EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0815
Commission Regulation (EC) No 815/2008 of 14 August 2008 on a derogation from Regulation (EEC) No 2454/93 in respect of the definition of the concept of originating products used for the purposes of the scheme of generalised preferences to take account of the special situation of Cape Verde regarding exports of certain fisheries products to the Community
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 815/2008 ta’ l- 14 ta’ Awwissu 2008 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati għall-finijiet ta’ l-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ Kap Verde fir-rigward ta’ l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn il-Komunità
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 815/2008 ta’ l- 14 ta’ Awwissu 2008 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati għall-finijiet ta’ l-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ Kap Verde fir-rigward ta’ l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn il-Komunità
OJ L 220, 15.8.2008, p. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010
15.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 220/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 815/2008
ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008
dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati għall-finijiet ta’ l-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ Kap Verde fir-rigward ta’ l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn il-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Komunità kkonċediet preferenzi tariffarji ġeneralizzati lil Kap Verde skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li japplika skema tal-preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa (3). |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati li għandha tintuża għall-finijiet ta’ l-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (GSP). L-Artikolu 76 tar-Regolament jipprovdi għal derogi minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi l-anqas żviluppati li jgawdu mill-GSP li jippreżentaw talba xierqa lill-Komunità biex isir dan. |
(3) |
Mill-1 ta’ Marzu 2005, Kap Verde gawda mid-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat għall-Kooperazzjoni Doganali ta’ l-AKP-UE ta’ l-1 ta’ Marzu 2005 li jagħti deroga mill-kunċett tal-‘prodotti oriġinanti’ biex tikkonsidra s-sitwazzjoni speċjali ta’ l-Istati ta’ l-AKP rigward il-produzzjoni tat-tonn preżervat u tal-flettijiet tat-tonn (intestatura HS ex 1604) (4). |
(4) |
Madankollu, dawn il-ftehimiet ma baqgħux japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 2007 u Kap Verde għadu ma kkonkludiex Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika mal-Komunità. B’konsegwenza, l-uniku ftehim ta’ kummerċ preferenzjali disponibbli għal Kap Verde mill-1 ta’ Jannar 2008 huwa l-GSP. |
(5) |
B’ittra ddatata s-27 ta’ Novembru 2007, Kap Verde ppreżenta talba għal deroga mir-regoli dwar l-oriġini tal-GSP skond l-Artikolu 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. B’ittra ddatata s-27 ta’ Frar 2008, ippreżenta informazzjoni komplementari b’sostenn għal din it-talba. |
(6) |
Din it-talba għal deroga tikkonċerna kwantità totali ta’ 1 561 tunnellata fis-sena ta’ tliet speċijiet ta’ ħut ippreparat jew ippriżervat, li tnejn minnhom ma kienux koperti bid-deroga mogħtija skond id-Deċiżjoni Nru 2/2005: tumbrell, kavalli u tonn. |
(7) |
Il-talba għal deroga ġiet ikkunsidrata mill-Kummissjoni u nstabet li kienet kompluta u ssostanzjata kif xieraq. |
(8) |
Id-deroga hija meħtieġa biex tiżgura l-kontinwità tal-forniment matul is-sena kollha u b’hekk tiżgura investiment sostanzjali minn impriża li diġà wriet l-impenn tagħha li tappoġġa l-iżvilupp ta’ l-attività kkonċernata f’Kap Verde. |
(9) |
Dan l-investiment mhux biss ser ikollu impatt dirett fuq l-industrija tas-sajd f’Kap Verde fir-rigward ta’ l-ispeċi li għalihom qed tintalab id-deroga, imma wkoll effett benefiku indirett u sostanzjali fuq l-għoti tal-ħajja mill-ġdid lill-flotta tas-sajd ta’ Kap Verde in ġenerali. B’iktar bastimenti operattivi tal-Kap Verde, il-kapaċità tal-forniment ta’ ħut ta’ oriġini tiżdied gradwalment. |
(10) |
Id-deroga għandha tkun twila biżżejjed biex tiżgura l-investiment, u l-prevedibbiltà ġenerali ta’ l-operaturi, imma ma tistax, fl-ebda każ, tmur lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2010, meta Kap Verde ma jibqax igawdi mill-ftehim speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati fi ħdan il-GSP. Wara dik id-data, il-vijabbiltà ta’ l-industrija tat-tqegħid fil-laned għandha tkun żgurata fil-qafas ta’ Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika. |
(11) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistipula r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet ta’ Kap Verde, l-awtoritajiet doganali tal-Komunità u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skond id-deroga konċessa b’din id-Deċiżjoni. |
(12) |
Sabiex ikun possibbli monitoraġġ aktar effiċjenti tat-tħaddim tad-deroga, l-awtoritajiet ta’ Kap Verde għandhom jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa. |
(13) |
Fit-talