjali produttivi fil-produzzjoni tal-prodott esportat, u f’liema kwantità (skont l-Anness II, il-parti (II), il-punt (4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ tal-iskemi alternattivi għall-ħlas lura, l-Anness III, il-parti (II), il-punt (2) tar-Regolament bażiku). In-norms input-output standard infushom ma jistgħux jitqiesu standards speċifiċi għall-kumpanija u lanqas sistema ta’ verifika tal-konsum effettiv. Dan it-tip ta’ proċess ma jippermettix lill-Gvern li jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti liema ammonti ta’ materjali produttivi ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni u ma’ liema punt ta’ riferiment tan-normi input-output standard għandhom jitqabblu. Barra minn hekk, il-Gvern ma wettaqx kontroll effettiv imsejjes fuq reġistru tal-konsum effettiv miżmum b’mod korrett. Fil-fatt, il-Gvern tal-Iran ma wettaqx eżami ulterjuri, imsejjes fuq il-materjali produttivi effettivi involuti, għalkemm dan normalment ikun irid jitwettaq fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (skont l-Anness II, il-parti (II), il-punt (5) u, fil-każ ta’ skemi alternattivi għall-ħlas lura, l-Anness III, il-parti (II), il-punt (3) tar-Regolament bażiku).

(36)

Barra minn hekk, il-benefiċċju miksub mid-dazju mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali jitqies ukoll bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gvern Iranjan favur l-esportatur investigat. Barra minn hekk, l-iskema tiddependi fil-liġi mill-andament tal-esportazzjonijiet, u għalhekk titqies li hi speċifika u kumpensatorja skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn għall-esportazzjoni, kumpanija ma tista’ tikseb l-ebda benefiċċju taħt din l-iskema.

(37)

Din ma tistax titqies sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju billi tikkonċerna prodotti kapitali li mhumiex ikkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni u għalhekk, mhumiex koperti mill-ambitu tas-sistemi awtorizzati għall-ħlas lura tad-dazju stabbiliti fl-Anness I, il-punt (i) tar-Regolament bażiku.

(38)

Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, is-sussidji kkonċernati jitqiesu bħala kumpensatorji.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(39)

Fin-nuqqas ta’ sistemi awtorizzati għall-ħlas lura tad-dazju jew sistemi alternattivi għall-ħlas lura, il-benefiċċju jikkonsisti f’remissjoni tat-total ta’ dazji tal-importazzjoni normalment dovuti mal-importazzjoni tal-materjali produttivi. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-kumpens tar-remissjoni “żejda” tad-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I, il-punt (i) tar-Regolament bażiku, tista’ tkun ikkumpensata biss remissjoni żejda tad-dazji, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx sodisfatti fil-każ preżenti. Għaldaqstant, jekk ikun stabbilit nuqqas ta’ proċess ta’ monitoraġġ xieraq, l-eċċezzjoni ta’ hawn fuq għal skemi ta’ ħlas lura mhijiex applikabbli u tapplika r-regola normali ta’ kumpens tal-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul mhux miġbur), minflok kull remissjoni żejda intenzjonata.

(40)

L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur fir-rigward tal-importazzjoni mingħajr dazju ta’ materjali produttivi ġie kkalkolat fuq il-bażi tad-dazji ta’ importazzjoni mhux miġbura (dazju doganali bażiku) fuq il-materjal importat għall-prodott ikkonċernat matul il-PI (nominatur). Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni ġġenerat mill-prodott ikkonċernat matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(41)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 1,13 %.

(42)

Barra minn hekk, il-benefiċċju miksub mid-dazju doganali mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali ma jistax jitqies bħala sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju billi jikkonċerna prodotti kapitali li mhumiex ikkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni. L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali, mifrux fuq perjodu ta’ 15-il sena li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament minimu li nstab fit-tliet pajjiżi kollha involuti fl-investigazzjoni attwali b’rabta mal-industrija kkonċernata. Skont il-prassi stabbilita, l-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, li jista’ jiġi attribwit għall-PI, ġie aġġustat permezz taż-żieda tal-imgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata tal-imgħax kummerċjali matul il-PI fl-Iran tqieset xierqa għal dan il-għan.

(43)

Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju (bħala nominatur) ġie allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 0,93 %.

(44)

Ir-rata tas-sussidju totali stabbilita fir-rigward tal-miżuri ta’ hawn fuq matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 2,06 %.

II.    Iffinanzjar min-National Petrochemical Company lill-produttur esportatur tal-PET

(45)

Din l-iskema tikkonsisti fi trasferiment dirett ta’ fondi li ma jistgħux jitħallsu lura, min-NPC lill-uniku produttur esportatur Iranjan li kkoopera.

(a)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(46)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-NPC hi l-unika azzjonista tal-STPC, u tippossiedi 75 % tal-ishma tagħha. L-azzjonisti l-oħra huma l-Petroleum Ministry Retirement & Welfare Fund, li tippossiedi 15 % tal-ishma u l-Justice Shares Broker Co., li tippossiedi 10 % tal-ishma. Ġie stabbilit matul iż-żjara ta’ verifika li l-NPC ffinanzjat parti sostanzjali tal-ispiża kapitali tal-STPC u tal-kapital tagħha li jiċċirkola kif ukoll il-pagamenti tas-self bankarju tal-STPC matul l-iskadenza tagħhom. Għaldaqstant, kif jidher ċar fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Verifikati għas-sena finanzjarja li tkopri l-PI, il-kontinwazzjoni tal-attività tal-produttur esportatur li kkoopera tiddependi fuq is-sostenn finanzjarju tal-azzjonist ewlieni li hu kollu fil-pussess tal-Kumpanija Nazzjonali Iranjana taż-Żejt, li tappartjeni lill-Ministeru Iranjan għaż-Żejt.

(47)

Barra minn hekk, l-injezzjonijiet ta’ likwidità għall-STPC mhumiex irrapportati bħala self mogħti fil-kontijiet tal-kumpanija.

(48)

Id-dejn tal-STPC fil-konfront tal-NPC, kif ġie ddikjarat b’mod ċar fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Verifikati tal-STPC li jibqgħu validi sal-20 ta’ Marzu 2009, jammonta għal 51 % tal-assi totali tagħha. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-Artikolu 141 tal-Abbozz ta’ Liġi Iranjan li Jemenda l-Kodiċi Kummerċjali jirrikjedi li l-azzjonist jiddeċiedi dwar ix-xoljiment jew il-kontinwazzjoni tal-kumpanija kull meta kwalunkwe kumpanija tkun trid talloka mill-inqas nofs il-kapital tagħha biex tkopri t-telf li jkun sar.

(49)

Sa issa ma ttieħdet l-ebda azzjoni mill-NPC, bħala azzjonista ewlenija tal-STPC, sabiex jiżdied il-kapital tal-STPC biex il-qagħda finanzjarja terġa’ tqum fuq saqajha, għalkemm fil-Laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tal-STPC tat-3 ta’ Ġunju 2009 ġie deċiż li l-qagħda tad-dejn tal-kumpanija lill-NPC għandha tiġi ċċarata.

(50)

L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li t-trasferiment ta’ fondi deskritt hawn fuq hija prassi rikorrenti li ilha ssir għal għadd ta’ snin. Tabilħaqq, id-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Verifikati rilevanti jiżvelaw li l-fondi li ma jistgħux jitħallsu lura ġew akkumulati sa mill-bidu tal-attività tal-kumpanija, kif ġie ċċertifikat fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Verifikati sa mis-sena finanzjarja 2004.

(b)   Konklużjoni

(51)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, dan is-sostenn finanzjarju mill-NPC jista’ jitqies bħala sussidju billi huwa prassi tal-gvern li tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, jiġifieri trasferiment dirett tal-fondi fil-forma ta’ flussi ta’ kapital li jiċċirkola u għotjiet biex ikopru l-ħlas lura tas-self. Barra minn hekk, il-fatt li l-fondi li ma jistgħux jitħallsu lura ilhom jiġu akkumulati mill-inqas sa mill-2004 jikkonferma li dan huwa sussidju rikorrenti, li l-għan tiegħu hu li jżomm l-attività tal-uniku prodottur esportatur Iranjan li kkoopera.

(52)

Barra minn hekk, l-NPC għandha titqies entità pubblika fuq il-bażi tal-fatturi li ġejjin: 1) Proprjetà tal-gvern: L-NPC hija proprjetà 100 % tal-istat, sussidjarja tal-Kumpanija Nazzjonali Iranjana taż-Żejt li hi kollha kemm hi proprjetà tal-Ministeru għaż-Żejt; 2) L-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tal-NPC ġew approvati permezz ta’ proċedura leġiżlattiva; 3) L-Assemblea ġenerali tar-Rappreżentanti tal-Azzjonisti hi magħmula minn sitt Ministri inkluż il-Prim Ministru, u tnejn mid-diretturi tal-Kumpanija Nazzjonali Iranjana taż-Żejt, maħtura mill-President tal-Bord tad-Diretturi u mid-Direttur Maniġerjali tal-Kumpanija Nazzjonali Iranjana taż-Żejt. Fi kliem ieħor, il-gvern jeżerċita kontroll totali fuq l-NPC; 4) L-NPC hi responsabbli mill-iżvilupp u t-tħaddim tas-settur petrokimiku tal-pajjiż u għal din ir-raġuni ngħatat il-kariga li tmexxi ż-Żona Ekonomika Speċjali Petrokimika.

(53)

Fir-rigward tal-eżistenza ta’ benefiċċju mogħti lill-kumpanija benefiċjarja, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-STPC, kif hi magħmula bħalissa, ma setgħetx tkompli topera mingħajr is-sostenn finanzjarju tal-NPC. Din il-prassi mhijiex konsistenti mal-prassi normali ta’ investiment tal-investituri privati billi l-ebda organizzazzjoni kummerċjali ma kienet se tkompli tinjetta dawn il-fondi li ma jistgħux jitħallsu lura.

(54)

Dan l-intervent ta’ finanzjament tal-NPC hu speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-awtorità awtorizzanti tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal dak is-sussidju lill-STPC biss, b’konformità mal-politika tagħha ta’ żvilupp tas-Settur Petrokimiku.

(55)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(56)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju jitqies li hu l-ammont totali ta’ fondi li ma jistgħux jitħallsu lura, kif irrapportat mill-produttur esportatur li kkoopera fil-kontijiet tiegħu. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-bażi tal-fatturat totali tal-kumpanija b’rabta mal-bejgħ matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(57)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-uniku produttur esportatur li kkoopera tammonta għal 51,02 %.

3.1.3.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

(58)

L-ammont provviżorju ta’ sussidji kumpensatorji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-uniku produttur esportatur Iranjan li kkoopera hu ta’ 53,08 %.

3.2.   Il-pakistan

(59)

Fuq il-bażi tat-tagħrif li jinsab fl-ilment u tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji minn awtorità tal-Gvern, ġew investigati:

(I)

Skema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali

(II)

Importazzjonijiet ta’ impjanti, makkinarju u tagħmir taħt l-iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali

(III)

Protezzjoni tariffarja fuq xiri ta’ PTA fis-suq domestiku

(IV)

Reġim ta’ Taxxa Finali (FTR)

(V)

Sistema ta’ Finanzjament tal-Esportazzjonijiet b’Rata Fissa fuq Medda Twila ta’ Żmien (LTF-EOP)

(VI)

Skema ta’ Finanzjament tal-Esportazzjonijiet mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan (EFS)

(VII)

Finanzjament skont iċ-Ċirkulari F.E. Nru 25 tal-Bank Nazzjonali tal-Pakistan

3.2.1.   Skemi Speċifiċi

I.    Skema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali

(60)

Din l-iskema tippermetti l-importazzjoni ta’ materjal produttiv mingħajr dazju b’kundizzjoni li jintuża għal esportazzjonijiet sussegwenti.

(a)   Bażi Ġuridika

(61)

L-iskema hi msejsa fuq l-Att Doganali tal-1969, kif emendat fit-30 ta’ Ġunju 2008. It-taqsima 219 (Kapitolu XX) ta’ dan l-Att Doganali tawtorizza lill-Bord Ċentrali tad-Dħul li joħroġ Notifiki dwar il-politika ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Għaldaqstant, il-Kapitolu XV tar-Regoli Doganali tal-2001 (SRO 450(I)/2001, ippubblikat fit-18 ta’ Ġunju 2001) jipprovdi regolamentazzjoni dettaljata għall-eżenzjoni mid-dazju ta’ prodotti importati fil-maħżen tal-manifattura taħt kontroll doganali.

(b)   Eliġibbiltà

(62)

Sabiex wieħed jibbenefika mill-Iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali, jeħtieġ li tinkiseb liċenzja maħruġa mis-Servizz Doganali kompetenti (Customs Collectorate) lil kull persuna jew ditta li tapplika, kif deskritt fl-Artikolu 343 tar-Regoli Doganali tal-2001, il-Kapitolu XV.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(63)

Fil-waqt tal-importazzjoni ta’ materjali produttivi, il-kumpanija li tipproduċi trid issemmi n-numru SRO 450/(I)/2001 fuq il-formola ta’ dikjarazzjoni Doganali, jiġfieri d-“Dikjarazzjoni tal-Merkanzija”. Madankollu, Garanzija ta’ Indennizz u ċekkijiet postdatati fl-ammont tad-dazju doganali u tat-taxxa fuq il-bejgħ huma depożitati mad-Dipartiment Doganali u jibqgħu validi għal perjodu ta’ tliet snin. Din il-garanzija hi rilaxxata mid-Dwana meta l-kumpanija tipprovdi evidenza tal-esportazzjoni tal-prodotti finali.

(64)

Il-prodotti finali manifatturati minn materjali produttivi importati jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Manifattura taħt Kontroll Doganali u l-materja prima hi aġġustata skont il-proporzjonijiet tal-materjali produttivi ċċertifikati fiċ-Ċertifikat ta’ Analiżi. Dan iċ-ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment Doganali jiddikjara l-proporzjonijiet input-output tal-materja prima kollha għall-manifattura, 1 000 kg tal-prodott ikkonċernat. Dawn il-proporzjonijiet input-output huma proposti mill-kumpanija u aċċettati mill-Gvern, u ġejjin mill-istandard applikat fl-Industrija kkonċernata.

(65)

Fil-waqt tal-esportazzjoni, jiġi indikat fuq id-Dikjarazzjoni Doganali tal-Merkanzija li l-esportazzjonijiet ġejjin mill-Imħażen taħt Kontroll Doganali u jiġi mehmuż dokument li jindika l-konsum ta’ materjali produttivi użati fil-manifattura tal-prodotti finali għall-esportazzjoni, mad-Dikjarazzjoni Doganali tal-Merkanzija. Wara li jiġu eżaminati l-aspetti kollha tad-Dikjarazzjoni tal-Merkanzija, l-uffiċjal Doganali kkonċernat jawtorizza l-esportazzjoni tal-prodotti finali.

(66)

Meta l-importazzjonijiet tal-materjali produttivi jiġu kkunsmati b’konformità mal-esportazzjoni rispettiva tal-prodotti finali fir-Reġistru tal-Manifattura taħt Kontroll Doganali, il-kumpanija tippreżenta ittra lid-Dipartiment Doganali flimkien ma’ kopja tad-Dikjarazzjoni tal-Importazzjoni tal-Merkanzija u l-Poloz tat-Tagħbija marbuta mal-esportazzjoni flimkien ma’ taqsira/rikonċiljazzjoni li turi l-konsum ta’ materja prima u l-esportazzjoni tagħha fil-forma ta’ prodotti finali skont l-iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali. Għaldaqstant, l-uffiċjal Doganali joħroġ il-Garanzija ta’ Indennizz u ċ-ċekkijiet postdatati ddepożitati fil-waqt tal-importazzjoni tal-materjali produttivi.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(67)

L-uniku produttur esportatur li kkoopera kiseb benefiċċji skont l-iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali.

(68)

Iż-żjara ta’ verifika stabbilixxiet li, fil-prattika, l-awtoritajiet Pakistani ma applikawx sistema ta’ verifika korretta biex timmonitorja l-ammont ta’ materja prima importata mingħajr dazju u kkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott finali maħsub għall-esportazzjoni. Instabu diskrepanzi u difetti serji fis-sistema meta mqabbla mas-sistema ta’ ħlas lura stabbilita fid-dispożizzjonijiet legali (il-Kapitolu XV tar-Regoli Doganali tal-2001).

(69)

Fil-maħżen taħt kontroll doganali, iż-żona ta’ manifattura u l-imħażen separati tal-prodotti finali, prodotti mwarrba u skart, ma ġewx identifikati b’mod ċar fl-istabbilimenti. Il-materja prima importata mingħajr dazju biss ġiet separata mill-oġġetti produttivi miksuba lokalment. L-istabbilimenti tal-maħżen, jiġifieri il-maħżen taħt kontroll doganali u l-maħżen ta’ manifattura taħt kontroll doganali, ma kinux jinsabu f’żona indipendenti bi dħul jew ħruġ indipendenti minn żona pubblika u mingħajr ebda dħul jew ħruġ ieħor, kif previst fl-Artikolu 349 tal-Kapitolu XV imsemmi hawn fuq.

(70)

Ir-reġistru rilevanti tal-oġġetti produttivi li waslu, ġew immanifatturati u esportati ma nżammx fuq il-bażi tal-konsum effettiv. Il-konsum teoretiku biss ġie rreġistrat, skont Ċertifikat ta’ Analiżi, bil-proporzjonijiet input-output tal-materja prima kollha għall-produzzjoni ta’ 1 000 kg ta’ prodotti finali. Dawn in-normi input-output huma stabbiliti mill-awtoritajiet u jiġu riveduti perjodikament iżda ma hemm l-ebda regola ċara u l-ebda evidenza ta’ kif jitwettqu dawn ir-reviżjonijiet.

(71)

Barra minn hekk, il-Gvern tal-Pakistan ma implimenta l-ebda sistema ta’ verifika effettiva fil-prattika. L-awtoritajiet iddikjaraw li huma jwettqu verifiki fuq id-dokumentazzjoni miżmuma mill-kumpaniji iżda dan isir billi josservaw dak li l-kumpaniji jirrapportaw għal kull proporzjon input-output standard u mhux il-kwantità effettiva li ġiet prodotta.

(72)

L-awtoritajiet iddikjaraw li ċ-Ċertifikat ta’ Analiżi tal-PET rilevanti għall-uniku produttur esportatur li kkoopera ġie rievedut mill-2002 (meta ħareġ l-ewwel Ċertifikat ta’ Analiżi) sal-PI. B’sostenn għal din id-dikjarazzjoni, l-awtoritajiet ipprovdew kopja ta’ reviżjoni waħda li saret fl-2004. Madankollu, għalkemm din ir-reviżjoni rriżultat f’restrizzjoni fuq l-ammont ta’ materja prima awtorizzata għall-importazzjoni mingħajr dazju, ma twettaq l-ebda kontroll tal-investigazzjoni fuq remissjoni żejda rigward id-dazji mhux miġbura. Minn dakinhar li sar l-aġġustament taċ-Ċertifikat ta’ Analiżi ’l quddiem, il-produttur esportatur li kkoopera sempliċiment aġġusta r-reġistrazzjoni tal-kwantitajiet tiegħu fir-Reġistru ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali skont il-produzzjoni prevista fiċ-Ċertifikat ta’ Analiżi. Sa mill-2004, minkejja l-evidenza ċara li l-proċess ta’ produzzjoni jista’ jwassal għall-produzzjoni superjuri ta’ materja prima (u għalhekk għal remissjoni żejda ta’ dazji), ma twettqet l-ebda reviżjoni taċ-Ċertifikat ta’ Analiżi u l-ebda investigazzjoni dwar il-konsum effettiv ta’ materja prima użata mill-produttur esportatur li kkoopera.

(e)   Konklużjoni

(73)

Meta jitqies dak kollu li ntqal hawn fuq, l-Iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali trid titiqes bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jibbenefika lill-kumpanija benefiċjarja.

(74)

Barra minn hekk, din l-iskema ta’ sussidju tista’ titqies speċifika, billi hi pprovduta lil kumpaniji li jimmanifatturaw prodotti li jridu jgħaddu mid-dwana u jesportaw il-merkanzija; għaldaqstant, din tiddependi fil-liġi mill-andament tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(75)

Barra minn hekk, din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju jew sistema alternattiva għall-ħlas lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I, b’mod partikolari l-punt (i), l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku.

(76)

Speċifikament, il-Gvern tal-Pakistan ma applikax b’mod effettiv is-sistema jew il-proċedura ta’ verifika tiegħu biex jikkonferma jekk ġewx ikkunsmati materjali produttivi fil-produzzjoni tal-prodott esportat, u f’liema kwantità (skont l-Anness II, il-parti (II), il-punt (4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ tal-iskemi alternattivi għall-ħlas lura, l-Anness III, il-parti (II), il-punt (2) tar-Regolament bażiku). Il-proporzjonijiet input-output ma jistgħux jitqiesu standards speċifiċi għall-kumpanija u lanqas sistema ta’ verifika tal-konsum effettiv. Dan it-tip ta’ proċess ma jippermettix lill-Gvern li jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti liema ammonti ta’ materjali produttivi ġew ikkunsmati fil-produzzjoni maħsuba għall-esportazzjoni. Barra minn hekk, ma sarx kontroll effettiv mill-Gvern imsejjes fuq reġistru tal-konsum miżmum b’mod korrett. Barra minn hekk, il-Gvern tal-Pakistan ma għamilx eżami ulterjuri msejjes fuq il-materjali produttivi effettivament involuti, għalkemm dan normalment ikollu jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II, parti (II), punt (5) u l-Anness III, parti (II), punt (3) tar-Regolament bażiku).

(77)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(78)

Fin-nuqqas ta’ sistemi awtorizzati għall-ħlas lura tad-dazju jew sistemi alternattivi għall-ħlas lura, il-benefiċċju jikkonsisti f’remissjoni tat-total ta’ dazji tal-importazzjoni normalment dovuti mal-importazzjoni tal-materjali produttivi. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-kumpens tar-remissjoni “żejda” tad-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I, il-punt (i) tar-Regolament bażiku, tista’ tkun ikkumpensata biss remissjoni żejda tad-dazji, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx sodisfatti fil-każ preżenti. Għaldaqstant, jekk ikun stabbilit nuqqas ta’ proċess ta’ monitoraġġ xieraq, l-eċċezzjoni ta’ hawn fuq għal skemi ta’ ħlas lura mhijiex applikabbli u tapplika r-regola normali ta’ kumpens tal-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul mhux miġbur), minflok kull remissjoni żejda intenzjonata.

(79)

L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ dazji ta’ importazzjoni mhux miġbura (dazju doganali bażiku) fuq il-materjal importat taħt l-iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali użata għall-prodott ikkonċernat matul il-PI (nominatur). Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni ġġenerat mill-prodott ikkonċernat matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(80)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 2,57 %.

II.    Importazzjonijiet ta’ impjanti, makkinarju u tagħmir taħt l-iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali

(81)

Din l-iskema awtorizzat l-importazzjoni mingħajr dazju ta’ impjanti u makkinarju maħsuba għall-Manifattura taħt Kontroll Doganali u importati sat-30 ta’ Ġunju 2004. Il-makkinarju u l-ispare parts mhux manifatturati lokalment kellhom jiġu importati għat-twaqqif ta’ unità ta’ manifattura jew għall-espansjoni, ibbilanċjar, immodernizzar u sostituzzjoni ta’ unitajiet eżistenti taħt kontroll doganali.

(a)   Bażi Ġuridika

(82)

L-iskema hi pprovduta mill-SRO Nru 554(I)/98, tat-12 ta’ Ġunju 1998.

(b)   Eliġibbiltà

(83)

Sabiex jibbenefika minn din l-iskema, l-importatur kellu jiddikjara lill-awtoritajiet Doganali li l-makkinarju ġie installat jew użat kif suppost fl-istabbilimenti taħt kontroll doganali.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(84)

L-importatur fil-waqt tal-importazzjoni, kellu jissodisfa lir-Riċevitur tad-Dwana li l-makkinarju jew l-ispare parts kienu importati għat-twaqqif ta’ unità ta’ manifattura taħt kontroll doganali u jipprovdi garanzija ta’ indennizz ekwivalenti għall-ammont tad-dazju doganali. Il-garanzija ta’ indennizz imsemmija kienet tiġi rilaxxata malli jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat ta’ installazzjoni tal-makkinarju importat.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(85)

Din l-iskema baqgħet tintuża sa Ġunju 2004 u l-uniku produttur esportatur li kkoopera kiseb benefiċċju għall-importazzjoni ta’ parti waħda mill-impjant tiegħu bejn l-2002 u l-2003.

(e)   Konklużjoni

(86)

Meta jitqies dak kollu li ntqal hawn fuq, l-iskema trid titiqes bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jibbenefika lill-kumpanija benefiċjarja.

(87)

Din l-iskema ta’ sussidju tista’ titqies speċifika, billi hi pprovduta lil kumpaniji li jimmanifatturaw prodotti li jridu jgħaddu mid-dwana u jesportaw il-merkanzija; għaldaqstant, din tiddependi fil-liġi mill-andament tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(88)

Barra minn hekk, il-benefiċċju miksub mid-dazju mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali ma jistax jitqies sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju billi jikkonċerna prodotti kapitali li mhumiex ikkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni u għalhekk, mhumiex koperti mill-ambitu tas-sistemi awtorizzati għall-ħlas lura tad-dazju stabbiliti fl-Anness I, il-punt (i) tar-Regolament bażiku.

(89)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(90)

L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali, mifrux fuq perjodu ta’ 15-il sena li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament minimu li nstab fit-tliet pajjiżi kollha involuti fl-investigazzjoni attwali b’rabta mal-industrija kkonċernata. Skont il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, li jista’ jiġi attribwit għall-PI, ġie aġġustat permezz taż-żieda tal-imgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata tal-imgħax kummerċjali matul il-PI fil-Pakistan tqieset xierqa għal dan il-għan.

(91)

Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (bħala numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(92)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 0,01 %.

III.    Protezzjoni tariffarja fuq xiri ta’ PTA fis-suq domestiku

(93)

L-iskema tipprovdi rifużjoni finanazjarja għal xiri domestiku ta’ PTA (il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni ta’ PET) prodott fil-Pakistan għal 7,5 % tal-prezz tal-bejgħ tal-fattura.

(a)   Bażi Ġuridika

(94)

L-iskema hi msejsa fuq l-SRO Nru 1045(I)/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008, emendata bl-SRO Nru 1299(I)/2008 tat-22 ta’ Diċembru 2008, u tippermetti lill-konsumaturi u l-utenti kollha tal-PTA li jiksbu rifużjoni ta’ 7,5 % tax-xiri tagħhom ta’ PTA miksub lokalment.

(b)   Eliġibbiltà

(95)

Din l-iskema hija Sostenn Kumpensatorju għall-utenti jew il-konsumaturi tal-PTA elenkati fl-SRO msemmija qabel u għal kull utent ieħor approvat mill-Ministeru tal-Industrija tat-Tessuti li jsir eliġibbli fil-ġejjieni. Dan is-Sostenn Kumpensatorju hu pprovdut biex ipatti għall-impatt tal-PTA miksub jew importat lokalment permezz tal-Bank Nazzjonali tal-Pakistan. Il-formoli ta’ applikazzjoni biex wieħed jibbenefika mill-iskema jinsabu mehmuża mal-SROs. Barra minn hekk, lista tal-kumpaniji benefiċjarji tal-iskema hi pprovduta direttament fl-SRO Nru 1045(I)/2008.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(96)

Din ir-rifużjoni hi sostenn kumpensatorju/protezzjoni tariffarja għall-industrija tal-poliester u hi mmexxija mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan. Jekk il-PTA jiġi importat, jitħallas dazju għall-importazzjoni ta’ 7,5 %.

(97)

Jekk il-PTA jinxtara mingħand manifattur Pakistani li jipproduċi l-PTA lokalment, jiġi identifikat komponent tal-prezz ta’ 7,5 % fuq il-fattura mibgħuta lix-xerrej mill-produttur domestiku tal-PTA. Għaldaqstant, ix-xerrej jikseb rifużjoni ta’ dawn is-7,5 % fuq talba.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(98)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li fil-prattika l-iskema tipprovdi finanzjament dirett lill-industrija tal-poliester tal-Pakistan. L-SROs huma maħsuba biex jiffavorixxu l-ksib ta’ PTA prodott lokalment. Dan is-sostenn għall-PTA prodott lokalment jitqies bħala finanzjament dirett lix-xerrej. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-uniku produttur esportatur li kkoopera kien elenkat b’mod espliċitu fl-SRO rilevanti bħala benefiċjarju ta’ din l-iskema. Fil-fatt, l-SRO rilevanti semmiet biss tmien kumpaniji fil-Pakistan bħala partijiet li għandhom dritt għal din l-iskema. Għalhekk, il-produttur esportatur li kkoopera kiseb benefiċċji marbuta mas-Sostenn Kumpensatorju għall-PTA.

(e)   Konklużjoni

(99)

Meta jitqies dak kollu li ntqal hawn fuq, din l-iskema titiqes bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għaliex tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi li jibbenefikaw b’mod ċar lill-kumpanija benefiċjarja.

(100)

Barra minn hekk, l-iskema hi speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament bażiku, billi s-sussidju jiddependi fuq l-użu ta’ merkanzija domestika minflok dik importata.

(101)

Barra minn hekk, dan is-sussidju jista’ jitqies ukoll speċifiku skont it-tifisra tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku, billi l-leġiżlazzjoni nnfisha tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal din l-iskema għal ċerti impriżi li jappartjenu għall-industrija tal-poliester.

(102)

Għaldaqstant, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(103)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju jitqies li hu l-ammont totali tar-rifużjoni finanzjarja, kif irrapportat mill-produttur esportatur li kkoopera fil-kontijiet tiegħu.

(104)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-bażi tal-fatturat totali tal-kumpanija b’rabta mal-bejgħ matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(105)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-uniku produttur esportatur li kkoopera tammonta għal 2,38 %.

IV.    Reġim ta’ Taxxa Finali (FTR)

(106)

Taħt din l-iskema, kumpanija tista’ tibbenefika minn reġim ta’ taxxa speċjali fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tiegħu.

(a)   Bażi Ġuridika

(107)

L-iskema hi msejsa fuq it-Taqsimiet 154 u 169 tal-Ordinanza dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-2001 (ITO) u d-Diviżjoni IV tal-Parti III tal-Ewwel Skeda tal-ITO 2001.

(b)   Eliġibbiltà

(108)

Din l-iskema hi sistema ta’ tassazzjoni tad-dħul fuq il-bażi tal-fatturat mill-esportazzjoni u hi aċċessibbli għal kull esportatur fil-mument li jseħħ id-dħul mill-bejgħ tal-merkanzija.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(109)

Taxxa minn ras il-għajn ta’ 1 % titnaqqas minn bank awtorizzat fuq il-valur tat-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni fil-mument li jinġabar id-dħul mill-bejgħ, irrispettivament minn kwalunkwe qligħ tal-kumpanija. Min-naħa l-oħra, id-dħul taxxabbli tal-kumpaniji fuq l-attivitajiet domestiċi tagħhom hu suġġett għal taxxa fuq id-dħul ta’ 35 %.

(110)

Dan it-tnaqqis ta’ taxxa, applikat direttament fuq id-dħul f’munita barranija, għandu jitqies bħala taxxa finali fuq id-dħul li ġej mit-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni. Mhu awtorizzat l-ebda tnaqqis għal infiq marbut mat-twettiq tal-fatturat mill-esportazzjoni.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(111)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li fil-prattika l-iskema tipprovdi trattament tat-taxxa speċjali u favorevoli għall-esportaturi. Għalkemm il-parti tal-ispejjeż marbuta mal-fatturat mill-esportazzjoni ma tistax titnaqqas, ir-rata ta’ taxxa baxxa ta’ 1 % tal-fatturat totali mill-esportazzjoni tirrappreżenta sistema ta’ taxxa vantaġġjuża meta mqabbla mar-reġim ta’ taxxa normali fejn rata ogħla ta’ 35 % tiġi applikata fuq id-dħul normali, sakemm il-qligħ mill-esportazzjonijiet jiġi ntaxxat b’rata aktar baxxa minn dak miksub fuq il-bejgħ domestiku. Il-produttur esportatur li kkoopera kiseb benefiċċji li ġejjin mill-iskema FTR.

(e)   Konklużjoni

(112)

Sa fejn dan ir-reġim ta’ taxxa jirriżulta fi qligħ minħabba l-fatt li l-esportazzjonijiet huma ntaxxati b’rata aktar baxxa mill-bejgħ domestiku, din l-iskema titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jibbenefika lill-kumpanija benefiċjarja.

(113)

Barra minn hekk, dan is-sussidju jista’ jitqies bħala speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku, billi s-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjonijiet.

(114)

Għaldaqstant, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(115)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju jitqies bħala l-ammont tat-taxxa totali li trid titħallas skont id-dħul marbut mar-riċevuti suġġetti għall-FTR (esportazzjonijiet), wara t-tnaqqis tal-FTR imħallas (1 % tal-fatturat mill-esportazzjoni). Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-bażi tal-fatturat totali tal-esportazzjoni tal-kumpanija matul il-PI, għaliex is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(116)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur li tammonta għal 1,95 %.

V.    Sistema ta’ Finanzjament tal-Esportazzjonijiet b’Rata Fissa fuq Medda Twila ta’ Żmien (LTF-EOP)

(117)

L-għan tal-Finanzjament fuq Medda Twila ta’ Żmien għall-Proġetti Orjentati lejn l-Esportazzjoni (LTF-EOP) hu li jippermetti lill-istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli li jipprovdu faċilitajiet ta’ finanzjament b’kundizzjonijiet u termini attraenti lil min jissellef għall-importazzjoni ta’ makkinarju, impjanti, tagħmir u aċċessorji tagħhom.

(a)   Bażi Ġuridika

(118)

Il-bażijiet ġuridiċi jingħataw taħt it-Taqsima 17(2)(a)/17(4)(c) u t-Taqsima 22 li tinqara flimkien mat-Taqsima 17(2)(d) rispettivament tal-Att tal-1956 dwar il-Bank Nazzjonali tal-Pakistan. Id-dettalji tal-iskema huma mfissra fiċ-Ċirkulari Nru 14, tat-18 ta’ Mejju 2004, tal-Bank Nazzjonali tal-Pakistan (“SBP”).

(b)   Eliġibbiltà

(119)

Kif ġie ddikjarat b’mod espliċitu fiċ-Ċirkulari Nru 14, tat-18 ta’ Mejju 2004, tal-SBP, il-kumpaniji li jesportaw direttament jew indirettament mill-inqas 50 % tal-produzzjoni annwali tagħhom huma eliġibbli għal finanzjament taħt l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(120)

L-istituzzjonijiet finanzjarji parteċipanti approvati għall-FTF-EOP huma dawk li jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ adegwatezza kapitali definita mill-SBP. Dawk l-istituzzjonijiet jistgħu jipprovdu lil min jissellef, finanzjament fuq medda twila ta’ żmien sa seba’ snin u nofs.

(121)

Il-kreditu pprovdut lill-kumpaniji jista’ mbagħad jintuża għal diversi għanijiet (l-immodernizzar tal-fabbriki, ix-xiri ta’ impjanti u makkinarju manifatturati lokalment, l-importazzjoni ta’ makkinarju eċċ.).

(122)

Il-banek għandhom permess li jimponu spejjeż fuq min jissellef ta’ massimu ta’ 3 % ogħla mir-rati notifikati mill-SBP. Ir-rati tal-imgħax għal finanzjament taħt l-iskema LTF-EOP għandhom jitqabblu mar-rendiment medju b’piż differenzjat tal-Kambjali tat-Teżor fuq 12-il xahar u Bond tal-Investiment Pakistani fuq ħames snin, skont il-perjodu ta’ finanzjament.

(123)

Wara li jitħallas is-self, il-banek jistgħu jikkuntattjaw lill-uffiċċju kkonċernat tal-SBP biex jiksbu finanzjament mill-ġdid fl-ammont tas-self imħallas.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(124)

Għalkemm din l-iskema ntemmet f’Ġunju 2007, l-uniku produttur esportatur li kkoopera għadu jibbenefika minn din l-iskema, billi dan hu finanzjament fuq medda twila ta’ żmien u l-benefiċċju ngħata f’April 2005 għal perjodu ta’ seba’ snin u nofs.

(125)

Taħt din l-iskema, l-SBP jistabbilixxi b’mod obbligatorju l-limitu massimu tar-rati tal-imgħax applikabbli għal self fuq medda twila ta’ żmien.

(126)

Għaldaqstant, l-esportaturi jistgħu jiksbu self fuq medda twila ta’ żmien b’rati tal-imgħax preferenzjali meta mqabbla mar-rati tal-imgħax għal krediti kummerċjali ordinarji, li huma stabbiliti purament skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(e)   Konklużjoni

(127)

L-iskema trid titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ prassi tal-gvern li tinvolvi entità pubblika (jiġifieri l-SBP), li għalhekk tagħmel parti mill-gvern, u tagħti istruzzjonijiet lill-banek kummerċjali biex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1)(a)(i) (jiġifieri trasferiment dirett ta’ fondi fil-forma ta’ self). Jingħata benefiċċju lill-kumpanija benefiċjarja fil-forma ta’ rata tal-imgħax preferenzjali.

(128)

F’dan il-kuntest, ta’ min jenfasizza li l-SBP jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku. Dan hu proprjetà 100 % tal-gvern u jsegwi għanijiet ta’ politika pubblika. Tabilħaqq, l-SBP jwettaq il-funzjonijiet kollha attribwiti lill-banek ċentrali, inkluż il-ħruġ ta’ noti, regolamentazzjoni u superviżjoni tas-sistema finanzjarja, filwaqt li jaġixxi bħala l-bank tal-bankieri, sellief tal-aħħar istanza, bankier tal-gvern u huwa responsabbli għall-politika monetarja, l-immaniġġjar tad-dejn pubbliku, l-immaniġġjar tal-munita barranija, l-iżvilupp tal-qafas finanzjarju, l-istituzzjonalizzazzjoni tat-tfaddil u l-investimenti, u jipprovdi faċilitajiet ta’ taħriġ lill-bankieri kif ukoll kreditu lis-setturi ta’ prijorità.

(129)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jista’ jitqies bħala speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku għax il-leġiżlazzjoni nfisha, fejn għandhom x’jaqsmu l-kriterji ta’ eliġibbiltà, tipprovdi b’mod espliċitu sussidju li jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni.

(130)

Għaldaqstant, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(131)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju lill-benefiċjarju hu kkalkolat billi tiġi kkalkolata d-differenza bejn il-limitu massimu tal-kreditu impost mill-bank ċentrali u r-rati ta’ kreditu kummerċjali applikabbli.

(132)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(133)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 0,60 %.

VI.    Skema ta’ Finanzjament tal-Esportazzjonijiet mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan (EFS)

(134)

Fil-kuntest tal-finanzjament fuq medda qasira ta’ żmien tal-EFS, il-banek kummerċjali jipprovdu lill-esportaturi bil-faċilitajiet għall-esportazzjonijiet tal-merkanzija manifatturata kollha. Din l-iskema hi primarjament faċilità ta’ kapital li jiċċirkola fuq medda qasira ta’ żmien għal perjodu massimu ta’ 180 jum.

(a)   Bażi Ġuridika

(135)

Il-bażijiet ġuridiċi jingħataw taħt it-Taqsima 17(2)(a)/17(4)(c) u t-Taqsima 22 li tinqara flimkien mat-Taqsima 17(2)(d) rispettivament tal-Att tal-1956 dwar il-Bank Nazzjonali tal-Pakistan. Dettalji tal-iskema jinsabu fiċ-Ċirkulari Nru 35, tat-28 ta’ Settembru 2001 u ċ-Ċirkulari Nru 44, tas-17 ta’ Diċembru 1998 tal-SBP.

(b)   Eliġibbiltà

(136)

Kull esportatur jista’ jibbenefika mill-EFS billi japplika fi kwalunkwe bank kummerċjali u billi jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra mitluba mill-istituzzjoni finanzjarja. Fil-fatt, id-deċiżjoni ta’ self tittieħed mill-bank skont il-politika ta’ kreditu tiegħu stess, approvata internament.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(137)

Dan il-benefiċċju jista’ jingħata kemm fuq tranżazzjonijiet għall-esportazzjoni kif ukoll fuq l-andament tal-esportazzjoni.

(138)

Fil-kuntest tal-faċilità msejsa fuq it-tranżazzjonijiet, il-bank jagħti l-finanzjament lill-esportatur fuq il-bażi ta’ Ordni ta’ Esportazzjoni tal-Kumpanija/Ittra ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni għal perjodu massimu ta’ 180 jum. Il-faċilità ta’ finanzjament tista’ tingħata fl-istadju ta’ qabel il-kunsinna għall-ksib ta’ materjali produttivi u l-manifattura tal-merkanzija maħsuba għall-esportazzjoni. Il-finanzjament fl-istadju ta’ qabel il-kunsinna jingħata wkoll għall-merkanzija li diġà ntbagħtet lill-importatur barra mill-pajjiż għall-perjodu sa ma jseħħ id-dħul għall-esportazzjoni jew 180 jum, skont liema jiġi qabel.

(139)

Fil-kuntest tal-faċilità msejsa fuq l-andament, dan il-finanzjament li jista’ jerġa’ jintuża jingħata lill-esportatur għal mhux aktar minn 50 % tal-andament tal-esportazzjoni tiegħu mwettqa matul is-sena ta’ qabel. L-esportaturi jistgħu jibbenefikaw minn din il-faċilità ta’ finanzjament għal perjodu ta’ 180 jum. Din il-faċilità, ladarba tingħata, trid titħallas lura kollha kemm hi.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(140)

Din l-iskema tipprovdi kreditu għall-esportazzjoni ta’ finanzjament fuq medda qasira ta’ żmien minn banek kummerċjali b’rati tal-imgħax preferenzjali ffissati mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan. L-uniku produttur esportatur li kkoopera jibbenefika minn din l-iskema kemm għall-bejgħ domestiku kif ukoll dak għall-esportazzjoni.

(141)

Ir-rati ta’ mark-up tal-EFS huma stabbiliti billi jintuża bħala punt ta’ riferiment ir-rendiment medju b’piż differenzjat tal-Kambjali tat-Teżor fuq perjodu ta’ sitt xhur.

(142)

Għaldaqstant, l-esportaturi jistgħu jiksbu faċilità ta’ finanzjament b’rati tal-imgħax preferenzjali meta mqabbla mar-rati tal-imgħax għal krediti kummerċjali ordinarji fuq medda qasira ta’ żmien, li huma stabbiliti purament skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(e)   Konklużjoni

(143)

L-iskema titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għaliex tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ prassi tal-gvern li tinvolvi entità pubblika (jiġifieri l-SBP), li tagħti istruzzjonijiet lill-banek kummerċjali biex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1)(a)(i) (jiġifieri trasferiment dirett ta’ fondi fil-forma ta’ self). Jingħata benefiċċju lill-kumpanija benefiċjarja fil-forma ta’ rata tal-imgħax preferenzjali.

(144)

Barra minn hekk, dan is-sussidju jista’ jitqies bħala speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku għax il-leġiżlazzjoni nfisha, fejn għandhom x’jaqsmu l-kriterji ta’ eliġibbiltà, tipprovdi b’mod espliċitu sussidju li jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni.

(145)

Għaldaqstant, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(146)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju lill-benefiċjarju hu kkalkolat billi tiġi kkalkolata d-differenza bejn il-limitu massimu tal-kreditu impost mill-bank ċentrali u r-rati ta’ kreditu kummerċjali applikabbli.

(147)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(148)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 2,22 %.

VII.    Finanzjament skont iċ-Ċirkulari F.E. Nru 25 tal-Bank Nazzjonali tal-Pakistan

(149)

Din l-iskema hija faċilità ta’ finanzjament fuq medda qasira ta’ żmien għall-esportazzjoni u l-importazzjoni pprovduta minn banek kummerċjali b’rati tal-imgħax preferenzjali ffissati mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan.

(a)   Bażi Ġuridika

(150)

Din il-faċilità ta’ finanzjament hi rregolata skont iċ-Ċirkulari F.E. Nru 25 tal-20 ta’ Ġunju 1998, modifikata aktar miċ-Ċirkulari Nru 05 tat-23 ta’ Awwissu 2002.

(b)   Eliġibbiltà

(151)

Kull esportatur u importatur jista’ jibbenefika minn dan il-finanzjament fuq medda qasira ta’ żmien.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(152)

Skont din l-iskema il-banek huma awtorizzati jużaw jew jinvestu d-depożiti tagħhom f’dollari biex jiffinanzjaw lill-importaturi u l-esportaturi. Dan is-self hu antiċipat permezz ta’ depożiti f’dollari/finanzjamenti interbankarji, denominat f’dollari iżda mħallas f’rupi. Il-finanzjament magħmul skont iċ-Ċirkulari F.E. Nru 25 (“F.E.25”) isir mill-banek malli tiġi ppreżentata evidenza rilevanti tat-tranżazzjonijiet kummerċjali.

(153)

Kif jidher fiċ-Ċirkulari F.E. Nru 05 tat-23 ta’ Awwissu 2002, fil-każ ta’ self mogħti lil esportatur, hu possibbli li d-dħul f’munita barranija tal-esportazzjoni jiġi aġġustat fi ħlas lura tas-self u l-qligħ/l-imgħax marbut magħhom, biss jekk l-esportatur iċedi d-dħul kollu tas-self lill-bank bi ħlas f’rupi. Il-faċilità ta’ self kummerċjali skont l-iskema F.E. 25 hi kompletament fuq il-bażi ta’ awtorimborż minn dħul għall-esportazzjoni.

(154)

Kif jidher fiċ-Ċirkulari F.E. Nru 05 tat-23 ta’ Awwissu 2002 il-faċilità ta’ finanzjament għall-importazzjonijiet tista’ titħalla biss mid-data tat-twettiq effettiv tal-pagamenti għall-importazzjoni f’munita barranija billi jinħoloq self f’munita barranija għall-benefiċċju tal-importatur. Il-perjodu massimu ta’ dan is-self ma għandux jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-ħlas lill-importatur.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(155)

Din l-iskema tipprovdi kreditu għall-esportazzjoni ta’ finanzjament fuq medda qasira ta’ żmien minn banek kummerċjali b’rati tal-imgħax preferenzjali ffissati mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan.

(156)

L-imgħax/il-mark-up għal dan il-finanzjament hu stabbilit billi tintuża bħala punt ta’ riferiment ir-rata LIBOR flimkien ma’ marġni applikat mill-banek.

(157)

Għaldaqstant, l-esportaturi jistgħu jiksbu faċilità ta’ finanzjament b’rati tal-imgħax preferenzjali meta mqabbla mar-rati tal-imgħax għal krediti kummerċjali ordinarji fuq medda qasira ta’ żmien, li huma stabbiliti purament skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(e)   Konklużjoni

(158)

L-iskema titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għaliex tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ prassi tal-gvern li tinvolvi entità pubblika (jiġifieri l-SBP), li tagħti istruzzjonijiet lill-banek kummerċjali biex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1)(a)(i) (jiġifieri trasferiment dirett ta’ fondi fil-forma ta’ self). Jingħata benefiċċju lill-kumpanija benefiċjarja fil-forma ta’ rata tal-imgħax preferenzjali.

(159)

Barra minn hekk, dan is-sussidju jista’ jitqies bħala speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku għax il-leġiżlazzjoni nfisha, fejn għandhom x’jaqsmu l-kriterji ta’ eliġibbiltà, tipprovdi b’mod espliċitu sussidju li jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni.

(160)

Għaldaqstant, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(161)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju lill-benefiċjarju hu kkalkolat billi tiġi kkalkolata d-differenza bejn il-limitu massimu tal-kreditu impost mill-bank ċentrali u r-rati ta’ kreditu kummerċjali applikabbli.

(162)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(163)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 0,06 %.

3.2.2.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

(164)

L-ammont provviżorju ta’ sussidji kumpensatorji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-uniku produttur esportatur Pakistani li kkoopera hu ta’ 9,79 %.

3.3.   L-emirati għarab magħquda (EGħM)

(165)

Fuq il-bażi tat-tagħrif li jinsab fl-ilment u tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji minn awtorità tal-Gvern, ġew investigati:

(I)

Liġi Federali Nru 1 tal-1979

(II)

Żona ta’ Kummerċ Ħieles

3.3.1.   Skemi Speċifiċi

I.    Liġi Federali Nru 1 tal-1979

(166)

Din l-iskema tippermetti l-importazzjoni mingħajr dazju ta’ materja prima, materjal għall-ippakkjar u prodotti kapitali b’rati tad-dazju żero.

(a)   Bażi Ġuridika

(167)

L-iskema hi msejsa fuq il-Liġi Federali Nru 1 tal-1979, rigward l-Organizzazzjoni tal-Affarijiet Industrijali.

(b)   Eliġibbiltà

(168)

Sabiex wieħed igawdi mill-benefiċċji tal-Liġi Federali msemmija hawn fuq, jeħtieġ li tinkiseb Liċenzja Industrijali maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Industrija.

(169)

Skont l-Artikolu 8 tal-Liġi Federali, il-liċenzji għat-twaqqif ta’ proġett industrijali jistgħu jingħataw biss liċ-ċittadini tal-EGħM, jew lil kumpaniji b’ishma kapitali lokali li jammontaw mill-inqas għal 51 %, u sakemm il-maniġer responsabbli jkun ċittadin tal-EGħM, jew il-bord tad-diretturi jkun magħmul fil-biċċa l-kbira tiegħu minn ċittadini lokali.

(170)

Barra minn hekk, l-istess Liġi Federali tipprovdi sett ta’ rekwiżiti oħra ta’ eliġibbiltà li jridu jiġu sodisfatti mill-partijiet: il-kapital fiss ma għandux ikun inqas minn 250 000 diram, l-għadd ta’ impjegati mhux inqas minn 10 persuni, l-użu ta’ qawwa motiva trid taqbeż il-5 horsepower (l-Artikolu 2). Rekwiżit ieħor hu li 25 % tal-impjegati għandhom ikunu ċittadini lokali, iżda l-Ministru jista’ jiddeċiedi li jeżenta jew inaqqas din il-perċentwali (l-Artikolu 33). Skont l-Artikolu 13, l-applikazzjoni għal proġetti industrijali trid titqies fid-dawl ta’ dan li ġej: proġett industrijali li jappartjeni lill-programm ta’ żvilupp industrijali tal-pajjiż u ftehim li sar mal-pajjiżi Għarab, rekwiżiti ta’ konsum lokali. Għal dawk il-proġetti li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13 u li huma kompetittivi u orjentati lejn l-esportazzjoni, l-Artikolu 21 jipprovdi prijorità speċjali fl-għoti ta’ privileġġi.

(171)

Fuq il-bażi tal-applikazzjoni pprovduta u d-dokumentazzjoni rilevanti ppreżentata, kumitat rilevanti tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Industrija jirrakkomanda lill-Ministru l-approvazzjoni jew ir-rifjut tal-applikazzjoni. B’konformità mal-Artikolu 12 tal-Liġi Federali Nru 1, il-Ministru jista’ jiddeċiedi li jagħti jew ma jagħtix il-liċenzja.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(172)

Sabiex jidħol fl-ambitu tal-applikazzjoni ta’ din l-iskema, l-applikant irid jikkonforma mal-proċedura li ġejja: l-applikazzjoni għal-Liċenzja Industrijali li trid tiġi ppreżentata lill-Ministeru tal-Finanzi u l-Industrija; l-għoti tal-Liċenzja Industrijali mill-Ministeru; l-approvazzjonijiet għall-importazzjonijiet mingħajr dazju permezz ta’ applikazzjoni onlajn.

(173)

Il-Ministeru kkonċernat waqqaf Sistema Industrijali Elettronika (“EIS”) għal din l-iskema u ħareġ Manwal rilevanti għall-Utent biex jiggwida lil min juża din l-iskema. L-EIS hija sistema onlajn implimentata mill-Ministeru. Min-naħa waħda, din tawtorizza l-aċċess dirett lill-utenti għal-liċenzja rispettiva tagħhom. Min-naħa l-oħra, din tippermetti li d-Dipartiment tal-Iżvilupp Industrijali tal-Ministeru jkollu kontroll ġenerali tal-iskema kif ukoll is-sorveljanza tal-użu tal-benefiċċji li ngħataw lill-kumpaniji.

(174)

Kull utent tal-iskema rriżerva l-aċċess għall-EIS fejn ikun possibbli biex ikun jista’ jikkonsulta l-lista rispettiva ta’ materja prima użata fil-proċess ta’ produzzjoni tal-fabbrika tiegħu (Isem l-oġġett, Kodiċi HS, Unità ta’ kejl, Bilanċ totali – li jfisser il-kwantità tal-oġġett – u l-Bilanċ li jifdal li jfisser il-kwantità li jifdal ta’ dan l-oġġett li għalih il-kumpanija tista’ tikseb l-eżenzjoni mid-dazju). Trid timtela applikazzjoni onlajn għal kull tranżazzjoni ta’ importazzjoni biex jinkiseb kodiċi speċjali li jippermetti l-approvazzjoni doganali tal-merkanzija. Id-Dipartiment tal-Iżvilupp Industrijali jista’ jirrifjuta applikazzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ materja prima jekk il-kwantità mitluba tkun taqbeż il-bilanċ li jifdal ta’ dak l-oġġett. Dan jista’ jirrifjuta wkoll l-eżenzjoni għal prodotti kapitali li mhumiex inklużi fil-proġett industrijali. F’dan il-każ tal-aħħar, id-deċiżjoni hi msejsa fuq it-tagħrif mogħti mill-kumpanija matul l-ewwel Reġistrazzjoni għall-iskema. F’każ ta’ rifjut, il-kumpanija tista’ tikkonsulta permezz tas-sistema d-dettalji kollha kif ukoll ir-raġunijiet tar-rifjut u tista’ taġixxi kif jixraq biex tipprovdi l-kjarifiki mitluba.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(175)

Matul iż-żjara ta’ verifika nstab li l-uniku produttur esportatur li kkoopera jibbenefika minn eżenzjoni mid-dazju ġenerali fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima, materjal tal-ippakkjar u prodotti kapitali mingħajr ebda kundizzjoni bħal esportazzjoni sussegwenti tal-prodott finali. L-ebda liġi jew regolament federali jew lokali ma jobbliga lill-kumpanija li żżomm xi tip ta’ reġistru għall-kontroll sussegwenti mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti.

(176)

Għalkemm il-kumpanija trid tressaq l-applikazzjonijiet permezz tal-EIS onlajn biex timporta mingħajr dazju, ma nstabet l-ebda linja gwida li turi fuq liema bażi t-talbiet jiġu aċċettati jew irrifjutati.

(177)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet awtorizzanti mhumiex konxji tal-konsum effettiv tal-oġġetti produttivi eżentati mid-dazju. Il-konsum teoretiku biss hu rrapportat mill-kumpanija fl-EIS. Fil-fatt, mill-waqt tal-ewwel Regolament fis-sistema, il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet awtorizzanti jistgħu jseħħu biss b’mod elettroniku. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li skontha l-volumi ta’ materjal input-output jiġu kkontrollati u vverifikati fil-każijiet kollha wara l-ewwel reġistrazzjoni. Barra minn hekk, il-Gvern tal-EGħM ma implimenta l-ebda sistema ta’ verifika effettiva fil-prattika. L-awtoritajiet iddikjaraw li huma jwettqu verifiki permezz tal-EIS u fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni li l-kumpaniji kollha huma mitluba jippreżentaw kull sena għat-tiġdid tal-liċenzji tagħhom (tagħrif li jirreferi għal-liċenzja industrijali lokali, il-Kontijiet verifikati, id-dejta dwar il-produzzjoni u l-bejgħ, eċċ.). Madankollu, dan isir billi wieħed jeżamina dak li l-kumpaniji jirrapportaw kull sena u jqabblu mal-ewwel Reġistrazzjoni u mhux mal-produzzjoni effettiva. Fil-fatt, ma ngħata l-ebda tagħrif li jikkonferma li l-awtoritajiet huma konxji, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, tal-volumi tal-materjal ta’ produzzjoni effettivi għall-uniku produttur esportatur li kkoopera li jibbenefika minn din l-iskema.

(e)   Konklużjoni

(178)

Meta jitqies dak kollu li ntqal hawn fuq, din l-iskema titiqes bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għaliex tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur u tagħti benefiċċju lill-kumpanija benefiċjarja għaliex tagħti l-possibbiltà ta’ eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni. F’dan il-kuntest ta’ min jinnota li din ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju jew sistemi alternattivi għall-ħlas lura billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, b’mod partikolari l-punt (i), l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, il-Gvern tal-EGħM indika li ma hemm l-ebda dispożizzjoni għar-regoli dwar il-ħlas lura tad-dazju fl-EGħM.

(179)

Barra minn hekk, l-iskema hi speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi l-aċċess hu limitat għal ċerti impriżi u ma hemm l-ebda kriterju oġġettiv li jillimita l-eliġibbiltà skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, fir-rigward tal-applikazzjoni onlajn, il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-awtorità awtorizzanti biex tagħżel il-benefiċjarji tal-iskema huma taħlita ta’ ċerti kriterji ċari u oġġettivi, għalkemm diskriminatorji (jiġifieri l-liċenzji jistgħu jingħataw biss liċ-ċittadini tal-EGħM, jew lill-kumpaniji b’ishma kapitali lokali li jammontaw mill-inqas għal 51 %, u sakemm il-maniġer responsabbli jkun ċittadin tal-EGħM, jew il-bord tad-diretturi jkun magħmul fil-biċċa l-kbira tiegħu minn ċittadini lokali, 25 % tal-impjegati għandhom ikunu ċittadini lokali) u ċerti kundizzjonijiet li mhumiex definiti b’mod ċar (jiġifieri stabbiliti f’żoni determinati mill-gvern, jissodisfaw il-programm ta’ żvilupp industrijali tal-pajjiż kif ukoll il-ftehimiet li saru mal-pajjiżi Għarab, jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ konsum lokali, ikunu kompetittivi u orjentati lejn l-esportazzjoni). Ma hemm l-ebda regola li tikkjarifika r-rwol tad-Dipartiment tal-Iżvilupp Industrijali msemmi biss fil-Manwal għall-Utent maħruġ mill-Ministeru u mhux fil-Liġi Federali li tistabbilixxi l-iskema.

(180)

Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li l-allokazzjoni tas-sussidji mhijiex awtomatika. Il-leġiżlazzjoni nfisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, tagħti s-setgħa lill-Ministru li jwettaq id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-Liċenzja Industrijali mingħajr l-ebda tip ta’ evidenza li turi fuq liema bażi l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu aċċettati jew irrifjutati. Barra minn hekk, l-awtoritajiet huma dejjem f’pożizzjoni li jeżerċitaw diskrezzjoni meta jagħtu jew jirrifjutaw l-eżenzjonijiet mid-dazju mitluba.

(181)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(182)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI, jiġifieri t-total ta’ dazji mhux imħallsa fl-importazzjoni ta’ materja prima matul il-PI. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat tal-kumpanija matul il-PI.

(183)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 5,02 %.

II.    Żona ta’ Kummerċ Ħieles (FTZ)

(184)

Il-produttur esportatur kien qed jopera skont is-sistema taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles ta’ Ras Al Khaimah minn meta twaqqaf sa Mejju 2008 u kiseb il-benefiċċji tal-importazzjonijiet mingħajr dazju tal-prodotti kapitali.

(a)   Bażi Ġuridika

(185)

Fl-EGħM ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni federali li tirregola kwistjonijiet li jikkonċernaw it-twaqqif u l-immaniġġjar tal-FTZ. Kull Emirat jistabbilixxi l-leġiżlazzjoni u r-regoli tiegħu stess u għandu r-responsabbiltà li jimmonitorja permezz tas-Servizzi doganali tiegħu, l-FTZs rilevanti.

(b)   Eliġibbiltà

(186)

Ma teżisti l-ebda regola jew limitu speċifiku fir-rigward tal-eliġibbiltà biex titwaqqaf kumpanija fl-FTZ ta’ Ras Al Khaimah: kwalunkwe kumpanija nazzjonali jew kompletament barranija tista’ titwaqqaf fl-FTZ.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(187)

L-aktar benefiċċji importanti marbuta mat-twaqqif ta’ kumpanija fl-FTZ huma l-possibbiltà li timporta l-merkanzija kollha mingħajr dazju (materja prima, essenzjali jew awżiljarja, prodotti intermedji, prodotti kapitali) u li tiddeċiedi mingħajr ebda prekundizzjoni imposta mill-Istat dwar l-istruttura azzjonarja tal-kumpanija. Il-prodotti mmanifatturati fl-FTZs jitqiesu, għal finijiet ta’ oriġini, li joriġinaw fl-EGħM. Madankollu, meta jħallu l-FTZ biex jitqiegħdu fis-suq domestiku tal-EGħM, dawn jitqiesu bħala prodotti barranin, jiġifieri jiġu applikati d-dazji tal-importazzjoni meta jiġu rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera.

(188)

Għalkemm kumpanija li tinsab f’FTZ tibbenefika minn importazzjonijiet u esportazzjonijiet mingħajr dazju, id-dikjarazzjonijiet doganali jridu jiġu kkumpilati fl-uffiċċji federali doganali rilevanti fil-waqt tal-importazzjoni. Il-kumpanija trid tipprovdi Garanzija Bankarja u tgħaddi mid-Dwana fil-punt tad-dħul tal-importazzjoni. Il-prodotti importati huma approvati mid-Dwana permezz ta’ dikjarazzjoni tal-ħruġ/tad-dħul. Malli l-merkanzija tasal fil-punt tad-dħul/tal-importazzjoni tal-FTZ, l-awtorità doganali kkonċernata tispezzjona l-prodotti li waslu u jekk dawn ikunu sodisfaċenti, tapprova d-dikjarazzjoni tal-ħruġ/tad-dħul. Din tal-aħħar, debitament iffirmata mill-punt ta’ kontroll doganali riċeventi, għandha tintbagħat lura lill-awtorità doganali fil-punt tad-dħul/tal-importazzjoni sabiex tiġi rilaxxata l-Garanzija Bankarja.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(189)

Matul iż-żjara ta’ verifika nstab li ma hemm l-ebda kriterju konkret, statutorju u disponibbli għall-pubbliku li jirregola d-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzanti dwar min hu intitolat li jistabbilixxi lilu nnifsu fl-FTZ. Kumpanija li tixtieq tistabbilixxi lilha nnfisha f’dik iż-żona trid tippreżenta applikazzjoni lill-awtorità tal-Emirat ta’ Ras Al Khaimah iżda ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni jew linji gwida disponibbli biex juru fuq liema bażi t-talba tista’ tiġi aċċettata jew irrifjutata.

(190)

Fir-rigward tal-eżistenza tad-diversi FTZ fl-EGħM, mill-investigazzjoni ħareġ li ma hemm l-ebda kriterju statutorju uniformi li jirregola t-twaqqif u l-immaniġġjar tal-FTZs fl-EGħM. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li l-FTZs kollha fl-EGħM joperaw skont l-istess qafas regolatorju u jsegwu l-istess regoli operattivi. Tqajmu wkoll dubji serji dwar jekk l-eliġibbiltà biex wieħed jistabbilixxi ruħu fl-FTZs tistax tiġi ristretta fuq il-bażi ta’ ċerti tipi ta’ attività kummerċjali. Tabilħaqq, fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti, jidher li ċerti FTZs fl-EGħM huma dedikati esklużivament għal tipi speċifiċi ta’ attivitajiet kummerċjali (eż. Dudai Auto Free Zone, International Media Production Free Zone, Dubai Flower Centre Free Zone, eċċ.).

(191)

L-uniku produttur esportatur li kkoopera bbenefika mill-importazzjoni mingħajr dazju tal-prodotti kapitali.

(e)   Konklużjoni

(192)

Meta jitqies dak li ntqal hawn fuq, l-iskema trid titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għax tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jibbenefika lill-kumpanija benefiċjarja.

(193)

Barra minn hekk, l-iskema hi speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi dawn il-benefiċċji huma disponibbli biss għall-kumpaniji fl-FTZs, jiġifieri l-aċċess għas-sussidju hu għalhekk limitat għal kumpaniji f’ċerti żoni li joperaw skont is-sistema FTZ. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-għoti ta’ status ta’ FTZ fl-EGħM hi diskrezzjonali u ma ssegwix kriterji newtrali jew oġġettivi, kif stipulat fl-Artikolu 4(2)(b). Minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni federali li tirregola t-twaqqif u l-immaniġġjar tal-FTZs fl-EGħM, kull awtorità awtorizzanti tas-seba’ Emirati li jifformaw l-EGħM tipprovdi aċċess għall-FTZs skont ir-regoli tagħha stess. Billi ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni jew linji gwida disponibbli fl-Emirat ta’ Ras Al Khaimah, l-awtorità rilevanti tiddeċiedi fuq bażi diskrezzjonali liema kumpanija tista’ tkun intitolata li tidħol fl-FTZ.

(194)

Barra minn hekk, il-benefiċċju miksub mid-dazju mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali ma jistax jitqies sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju billi jikkonċerna prodotti kapitali li mhumiex ikkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni u għalhekk, mhumiex koperti mill-ambitu tas-sistemi awtorizzati għall-ħlas lura tad-dazju stabbiliti fl-Anness I, il-punt (i) tar-Regolament bażiku.

(195)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(196)

Meta jitqies li l-kumpanija ġiet stabbilita fl-FTZ minn meta twaqqfet sa Mejju 2008 iżda li l-proċess ta’ produzzjoni tal-PET beda f’Settembru 2007 u li l-kumpanija kienet qed topera, minn Jannar 2008, b’liċenzja industrijali preliminari tal-Liġi Federali Nru 1 tal-1979, is-sussidju miksub matul il-PI għandu jitqies biss bħala importazzjoni mingħajr dazju tal-prodotti kapitali

(197)

Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali, mifrux fuq perjodu ta’ 15-il sena li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament minimu li nstab fit-tliet pajjiżi kollha involuti fl-investigazzjoni attwali b’rabta mal-industrija kkonċernata. Skont il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, li jista’ jiġi attribwit għall-PI, ġie aġġustat permezz taż-żieda ta’ imgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata ta’ imgħax kummerċjali matul il-PI fl-EGħM tqieset xierqa għal dan il-għan.

(198)

Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (bħala nominatur) ġie allokat fuq il-bażi tal-fatturat totali tal-kumpanija b’rabta mal-bejgħ matul il-PI billi l-attribuzzjoni tal-benefiċċju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni.

(199)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 0,11 %.

3.3.2.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

(200)

L-ammont provviżorju ta’ sussidji kumpensatorji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-uniku produttur esportatur tal-Emirati Għarab Magħquda li kkoopera hu ta’ 5,13 %.

4.   ĦSARA

4.1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(201)

Matul il-PI, fl-Unjoni l-prodott simili kien immanifatturat minn 17-il produttur. Għalhekk, il-produzzjoni ta’ dawn il-produtturi titqies bħala waħda li tikkostitwixxi l-produzzjoni tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

(202)

Minn dawn is-17-il produttur, 12 minnhom ikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn it-12-il produttur instabu li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 80 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. It-12-il produttur li kkooperaw, għalhekk, jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(6) tar-Regolament bażiku u minn issa ’l quddiem se jissejħu l-“industrija tal-Unjoni”. Il-bqija tal-produtturi tal-Unjoni minn hawn ’il quddiem se jissejħu “l-produtturi l-oħra tal-Unjoni”. Dawn il-produtturi l-oħra tal-Unjoni ma sostnewx l-ilment u lanqas ma oġġezzjonaw għalih b’mod attiv.

(203)

Huwa nnotat li s-suq tal-UE għall-PET hu kkaratterizzat minn għadd relattivament għoli ta’ produtturi, li normalment ikunu jagħmlu parti minn gruppi akbar u l-kwartieri ġenerali tagħhom ikunu barra mill-UE. Is-suq huwa fi proċess ta’ konsolidazzjoni b’għadd riċenti ta’ teħid ta’ impriżi minn impriżi oħra u anki l-għeluq tagħhom. Pereżempju, mill-2009, l-impjanti ta’ produzzjoni tal-PET ta’ Tergal Fibers (Franza), Invista (il-Ġermanja) u Artenius (ir-Renju Unit) għalqu filwaqt li Indorama ħadet dawk li kienu l-impjanti Eastman fir-Renju Unit u l-Pajjiżi l-Baxxi.

(204)

Kif jidher fil-premessa 0 hawn fuq, intgħażel kampjun ta’ ħames produtturi individwali li jirrappreżentaw 65 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni li kkooperaw. Kumpanija waħda ma kinitx f’qagħda li tipprovdi d-dejta kollha kif mitlub u l-kampjun, konsegwentement, kellu jitnaqqas għal erba’ kumpaniji li jirrappreżentaw 47 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha li kkooperaw.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(205)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, id-dejta dwar il-volumi ta’ importazzjoni għas-suq tal-UE miksuba mill-EUROSTAT u, fir-rigward tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni, minn stimi msejsa fuq l-ilment.

(206)

Il-konsum fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat żdied bi 11 % bejn l-2006 u l-PI. B’mod aktar preċiż, id-domanda apparenti kibret fl-2007 bi 8 %, naqset kemxejn bejn l-2007 u l-2008 (b’2 punti perċentwali) u kompliet żdiedet b’5 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PI.

Tabella 1

 

2006

2007

2008

PI

Total tal-konsum fl-UE (tunnellati)

2 709 400

2 936 279

2 868 775

2 996 698

Indiċi (2006=100)

100

108

106

111

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, dejta tal-Eurostat u l-ilment

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(a)   Il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(207)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-PET fl-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku.

(208)

Fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-EGħM, l-Iran u l-Pakistan, l-investigazzjoni wriet li l-marġnijiet tas-sussidju kienu ogħla mil-limitu de minimis kif imfisser fl-Artikolu 14(5) tar-Regoalment bażiku u l-volum ta’ importazzjonijiet sussidjati minn dawn il-pajjiżi ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 10(9) tar-Regolament bażiku.

(209)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda u l-prodott simili, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi minn dawn il-pajjiżi jużaw l-istess mezzi ta’ bejgħ u jbigħu lill-istess kategoriji ta’ konsumaturi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat ukoll li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kollha komplew jiżdiedu fil-perjodu meqjus.

(210)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qiegħed jitqies b’mod provviżorju li ġew sodisfatti l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku u li l-importazzjonijiet mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda għandhom jiġu eżaminati b’mod kumulattiv.

(b)   Volum ta’ importazzjonijiet ikkonċernati

(211)

Il-volum ta’ importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat lejn l-UE żdied b’aktar minn ħames darbiet bejn l-2006 u l-PI u laħaq it-304 202 tunnellati fil-PI. B’mod aktar speċifiku, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’20 % bejn l-2006 u l-2007, qabel ma komplew jiżdiedu b’270 punt perċentwali fl-2008 meta mqabbel mal-2007, u għal darb’oħra b’154 punt perċentwali bejn l-2008 u l-PI.

Tabella 2

 

2006

2007

2008

PI

Volum ta’ importazzjonijiet sussidjati (tunnellati)

55 939

67 067

218 248

304 202

Indiċi (2006=100)

100

120

390

544

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati

2,1  %

2,3  %

7,6  %

10,2  %

Sors: Eurostat

(c)   Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(212)

Is-sehem mis-suq li kellhom l-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati kien ta’ madwar 2,1 % matul l-2006 u żdied b’mod sostnut b’madwar 8 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus. B’mod aktar speċifiku, dan żdied b’0,2 punti perċentwali bejn l-2006 u l-2007, kompla jiżdied b’5,3 punti perċentwali bejn l-2007 u l-2008 u bi 2,6 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PI. Fil-PI, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati kien ta’ 10,2 %.

(213)

Ta’ min jinnota li l-EGħM daħlu fis-suq biss mill-2007 iżda malajr irnexxielhom jiksbu sehem sostanzjali mis-suq.

(d)   Prezzijiet

(i)   L-evoluzzjoni tal-prezzijiet

(214)

Il-medja tal-prezz tal-importazzjoni naqset b’14 % fil-perjodu meqjus u l-akbar tnaqqis kien bejn l-2008 u l-PI. B’mod aktar speċifiku, il-medja tal-prezz naqset b’1 % fl-2007 u baqgħet qrib dak il-livell fl-2008, qabel ma kompliet tinżel bi 13-il punt perċentwali fil-PI.

Tabella 3

 

2006

2007

2008

PI

Prezz tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 030

1 023

1 015

882

Indiċi (2006=100)

100

99

99

86

Sors: Eurostat

(ii)   Twaqqigħ tal-prezz

(215)

Minħabba l-fatt li l-prezzijiet u l-ispejjeż tal-prodott ikkonċernat kienu suġġetti għal flutwazzjonijiet konsiderevoli fil-PI, il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-bejgħ inġabru kull tliet xhur u l-kalkoli ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u ta’ bejgħ b’telf bdew isiru kull tliet xhur.

(216)

Bl-għan li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għall-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell ta’ kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika, tqabblu mal-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lill-ewwel konsumatur indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ CIF, b’aġġustamenti xierqa għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni u d-differenzi fil-livell tal-kummerċ.

(217)

It-tqabbil wera li matul il-PI, l-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw fl-EGħM mibjugħa fl-Unjoni waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 3,9 %. L-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw mill-Iran u li nbiegħu fl-Unjoni waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 3,2 %. L-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw mill-Pakistan u li nbiegħu fl-Unjoni waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’1,4 %. Il-medja differenzjata tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet tal-pajjiżi kkonċernati matul il-PI huwa ta’ 3,2 %.

4.4.   Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

(218)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni inkluda valutazzjoni tal-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus.

(219)

Kif spjegat hawn fuq, minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni, kellhom jittieħdu l-kampjuni. Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fiż-żewġ livelli li ġejjin:

L-elementi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-prezzijiet medji tal-unità u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping u l-irkupru mill-effetti ta’ dumping fl-imgħoddi) ġew eżaminati fil-livell tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi, u dan abbażi tat-tagħrif miġbur mill-produtturi li kkooperaw u għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni ntużat stima bbażata fuq id-dejta inkluża fl-ilment.

L-analiżi tal-elementi mikroekonomiċi (stokkijiet, pagi, profittabbiltà, dħul mill-investimenti, fluss tal-likwidità, possibbiltà li jiżdied il-kapital u l-investimenti) saret għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun abbażi tat-tagħrif tagħhom.

4.4.1.   Elementi makroekonomiċi

(a)   Produzzjoni

(220)

Il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’4 % bejn l-2006 u l-PI. B’mod aktar speċifiku, din żdiedet b’5 % fl-2007 għal madwar 2 570 000 tunnellata, iżda naqset sew b’10 punti perċentwali fl-2008 meta mqabbla mal-2007 u żdiedet kemxejn, b’punt perċentwali wieħed, bejn l-2008 u l-PI meta laħqet madwar 2 300 000 tunnellata.

Tabella 4

 

2006

2007

2008

PI

Produzzjoni (tunnellati)

2 439 838

2 570 198

2 327 169

2 338 577

Indiċi (2006=100)

100

105

95

96

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(b)   Il-kapaċità ta’ produzzjoni u r-rati ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità

(221)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni żdiedet bi 15 % tul il-perjodu meqjus. B’mod speċifiku, żdiedet b’1 % fl-2007, kompliet tiżdied b’5 punti perċentwali fl-2008 u b’9 punti perċentwali oħra fil-PI.

Tabella 5

 

2006

2007

2008

PI

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

2 954 089

2 971 034

3 118 060

3 385 738

Indiċi (2006=100)

100

101

106

115

Utilizzazzjoni tal-kapaċità

83  %

87  %

75  %

69  %

Indiċi (2006=100)

100

105

90

84

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(222)

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet ta’ 83 % fl-2006, żdiedet għal 87 % fl-2007 iżda wara niżlet għal 75 % fl-2008 u għal biss 69 % fil-PI. Ir-rata dejjem tonqos tal-utilizzazzjoni fl-2008 u l-PI tirriffletti tnaqqis fil-produzzjoni u żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tul dan il-perjodu.

(c)   Volum ta’ bejgħ

(223)

Il-volum ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-UE naqas modestament fil-perjodu meqjus. Il-bejgħ żdied b’5 % fl-2007, iżda fis-sena ta’ wara naqas kemxejn taħt il-livell tal-2006 u fil-PI l-bejgħ kien 3 % iktar baxx milli fl-2006, għal madwar 2 100 000 tunnellata. Minħabba l-volum limitat ta’ stokkijiet, l-iżvilupp tal-bejgħ jirrifletti sew l-iżvilupp fil-produzzjoni.

Tabella 6

 

2006

2007

2008

PI

Bejgħ fl-UE (tunnellati)

2 202 265

2 318 567

2 171 203

2 133 787

Indiċi (2006=100)

100

105

99

97

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(d)   Sehem mis-suq

(224)

Matul il-perjodu meqjus, il-produtturi tal-Unjoni tilfu 10 punti perċentwali mis-sehem mis-suq, li naqas minn 85 % fl-2006 għal 75 % fil-PI. Dan it-telf mis-sehem mis-suq jirrifletti l-fatt li, minkejja żieda sostanzjali fil-konsum, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 3 % fil-perjodu meqjus. Ta’ min jinnota li din ix-xejra ta’ tnaqqis kienet preżenti wkoll għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

Tabella 7

 

2006

2007

2008

PI

Sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

84,9  %

83,2  %

79,8  %

75,1  %

Indiċi (2006=100)

100

98

94

88

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, l-ilment u l-Eurostat

(e)   Tkabbir

(225)

Bejn l-2006 u l-PI, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 %, il-volum ta’ bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 3 % u s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’10 punti perċentwali. Min-naħa l-oħra, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati żdied minn 2,1 % sa 10,2 % fl-istess perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, qed jiġi konkluż li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jibbenefikaw minn xi tkabbir tas-suq.

(f)   Impjiegi

(226)

Il-livell ta’ impjiegi tal-produtturi tal-Unjoni juri tnaqqis ta’ 15 % bejn l-2006 u l-PI. B’mod aktar speċifiku, l-għadd tal-persuni impjegati naqas b’mod sinifikanti minn 2 400 fl-2006 għal 2 100 fl-2007 jew bi 13 % u baqa’ qrib dan il-livell fl-2008 u fil-PI. It-tnaqqis fl-2007 huwa riflessjoni tal-isforzi ta’ ristrutturar minn għadd ta’ produtturi tal-UE.

Tabella 8

 

2006

2007

2008

PI

Impjieg (persuni)

2 410

2 100

2 060

2 057

Indiċi (2006=100)

100

87

85

85

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(g)   Produttività

(227)

Il-produttività tal-ħaddiema tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (f’tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, żdiedet bi 12 % fil-perjodu meqjus. Dan jirrifletti l-fatt li l-produzzjoni naqset aktar bil-mod mil-livell ta’ impjiegi u hija indikazzjoni ta’ żieda fl-effiċjenza min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni. Dan hu partikolarment evidenti fl-2007 meta l-produzzjoni żdiedet filwaqt li l-livell tal-impjiegi naqas u l-produttività kienet 21 % ogħla milli kienet fl-2006.

Tabella 9

 

2006

2007

2008

PI

Produttività (tunnellata għal kull impjegat)

1 013

1 224

1 130

1 137

Indiċi (2006=100)

100

121

112

112

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(h)   Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-bejgħ

(228)

Il-medja annwali tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-UE għal konsumaturi mhux relatati baqgħet stabbli bejn l-2006 u l-2008, b’madwar 1 100 EUR kull tunnellata. Fil-PI l-medja annwali tal-prezz tal-bejgħ niżlet bi 12 % u laħqet EUR 977 kull tunnellata. Il-medja annwali tal-prezz tal-bejgħ ma tirriflettix il-flussi ta’ kull xahar, jew dawk ta’ kuljum, tal-PET fis-suq Ewropew (u dinji) iżda titqies suffiċjenti biex tindika x-xejra matul il-perjodu meqjus. Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-PET normalment isegwu x-xejriet tal-prezz tal-materja prima ewlenija tiegħu (jiġifieri l-PTA u l-MEG) billi dawn jikkostitwixxu sa 80 % tal-ispiża totali tal-PET.

Tabella 10

 

2006

2007

2008

PI

Prezz tal-unità fis-suq tal-UE (EUR/tunnellata)

1 110

1 105

1 111

977

Indiċi (2006=100)

100

100

100

88

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(229)

Kif indikat hawn fuq, il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni twaqqgħu mill-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati.

(i)   Id-daqs tal-marġni ta’ sussidju u l-irkupru mid-dumping tal-imgħoddi u sussidjar

(230)

Meta jitqiesu l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tas-sussidju fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies negliġibbli. Huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li mis-sena 2000 hemm fis-seħħ miżuri ta’ antidumping kontra l-importazzjonijiet tal-PET mill-Indja, l-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, it-Tajwan, it-Tajlandja u mill-2004 kontra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Mis-sena 2000 kien hemm ukoll miżuri kumpensatorji kontra l-importazzjonijiet mill-Indja. Billi fil-perjodu meqjus minn din l-investigazzjoni l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq u żiedet it-telf tagħha, ma jista’ jkun stabbilit l-ebda rkupru effettiv mid-dumping u s-sussidjar tal-imgħoddi u jitqies li l-produzzjoni tal-Unjoni għadha vulnerabbli għall-effett dannuż ta’ kull importazzjoni sussidjata fis-suq tal-Unjoni.

4.4.2.   Elementi mikroekonomiċi

(a)   Stokkijiet

(231)

Il-livell ta’ stokkijiet tal-għeluq tal-produtturi inklużi fil-kampjun naqas bejn l-2006 u l-PI bi 22 %. Ta’ min jinnota li l-istokkijiet jirrappreżentaw anqas minn 5 % tal-produzzjoni annwali u għaldaqstant ir-rilevanza ta’ dan l-indikatur fl-analiżi tal-ħsara hija limitata.

Tabella 11

Kampjun

2006

2007

2008

PI

Stokk tal-għeluq (tunnellati)

61 374

57 920

46 951

47 582

Indiċi (2006=100)

100

94

77

78

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(b)   Pagi

(232)

L-ispiża tax-xogħol annwali żdied bi 11 % bejn l-2006 u l-2007 qabel ma naqas b’2 punti perċentwali fl-2008 meta mqabbel mal-2007 u b’9 punti perċentwali oħra fil-PI meta mqabbel mal-2008 b’mod li laħaq l-istess livell fl-2006. B’mod ġenerali, l-ispejjeż tax-xogħol għalhekk baqgħu stabbli.

Tabella 12

Kampjun

2006

2007

2008

PI

Spiża tax-xogħol annwali (EUR)

27 671 771

30 818 299

30 077 380

27 723 396

Indiċi (2006=100)

100

111

109

100

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(c)   Profittabbiltà u redditu fuq l-investimenti

(233)

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-produtturi inklużi fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq tal-UE lil konsumaturi mhux relatati, espressa bħala perċentwali ta’ bejgħ nett, baqgħet negattiva u saħansitra niżlet minn – 6,9 % għal – 7,5 %. B’mod aktar speċifiku, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun tjiebet fl-2007 meta t-telf nett kien jammonta biss għal – 1,5 % tal-bejgħ nett, iżda t-telf żdied sew fl-2008 għal – 9,3 %. Is-sitwazzjoni tjiebet kemxejn fil-PI.

Tabella 13

kampjun

2006

2007

2008

PI

Profittabbiltà tal-UE (% ta’ bejgħ nett)

–6,9  %

–1,5  %

–9,3  %

–7,5  %

Indiċi (2006= -100)

– 100

–22

– 134

– 108

ROI (profitt f’% tal-valur nett deprezzat tal-investimenti)

–9,6  %

–3,1  %

–16,8  %

–12,3  %

Indiċi (2006= -100)

– 100

–32

– 175

– 127

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(234)

Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”), espress bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur nett deprezzat tal-investimenti, segwa b’mod wiesa’ x-xejra ta’ profittabbiltà. Dan żdied minn livell ta’ – 9,6 % fl-2006 għal – 3,1 % fl-2007. Naqas għal – 16,8 % fl-2008 u reġa’ naqas fil-PI għal – 12,3 % fil-PI. B’mod ġenerali, ir-redditu fuq l-investimenti baqa’ negattiv u mar lura bi 2,7 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus.

(d)   Fluss tal-likwidità u kapaċità li jiżdied il-kapital

(235)

Il-fluss tal-likwidità netta minn attivitajiet operattivi kien negattiv, fil-livell ta’ EUR 18,5 miljun fl-2006. Dan tjieb b’mod sinifikanti fl-2007 meta sar pożittiv fil-livell ta’ EUR 19,5 miljun iżda mar lura bil-kbir fl-2008 (EUR – 42 miljun) qabel ma laħaq il-livell negattiv ta’ EUR – 11-il miljun fil-PI. B’mod ġenerali, il-fluss tal-likwidità tjieb fil-perjodu meqjus għalkemm baqa’ negattiv.

(236)

Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni sabet diffikultajiet biex tkabbar il-kapital, l-aktar minħabba li wħud mill-produtturi huma inkorporati fi gruppi akbar.

Tabella 14

Kampjun

2006

2007

2008

PI

Likwidità (EUR)

–18 453 130

19 478 426

–42 321 103

–11 038 129

Indiċi (2006=100)

– 100

206

– 229

–60

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(e)   Investimenti

(237)

L-investimenti annwali tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun fil-produzzjoni tal-prodott simili naqsu b’34 % bejn l-2006 u l-2007, b’59 punt perċentwali oħra bejn l-2007 u l-2008 u mbagħad naqsu kemxejn fil-PI meta mqabbla mal-2008. Kollox ma’ kollox, l-investimenti naqsu b’96 % matul il-perjodu meqjus. Din il-waqgħa drastika fl-investimenti tista’ tiġi spjegata parzjalment minħabba li fl-2006 u fl-2007 nkisbu linji ġodda ta’ produzzjoni bil-għan li jżidu l-kapaċità.

Tabella 15

Kampjun

2006

2007

2008

PI

Investimenti netti (EUR)

98 398 284

64 607 801

6 537 577

4 298 208

Indiċi (2006=100)

100

66

7

4

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

4.5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(238)

L-analiżi tad-dejta makroekonomika turi li matul il-perjodu meqjus il-produtturi tal-Unjoni naqqsu l-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom. Għalkemm it-tnaqqis osservat ma kienx daqshekk drammatiku, dan irid jitqies fil-kuntest taż-żieda fid-domanda bejn l-2006 u l-PI, li wasslet għat-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni b’10 punti perċentwali għal 75 %.

(239)

Fl-istess waqt l-indikaturi mikroekonomiċi rilevanti juru deterjorament ċar tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment baqgħu negattivi u b’mod ġenerali komplew jiddeterjoraw bejn l-2006 u l-PI. Il-fluss tal-likwidità, minkejja żvilupp ġeneralment pożittiv, ukoll baqa’ negattiv matul il-PI.

(240)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Introduzzjoni

(241)

Skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet sussidjati kkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sa tali punt li jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Ġew eżaminati wkoll fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet sussidjati, li fl-istess waqt setgħu kienu ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, u dan biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma tkunx attribwita lill-importazzjonijiet sussidjati.

5.2.   Effett tal-importazzjonijiet sussidjati

(242)

Bejn l-2006 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat żdied b’aktar minn ħames darbiet għal 304 200 tunnellata, u s-sehem tagħhom mis-suq żdied bi kważi 8 punti perċentwali (minn 2,1 % għal 10,2 %). Fl-istess waqt, l-industrija tal-Unjoni tilfet mal-10 punti perċentwali tas-sehem mis-suq (minn 84,9 % għal 72,1 %). Il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas bejn l-2006 u l-PI u baqa’ iktar baxx mill-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni.

(243)

Kif indikat hawn fuq fil-premessa 0, it-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet sussidjati kien bħala medja 3,2 %. Anki jekk it-twaqqigħ tal-prezzijiet kien inqas minn 4 %, dan ma jistax jitqies insinifikanti billi l-PET huwa prodott bażiku u li l-kompetizzjoni sseħħ primarjament fil-livell ta’ prezzijiet.

(244)

L-esportatur Iranjan iddikjara li l-importazzjoniiet ta’ PET mill-Iran ma setgħux wasslu għal ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni minħabba l-fatt li dawn il-livelli ta’ importazzjoni jaqbżu biss b’mod marġinali l-limitu de minimis għall-importazzjonijiet. Madankollu, matul il-PI, l-importazzjonijiet mill-Iran, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta’ 1,9 %, qabżu l-limitu de minimis speċifikat fir-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Iran kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. F’dan l-isfond, l-argument imqajjem mill-esportatur Iranjan ma ntlaqax.

(245)

Fid-dawl tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni minħabba importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, jitqies li dawn l-importazzjonijiet sussidjati eżerċitaw pressjoni kbira biex jitwaqqgħu l-prezzijiet, hekk li ma ppermettewx lill-industrija tal-Unjoni milli żżomm il-prezzijiet ta’ bejgħ tagħha f’livell li kien ikun neċessarju biex jiġu koperti l-ispejjeż u jiġi realizzat profitt. Għaldaqstant, jitqies li teżisti rabta kawżali bejn dawk l-importazzjonijiet u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.3.   L-effett ta’ fatturi oħra

5.3.1.   Attività ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(246)

Parti interessata waħda qalet li kull ħsara li seħħet kienet kawża tal-attività baxxa fl-esportazzjoni min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni. Kif jista’ jidher mit-tabella hawn taħt, il-volum ta’ esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żdied matul il-perjodu meqjus bi 11 %. Il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tul l-istess perjodu naqas b’10 % u dan wassal għal valur stabbli tal-bejgħ għall-esportazzjoni tul il-perjodu meqjus. Għaldaqstant, ma hemm ebda indikazzjoni li l-andament tal-esportazzjoni kkontribwixxa għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

Tabella 16

L-industrija tal-Unjoni

2006

2007

2008

PI

Bejgħ għall-esportazzjoni (tunnellati)

25 677

24 103

23 414

28 504

Indiċi (2006=100)

100

94

91

111

Bejgħ għall-esportazzjoni (EUR)

28 473 679

27 176 204

25 109 209

28 564 676

Indiċi (2006=100)

100

95

88

100

Prezz tal-esportazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 109

1 128

1 072

1 002

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(247)

Parti interessata oħra ddikjarat li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE kienu artifiċjalment għolja. Skont il-parti interessata, din id-dikjarazzjoni hi kkonfermata mill-fatt li l-prezzijiet fis-suq tal-UE baqgħu stabbli filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni waqgħu. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-medja annwali tal-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE naqset bi 12 % tul il-perjodu meqjus, b’mod parallel mat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni tul l-istess perjodu. Għaldaqstant, l-argument hu rrifjutat.

5.3.2.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(a)   Repubblika tal-Korea

(248)

Ir-Repubblika tal-Korea ilha suġġetta għal dazji ta’ antidumping mis-sena 2000. Madankollu, żewġ kumpaniji Koreani mhumiex suġġetti għal dazju u l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea għadhom f’livell għoli u żdiedu b’mod sinifikanti fil-perjodu meqjus. L-importazzjonijiet Koreani żdiedu bi kważi 150 % bejn l-2006 u l-PI u s-sehem mis-suq rispettiv tagħhom żdied minn 3,5 % fl-2006 għal 7,7 % fil-PI.

Tabella 17

 

2006

2007

2008

PI

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel (tunnellati)

94 023

130 994

177 341

231 107

Indiċi (2006=100)

100

139

189

246

Sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel

3,5  %

4,5  %

6,2  %

7,7  %

Prezz tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 084

1 071

1 063

914

Sors: Eurostat

(249)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Koreani ġeneralment baqa’ kemxejn taħt il-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, il-prezzijiet Koreani kienu ogħla mill-prezzijiet medji mill-pajjiżi kkonċernati. Għaldaqstant, għalkemm ma jistax ikun eskluż li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea kkontribwew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, il-kontribuzzjoni tagħhom kienet biss waħda limitata u jitqiesu li ma ħallewx ir-rabta kawżali stabbilita fir-rigward tal-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati.

(250)

L-esportatur Iranjan iddikjara li kull żieda fl-importazzjonijiet Iranjani kienet dovuta għat-tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel u għalhekk ma kkawżatx ħsara lill-produtturi Ewropej. Madankollu, id-dejta tal-Eurostat turi li matul il-perjodu meqjus, il-volumi tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi kienu qed jiżdiedu b’mod stabbli u parallel. Għaldaqstant, wieħed ma jistax jikkonkludi li l-importazzjonijiet mill-Iran sempliċiment ħadu post l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel.

(b)   Pajjiżi oħra

(251)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra bħala medja kienu bi prezzijiet sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet medji ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet tilfu mis-sehem mis-suq fil-perjodu meqjus. Konsegwentement, dawn l-importazzjonijiet mhumiex meqjusa bħala kawża possibbli ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

Tabella 18

 

2006

2007

2008

PI

Volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (tunnellati)

259 438

296 418

185 286

210 772

Indiċi (2006=100)

100

114

71

81

Sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

9,6  %

10,1  %

6,5  %

7,0  %

Prezz tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 176

1 144

1 194

1 043

Sors: Eurostat

5.3.3.   Kompetizzjoni mill-produtturi fl-Unjoni li ma kkooperawx

(252)

Uħud mill-partijiet interessati qalu li l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni hi dovuta għall-kompetizzjoni mill-produtturi fl-Unjoni li ma kkooperawx. Ħames produtturi tal-Unjoni ma kkooperawx f’dan il-proċess. Wieħed minnhom waqqaf il-produzzjoni tiegħu tul il-PI filwaqt li tnejn oħra għamlu dan ftit wara. Il-volumi tal-bejgħ tal-produtturi li ma kkooperawx kienu stmati abbażi tat-tagħrif imressaq fl-ilment. Abbażi tat-tagħrif disponibbli, jidher li dawn il-produtturi tilfu s-sehem tagħhom mis-suq tul il-perjodu meqjus minn 20,5 % fl-2006 għal 16 % fil-PI. Mill-investigazzjoni ma ħarġet ebda evidenza li l-imġiba ta’ dawn il-produtturi ħallet ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u l-ħsara stabbilita għall-industrija tal-Unjoni.

Tabella 19

Produtturi tal-UE li ma kkooperawx

2006

2007

2008

PI

Bejgħ fl-UE (tunnellati)

554 329

493 363

356 581

478 282

Indiċi (2006=100)

100

89

64

86

Sehem mis-suq

20,5  %

16,8  %

12,4  %

16,0  %

Sors: ilment

5.3.4.   Tnaqqis fir-ritmu ekonomiku

(253)

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008 wasslet għal tkabbir fis-suq li mexa aktar bil-mod milli mistenni u li ma kienx normali meta mqabbel mal-bidu tas-sena 2000 fejn setgħu jiġu osservati rati annwali tat-tkabbir ta’ madwar 10 %. Għall-ewwel darba, kien hemm kontrazzjoni tad-domanda għall-PET fl-2008. Naturalment dan kellu effett fuq l-andament ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

(254)

Madankollu, l-effett negattiv tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u l-kontrazzjoni fid-domanda kienu aggravati biż-żieda ta’ importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Anki jekk it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jista’ għalhekk jitqies bħala kaġun tal-ħsara għall-perjodu li beda fl-aħħar tliet xhur tal-2008, dan bl-ebda mod ma jista’ jnaqqas l-effetti dannużi ta’ ħsara mill-importazzjonijiet sussidjati bi prezz baxx fis-suq tal-UE matul il-perjodu kollu meqjus. Anki f’sitwazzjoni fejn jonqos il-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni għandha tkun kapaċi żżomm livell aċċettabbli ta’ prezzijiet u għalhekk tillimita l-effetti negattivi ta’ tnaqqis fit-tkabbir tal-konsum, imma biss f’każ li ma jkunx hemm il-kompetizzjoni inġusta ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx fis-suq.

(255)

It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku lanqas ma għandu xi impatt fuq il-ħsara mġarrba u li diġà ġiet osservata qabel l-aħħar tliet xhur tal-2008.

(256)

Għaldaqstant, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jrid jitqies bħala element li jikkontribwixxi għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni mill-aħħar tliet xhur tal-2008 biss u minħabba n-natura globali tagħha ma tistax titqies bħala kawża possibbli li tħoll ir-rabta kawżali bejn il-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati.

5.3.5.   Pożizzjoni ġeografika

(257)

Xi wħud mill-partijiet interessati argumentaw li kull ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni ġiet ikkawżata primarjament mill-pożizzjoni żvantaġġata ta’ mill-inqas ftit mill-produtturi tal-Unjoni (jiġifieri ’l bogħod minn port b’mod li jeħlu aktar spejjeż ta’ trasportazzjoni bla bżonn għall-materja prima kif ukoll għall-prodott finali).

(258)

Fir-rigward tal-argument ta’ hawn fuq, huwa magħruf li meta tkun f’pożizzjoni fejn m’intix aċċessibbli malajr b’mezzi relattivament orħos ta’ trasport għandek ċerti żvantaġġi fejn jidħlu l-ispejjeż marbuta mat-twassil kemm tal-materja prima mill-fornituri kif ukoll tal-prodott finali lill-konsumaturi. Madankollu, l-investigazzjoni u d-dejta vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (tnejn minnhom pożizzjonati qrib ta’ port u tnejn oħra iktar ’il ġewwa) ma indikat ebda korrelazzjoni sinifikanti bejn il-pożizzjoni ġeografika u l-andament ekonomiku tal-produtturi tal-Unjoni. Fil-fatt, il-ħsara li rriżultat ġarrbuha wkoll dawk il-produtturi pożizzjonati qrib ta’ port.

(259)

Konsegwentement, huwa konkluż li l-pożizzjoni ġeografika ma kkontribwietx b’mod sinifikanti għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.3.6.   Integrazzjoni vertikali

(260)

Uħud mill-partijiet interessati argumentaw li kull ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kien kawża tal-fatt li bosta produtturi tal-Unjoni mhumiex integrati vertikalment (f’termini tal-produzzjoni tal-PTA) u għalhekk għandhom żvantaġġ sinifikanti f’dik li hi spiża vis-à-vis l-esportaturi integrati. Id-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma wriet l-ebda korrellazzjoni sinifikanti bejn l-integrazzjoni vertikali tal-produzzjoni tal-PTA u l-andament ekonomiku tal-produtturi tal-Unjoni.

(261)

Għaldaqstant, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ integrazzjoni vertikali tal-produzzjoni tal-PTA ma kkontribwiex għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(262)

Il-koinċidenza fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati, iż-żieda fl-ishma mis-suq u t-twaqqigħ tal-prezzijiet li rriżulta u, fuq in-naħa l-oħra, id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, twassal għall-konklużjoni li l-importazzjonijiet sussidjati kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku.

(263)

Ġew analizzati fatturi oħra iżda nstab li dawn ma jħollux ir-rabta kawżali bejn l-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea setgħu kkontribwew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, iżda minħabba d-differenza żgħira fil-prezz bejn dawn l-importazzjonijiet u s-suq tal-Unjoni, dawn jitqiesu li ma jħollux ir-rabta kawżali stabbilita fir-rigward tal-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati. Minħabba d-deterjorament tas-sehem mis-suq u l-livell għoli tal-prezz tagħhom, ma hemm ebda evidenza li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kkontribwew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, ma kien hemm ebda fattur magħruf ieħor, jiġifieri l-andament tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kompetizzjoni mill-produtturi l-oħra tal-Unjoni, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-pożizzjoni ġeografika u n-nuqqas ta’ integrazzjoni vertikali, li kkontribwixxa għall-ħsara tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li ħall din ir-rabta kawżali.

(264)

Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b’mod tajjeb l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effett dannuż tal-importazzjonijiet sussidjati, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(265)

B’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar is-sussidjar, il-ħsara u l-kawżalità, kienx hemm raġunijiet b’saħħithom li jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 31(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset l-impatt probabbli ta’ miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti, kif ukoll il-konsegwenzi probabbli jekk ma jittiħdux miżuri.

(266)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-importaturi indipendenti, il-fornituri ta’ materja prima, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom. B’kollox intbagħtu ’l fuq minn 50 kwestjonarju iżda t-tweġibiet li waslu fiż-żmien stipulat kienu biss 13. Barra minn hekk, kien hemm 22 utent li ppreżentaw ruħhom aktar tard fil-proċess b’ittri ta’ oppożizzjoni għal kwalunkwe miżuri possibbli f’dan il-każ.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni u ta’ produtturi tal-Unjoni oħrajn

(267)

Hu mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati tipprevjeni aktar tfixkil tas-suq u restrizzjoni tal-prezzijiet u terġa’ tintroduċi kompetizzjoni ġusta. Dan, min-naħa l-oħra, għandu jipprovdi lill-industrija tal-Unjoni b’opportunità biex ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha minħabba ż-żieda fil-prezzijiet, iż-żieda fil-volumi ta’ bejgħ u fis-sehem mis-suq.

(268)

Fin-nuqqas ta’ miżuri, hu mistenni li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ikomplu jiżdiedu bi prezzijiet baxxi li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. F’dan il-każ, l-industrija tal-Unjoni ma jkollhiex l-opportunità li ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha. Minħabba l-istat finanzjarju ħażin tal-industrija tal-Unjoni, ikun mistenni aktar għeluq ta’ impriżi bil-konsegwenza ta’ aktar telf ta’ impjiegi.

(269)

Ma hemm xejn x’juri li l-interessi tal-produtturi l-oħra fl-Unjoni li ma kkooperawx b’mod attiv fl-investigazzjoni se jkunu differenti minn dawk indikati għall-industrija tal-Unjoni.

(270)

Il-kumpanija Iranjana argumentat li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tgħinx lill-industrija tal-Unjoni għax twassal biss għal investimenti ġodda f’pajjiżi esportaturi oħra. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat għax ikun ifisser, jekk titqies il-konsegwenza loġika tiegħu, li l-miżuri kumpensatorji ma jistgħu qatt jiġu imposti fuq prodotti li għalihom l-investimenti jistgħu jiġu trasferiti lejn pajjiżi oħra. Dan ikun ifisser ukoll li wieħed jirrinunzja għall-protezzjoni kontra l-kummerċ inġust sempliċiment minħabba l-possibbiltà ta’ kompetizzjoni ġdida minn pajjiżi terzi oħra.

(271)

L-istess parti interessata ddikjarat li l-ebda miżura ma tista’ ssewwi l-iżvantaġġ kompetittiv strutturali tal-industrija ta’ produzzjoni tal-PET tal-UE meta mqabbla mal-industrija ta’ produzzjoni tal-PET fl-Asja u fil-Lvant Nofsani. Dan l-argument, madankollu, ma ġiex issostanzjat biżżejjed. Ta’ min jinnota li xi produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li huma integrati vertikalment jinsabu wkoll f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Barra minn hekk, minkejja l-iżvantaġġi kompetittivi possibbli (pereżempju permezz ta’ aċċess għal materja prima orħos), xorta waħda nstab li l-produtturi esportaturi kienu qed jirċievu sussidji kumpensatorji

(272)

Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji tkun biċ-ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   L-interess tal-importaturi mhux relatati fl-Unjoni

(273)

Kif indikat hawn fuq, it-teħid tal-kampjuni kien applikat għall-importaturi mhux relatati u minn żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun aġent importatur wieħed biss (Global Services International, “G.S.I”.) ikkoopera b’mod sħiħ f’din l-investigazzjoni billi ressaq tweġiba għall-kwestjonarju. L-importazzjonijiet iddikjarati mill-aġent li kkoopera jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-importazzjonijiet kollha kkonċernati fil-PI. Il-kummissjonijiet għall-importazzjonijiet tal-PET jirrappreżentaw il-maġġoranza tan-negozju tal-G.S.I. Billi l-aġent jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni, l-impożizzjoni ta’ dazji mhix mistennija li jkollha impatt sinifikanti fuq l-andament tiegħu minħabba li kull żieda effettiva fil-prezz tal-importazzjoni x’aktarx ibatuha l-klijenti tiegħu.

(274)

Ebda importatur ieħor ma ressaq tagħrif rilevanti. Billi l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra fejn bħalissa hemm fis-seħħ miżuri antidumping u/jew kumpensatorji ma waqfux u billi l-importazzjonijiet huma disponibbli minn pajjiżi mingħajr miżuri ta’ difiża għan-negozju (eż. l-Oman, l-Istati Uniti, il-Brażil), jitqies li l-importaturi jistgħu jimportaw minn dawn il-pajjiżi.

(275)

Għaldaqstant ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji mhux se jkollha effetti negattivi sa punt sinifikanti fuq l-interess tal-importaturi tal-UE.

6.3.   L-interess tal-fornituri ta’ materja prima fl-Unjoni

(276)

Tliet fornituri ta’ materja prima (tnejn tal-PTA u wieħed tal-MEG) ikkooperaw fl-investigazzjoni billi ressqu t-tweġiba għall-kwestjonarju fiż-żmien stipulat. L-għadd ta’ persunal impjegat fil-faċilitajiet Ewropej tagħhom u involut fil-produzzjoni tal-PTA/MEG kien ta’ madwar 700.

(277)

Il-produtturi tal-PTA li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 50 % tax-xiri ta’ PTA tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-produtturi tal-PTA jiddependu bil-kbir fuq l-istat tal-produtturi tal-PET li jikkostitwixxu l-klijenti ewlenin tagħhom. Il-prezzijiet baxxi tal-PET iwasslu għal prezzijiet aktar baxxi tal-PTA u marġnijiet aktar baxxi għall-produtturi tal-PTA. Ta’ min isemmi li tinsab għaddejja investigazzjoni li tikkonċerna l-antidumping u l-antissussidjar fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ PTA li joriġina fit-Tajlandja, li jfisser li l-produtturi tal-UE tal-PTA jistgħu wkoll iħabbtu wiċċhom ma’ kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet Tajlandiżi. Għaldaqstant, jitqies li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet sussidjati tal-PET għandha tibbenefika lill-produtturi tal-PET.

(278)

Għall-fornitur tal-MEG li kkoopera, l-MEG jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-fatturat totali tiegħu. Ta’ min isemmi li fir-rigward tal-MEG, il-PET mhuwiex l-unika applikazzjoni possibbli tiegħu, u lanqas dik ewlenija, u l-produtturi tal-MEG jiddependu inqas fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-PET. Minkejja dan, id-diffikultajiet tal-industrija tal-PET jista’ jkollhom impatt limitat fuq il-fornituri tal-MEG, tal-inqas fuq medda qasira u medja ta’ żmien.

(279)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati tkun fl-interess tal-fornituri ta’ materja prima.

6.4.   L-interess tal-utenti

(280)

Il-PET suġġett għal dan il-proċediment (jiġifieri bin-numru tal-viskożità ta’ 78 ml/g jew ogħla, l-hekk imsejjaħ “grad ta” flixkun’ (bottle grade) jintuża l-aktar biex jiġu prodotti fliexken għall-ilma u xarbiet oħra. L-użu tiegħu għall-produzzjoni ta’ pakketti oħra (ikel solidu jew deterġenti) u għall-produzzjoni tal-folji qiegħed jiżviluppa, iżda għadu relattivament limitat. Il-fliexken tal-PET jiġu prodotti f’żewġ stadji. (i) l-ewwel issir preforma bl-injezzjoni ta’ PET bil-forma u (ii) wara l-preforma tissaħħan u tintefaħ fi flixkun. Ir-realizzazzjoni tal-fliexken tista’ tkun proċess integrat (jiġifieri l-istess kumpanija tixtri l-PET, tipproduċi l-preforma u tonfoħha fi flixkun) jew wieħed limitat għat-tieni stadju (l-infiħ tal-preforma fi flixkun). Il-preforom jistgħu jiġu trasportati b’mod relattivament faċli minħabba li huma żgħar u densi, filwaqt li l-fliexken vojta huma instabbli u minħabba d-daqs tagħhom it-trasport tagħhom huwa għali ħafna.

(281)

Il-fliexken tal-PET jimtlew bl-ilma u/jew b’xarbiet oħra mill-kumpaniji tal-ibbottiljar (‘il-bottiljaturi’). Il-kumpaniji tal-ibbottiljar sikwit ikunu involuti fin-negozju tal-PET jew permezz ta’ proċessi integrati ta’ realizzazzjoni tal-fliexken jew permezz ta’ ftehimiet dwar ħlasijiet (tolling) ma’ konvertituri subkontrattati u/jew produtturi tal-fliexken li jinnegozjaw il-prezz tal-PET għalihom mal-produttur (soft tolling) jew anki jixtru l-PET għall-fliexken tagħhom stess (hard tolling).

(282)

Għaldaqstant, jeżistu żewġ gruppi ta’ utenti:

il-konvertituri u/jew il-produtturi tal-flixkun – li jixtru l-PET direttament mill-produtturi, jikkonvertuh fil-preforom (jew fliexken) u jerġgħu jbigħuh għall-ipproċessar downstream (jew il-mili), u

il-bottiljaturi - li jixtru l-PET għall-konvertituri/produtturi tal-fliexken subkontrattati tagħhom (hard tolling) jew jinnegozjaw il-prezz li bih il-konvertitur subkontrattat u/jew il-produttur tal-flixkun se jakkwista l-PET (soft tolling).

(a)   Konvertituri

(283)

Il-produtturi tal-preforom huma l-utenti ewlenin tal-PET bil-grad ta’ flixkun. Erba’ konvertituri, li jirrappreżentaw 16 % tal-konsum tal-Unjoni fil-PI, ikkooperaw b’mod sħiħ fl-invetsigazzjoni (jiġifieri ressqu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju fi ħdan il-limiti ta’ żmien). Kif issemma hawn fuq, għadd sinifikanti ta’ konvertituri ppreżentaw ruħhom ukoll aktar tard fil-proċediment jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom, iżda ma pprovdewx dejta verifikabbli fir-rigward tal-konsum tagħhom. Waqt seduta l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera qal li ’l fuq minn 80 % tal-utenti tal-UE qegħdin jopponu dawn il-miżuri. Madankollu dan it-tagħrif ma kienx sostnut biżżejjed u ma setax jiġi vverifikat.

(284)

Waqt seduta, assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-konvertituri Ewropej tal-plastik (l-EuPC) qalet li qed tieħu pożizzjoni newtrali fir-rigward ta’ dan il-proċediment. Għalkemm uħud mill-membri tagħha huma kontra dawn il-miżuri, il-livell attwali tal-prezzijiet tal-PET fis-suq Ewropew mhuwiex sostenibbli għall-kumpaniji li jirriċiklaw il-PET. Il-kumpaniji li jirriċiklaw il-PET (li wkoll huma rappreżentati mill-EuPC) jidhru favur il-miżuri. Madankollu, fi stadju aktar tard tal-investigazzjoni, l-assoċjazzjoni biddlet il-pożizzjoni tagħha u ddikjarat li hi kontra l-impożizzjoni tal-miżuri. L-assoċjazzjoni ddikjarat li l-impożizzjoni ta’ miżuri twassal għal spejjeż eċċessivi għall-industrija tal-konvertituri tal-plastik fl-UE, li tikkonsisti prinċipalment f’impriżi żgħar u medji (SMEs). L-assoċjazzjoni argumentat li dawn l-SMEs ma jkunux kapaċi jassorbu prezzijiet ogħla tal-PET, iżda jkollhom iwaqqfu l-attività tagħhom jew jittrasferuha barra mill-UE. Dawn id-dikjarazzjonijiet ma ġewx issostanzjati aktar f’dan l-istadju.

(285)

L-għadd totali ta’ persunal impjegat mill-konvertituri li kkooperaw kien ta’ 1 300 ruħ, filwaqt li l-persunal impjegat u ddikjarat mill-konvertituri li ppreżentaw ruħhom aktar tard fil-proċediment kien ta’ 6 000 ruħ oħra. Waqt is-seduta l-aġent tal-importazzjoni u l-klijenti tiegħu indikaw li l-livell ta’ impjiegi tal-konvertituri hu ta’ madwar 20 000 ruħ. It-tagħrif dwar l-impjiegi għad irid jiġi vverifikat.

(286)

Abbażi tat-tagħrif disponibbli, il-PET użat fil-produzzjoni tal-preforom jammonta għal bejn 70 % u 80 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni tal-konvertituri. Għaldaqstant, dan huwa komponent kritiku tal-ispiża għal dawn il-kumpaniji. L-investigazzjoni sa issa indikat li, bħala medja, il-konvertituri li kkooperaw diġà qed jagħmlu xi telf. Minħabba li l-maġġoranza tal-konvertituri huma kumpaniji lokali żgħar u medji, fuq medda qasira u medja ta’ żmien jista’ jkollhom biss possibbiltajiet limitati biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispejjeż tagħhom, partikolarment meta l-klijent tagħhom (il-kumpaniji tal-ibbottiljar) ikollu pożizzjoni b’saħħitha u allura jkun f’qagħda vantaġġata ta’ negozjar. Madankollu, il-kuntratti (normalment innegozjati kull sena) biex jinbiegħu l-preforom u/jew il-fliexken sikwit jinkludu mekkaniżmu biex tiġi riflessa l-varjazzjoni tal-prezzijiet tal-PET.

(287)

Il-konvertituri u l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera argumentaw li l-miżuri se jwasslu biex produtturi ikbar tal-preforom imexxu l-linji ta’ produzzjoni standardizzati tagħhom għall-pajjiżi ġirien tal-UE. Minħabba li l-ispejjeż tat-trasport tal-preforom fuq distanzi twal huma relattivament baxxi, sa ċertu punt dan il-proċess diġà qiegħed iseħħ. Għalissa, madankollu, il-kunsiderazzjonijiet bħalma hi l-prossimità tal-klijent jew il-flessibbiltà tat-twassil jidhru li jikkumpensaw għall-vantaġġi li jistgħu joffru l-pajjiżi ġirien. Minħabba li l-livell ta’ miżuri proposti huwa moderat, qed jitqies b’mod provviżorju li l-vantaġġi tal-produzzjoni tal-preforom barra mill-UE ma għandhomx jegħlbu l-iżvantaġġi attwali. Barra minn dan, minħabba l-ispejjeż tat-trasport, id-delokalizzazzjoni hi mistennija li tkun alternattiva biss għall-kumpaniji li l-klijenti tagħhom huma pożizzjonati qrib il-fruntieri tal-UE, iżda mhux għall-konvertituri li għandhom il-klijenti tagħhom f’partijiet oħra tal-UE.

(288)

Il-konvertituri u l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera argumentaw li l-miżuri setgħu biss iservu ta’ għajnuna għal żmien qasir lill-produtturi tal-PET. Dawn iddikjaraw li fuq medda medja u twila ta’ żmien, ladarba l-produtturi tal-preforom jimxu ’l barra mill-UE, mhux se jkun hemm biżżejjed domanda fis-suq tal-UE għal produtturi tal-PET u l-prezzijiet dejjem aktar baxxi fl-aħħar mill-aħħar se jġiegħlu lill-produtturi tal-PET biex jagħlqu jew inkella jittrasferixxu ruħhom barra mill-UE. Minħabba l-kunsiderazzjonijiet fil-premessa preċedenti u minħabba li qed jitqies b’mod provviżorju li l-produtturi tal-preforom għad mhumiex obbligati, ekonomikament, li jimxu ’l barra mill-UE, dan ix-xenarju x’aktarx ma jseħħx.

(289)

Għalhekk b’mod provviżorju għadu mhux eskluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri jkollha impatt sinifikanti fuq l-ispiża tal-produzzjoni tal-konvertituri. Madankollu, minħabba l-inċertezzi fir-rigward tal-possibbiltajiet għall-produtturi tal-preforom u/jew tal-fliexken biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispejjeż fuq il-konsumaturi tagħhom, l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-konvertituri u l-andament ġenerali tagħhom ma jistax jiġi ddikjarat b’mod ċar f’dan l-istadju provviżorju.

(b)   Bottiljaturi

(290)

Sitt kumpaniji bottiljaturi, inklużi fergħat tal-Coca-Cola Co., Nestle Waters, Danone u Orangina kkooperaw mal-investigazzjoni, jiġifieri ressqu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju fil-limiti taż-żmien. Dawn jirrappreżentaw madwar 11 % tal-konsum tal-Unjoni tal-PET fil-PI. Il-format tat-tagħrif ipprovdut ma jippermettix l-identifikazzjoni faċli tal-għadd ta’ persunal involut direttament fil-produzzjoni li juża l-PET. Madankollu, huwa stmat b’mod provviżorju li hemm madwar 6 000 ruħ. Abbażi tat-tagħrif disponibbli, huwa stmat li l-industrija totali tal-ibbottiljar fl-Unjoni timpjega bejn 40 000 u s-60 000 ħaddiem involuti direttament fil-produzzjoni permezz tal-PET.

(291)

Abbażi tat-tagħrif disponibbli, l-ispiża tal-PET fl-ispiża totali tal-bottiljaturi li kkooperaw tvarja bejn 1 % u 14 %, skont l-ispiża tal-komponenti l-oħra użati fil-produzzjoni tal-prodotti rispettivi tagħhom. It-tagħrif disponibbli jindika li l-PET għandu tendenza jkun element ta’ spiża aktar sinifikanti għall-produtturi tal-ilma minerali (speċjalment mingħajr marka kummerċjali), filwaqt li għal xi kumpaniji tal-ibbottiljar tas-soft drinks dan ikun marġinali. It-tagħrif fil-fajl juri li f’xi każijiet l-ispiża tal-PET tista’ tirrappreżenta sa 20 % tal-prezz finali tal-ilma minerali għall-konsumaturi. Huwa stmat li, bħala medja, l-ispiża tal-PET tista’ tikkostitwixxi sa 10 % tal-ispiża totali tal-kumpaniji bottiljaturi.

(292)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, jitqies li kull żieda fil-prezzijiet tal-PET wara l-impożizzjoni tal-miżuri proposti se jkollha biss impatt limitat (anqas minn żieda ta’ 2 % fl-ispiża) fuq il-qagħda ġenerali tal-kumpaniji bottiljaturi, anki jekk, kif intqal, dawn ikollhom diffikultajiet biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispiża fuq il-konsumaturi tagħhom, li f’kull każ hija improbabbli tal-inqas fil-perspettiva ta’ nofs it-terminu.

6.5.   Nuqqas ta’ fornitura tal-PET

(293)

Bosta partijiet interessati argumentaw li l-impożizzjoni tal-miżuri se tirriżulta f’nuqqas ta’ PET fis-suq tal-UE u li l-produtturi tal-Unjoni ma għandhomx biżżejjed kapaċitajiet ta’ produzzjoni biex ilaħħqu mad-domanda eżistenti.

(294)

Ta’ min jinnota li f’dan ir-rigward il-produtturi tal-Unjoni ħaddmu biss 69 % tal-kapaċità tagħhom fil-PI u għandhom biżżejjed kapaċità żejda biex jissostitwixxu l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, kemm-il darba jkun hemm bżonn isir dan. Madankollu, l-iskop tad-dazju ma għandux ikun wieħed li jiskoraġġixxi l-importazzjoni iżda biss wieħed li jerġa’ jintroduċi l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Barra minn dan, hemm disponibbli wkoll sorsi oħra ta’ forniment.

(295)

Barra minn hekk, kemm-il darba l-prezz tal-PET verġni fl-UE jinżamm f’livell raġonevoli u ma jitħalliex jaqa’ minħabba kompetizzjoni inġusta, huwa mistenni li l-industrija tar-riċiklaġġ tal-PET iżżid il-produzzjoni.

6.6.   Argumenti oħra

(296)

L-esportatur Iranjan argumenta li l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-PET Iranjan ikollha effett negattiv sproporzjonat minħabba l-istatus tal-pajjiż bħala pajjiż li qed jiżviluppa u billi l-esportaturi Iranjani diġà qed iħabbtu wiċċhom ma’ żvantaġġi serji minħabba s-sanzjonijiet internazzjonali. Hija l-prassi kostanti tal-Kummissjoni li tieħu azzjonijiet ta’ antisussidjar kontra l-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw b’mod indaqs kull meta din l-azzjoni tkun iġġustifikata mir-rekwiżiti legali. Barra minn hekk, il-fatt li hemm sanzjonijiet fis-seħħ kontra l-Iran hija kunsiderazzjoni irrilevanti skont ir-regoli eżistenti ta’ antisussidjar.

6.7.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(297)

Biex wieħed jikkonkludi, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċeranti għandha tipprovdi opportunità għall-industrija tal-Unjoni, kif ukoll għal produtturi oħra tal-Unjoni, biex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom permezz ta’ żieda fil-volumi ta’ bejgħ, żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ u f’dik tas-sehem mis-suq. Filwaqt li jistgħu jfiġġu xi effetti negattivi fl-għamla ta’ żidiet fl-ispiża għall-utenti (l-iktar il-konvertituri), dawn x’aktarx jingħelbu mill-benefiċċji li mistennija jaslu għand il-produtturi u l-fornituri tagħhom.

(298)

L-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kompetizzjoni ġusta u ż-żamma tal-prezz f’livell raġonevoli fl-UE għandhom jinkoraġġixxu r-riċiklaġġ tal-PET b’mod li jkompli jitħares l-ambjent. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa konkluż provviżorjament li, kollox ma’ kollox, ma jeżistux raġunijiet konvinċenti biex ma jiġux imposti miżuri fil-każ preżenti. Dan l-istudju preliminari jista’ jkollu jiġi rivedut fl-istadju finali, wara l-verifika tat-tweġibiet għall-kwestjonarju min-naħa tal-utenti u wara investigazzjoni ulterjuri.

7.   MIŻURI KUMPENSATORJI PROVVIŻORJI

(299)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet provviżorji li ntlaħqu rigward is-sussidjar, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda sabiex tiġi evitata aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni minn importazzjonijiet issussidjati.

7.1.   Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(300)

Il-miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati għandhom jiġu imposti f’livell suffiċjenti biex jeliminaw il-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet sussidjati, mingħajr ma jinqabeż il-marġni tas-sussidju misjub. Fil-kalkolu tal-ammont ta’ dazju meħtieġ għat-tneħħija tal-effetti tas-sussidjar dannuż, jitqies li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tagħha ta’ produzzjoni u b’mod ġenerali tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jintlaħaq raġonevolment f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet sussidjati.

(301)

L-Unjoni tkellmet dwar mira ta’ profitt ta’ 7,5 %, kif intuża fil-proċediment kontra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Madankollu, matul il-perjodu meqjus l-industrija tal-Unjoni qatt ma kisbet profitt bħal dan (fil-fatt qatt ma għamlet profitt) u b’mod ġenerali esprimiet li normalment tkun qed topera b’marġnijiet pjuttost baxxi. L-ogħla profitt miksub minn żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun f’sena mill-perjodu meqjus kien ta’ 3 %. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-iktar mira ta’ profitt li dehret raġonevoli kienet dik ta’ 5 %.

(302)

Abbażi ta’ dan, ġie kkalkulat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż ġie stabbilit billi tnaqqas il-marġni ta’ profitt attwali mill-prezz ta’ kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika u mal-prezz li ġie kkalkolat biex ma jsirx telf żdiedet il-mira ta’ marġni ta’ profitt imsemmija hawn fuq.

(303)

Minħabba li matul il-PI l-prezzijiet tal-materja prima u allura dawk tal-PET fis-suq tal-Unjoni ġarrbu varjazzjonijiet sinifikanti, tqies f’loku li l-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara jiġi kkalkulat fuq dejta ta’ kull tliet xhur.

Pajjiż

Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

L-Iran

17,0  %

Il-Pakistan

15,2  %

L-EGħM

18,5  %

7.2.   Miżuri provviżorji

(304)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ’il fuq u skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, jitqies li gћandu jiġi impost dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda fl-iktar livell baxx tal-livell ta’ eliminazzjoni tas-sussidjar u tal-ħsara li nstab, u dan skont ir-regola tal-inqas dazju.

(305)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, jitqies li għandha tiġi imposta r-rata tad-dazju kumpensatorju provviżorju fuq importazzjonijiet li joriġinaw fl-Iran fil-livell tal-marġni ta’ ħsara misjub, filwaqt li għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Pakistan u fl-Emirati Għarab Magħquda, ir-rata tad-dazju kumpensatorju provviżorju għandha tiġi imposta fil-livell tal-marġni ta’ sussidju li nstab.

(306)

Ta’ min jinnota li l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-PET huma suġġetti għal flutwazzjonijiet konsiderevoli f’perjodi ta’ żmien relattivament qosra. Għaldaqstant, tqies f’loku li jiġu imposti dazji fil-forma ta’ ammont speċifiku għal kull tunnellata. Dan l-ammont jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata kumpensatorja għall-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF użata għall-kalkoli fil-proċediment antidumping parallel.

(307)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-ammonti tad-dazju kumpensatorju propost, espressi fi prezzijiet CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel ma jitħallas id-dazju doganali, huma kif ġej:

Pajjiż

Marġni ta’ sussidju totali

li minnu Sussidju tal-Esportazzjoni

Marġni ta’ ħsara

(fuq bażi ta’ kull tliet xhur)

Rata tad-dazju kumpensatorju provviżorju

%

Ammont

(EUR/t)

L-Iran

53  %

2  %

17,0  %

17,0  %

142,97

Il-Pakistan

9,7  %

7,4  %

15,2  %

9,7  %

83,64

L-EGħM

5,1  %

0  %

18,5  %

5,1  %

42,34

7.3.   Dispożizzjoni finali

(308)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom fiż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ tnedija jkunu jistgħu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub jew jitolbu smigħ. Barra minn hekk, wieħed għandu jgħid li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jerġgħu jitqiesu għall-finijiet ta’ kwalunkwe miżuri definittivi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qiegħed jiġi impost dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ polyethylene terephthalate li għandu n-numru tal-viskożità ta’ 78 ml/g jew iktar skont l-Istandard ISO 1628-5, li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 3907 60 20 u li joriġina fl-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda.

2.   Ir-rata tad-dazju provviżorju kumpensatorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Rata tad-dazju kumpensatorju

(EUR/tunnellata)

L-Iran: il-kumpaniji kollha

142,97

Il-Pakistan: il-kumpaniji kollha

83,64

L-Emirati Għarab Magħquda: il-kumpaniji kollha

42,34

3.   Fil-każijiet fejn il-merkanzija tkun ġarrbet xi ħsarat qabel id-dħul tagħha fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz li jkun tħallas effettivament jew li jkun pagabbli ikun apporzjonat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4), l-ammont ta’ dazju kumpensatorju provviżorju, ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammonti stipulati hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwali li tikkorrispondi mal-apporzjonament tal-prezz li kien effettivament imħallas jew li jkun pagabbli.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal dispożizzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 31(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ erba’ xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU C 208, 3.9.2009, p. 7.

(3)  ĠU C 208, 3.9.2009, p. 12.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


Top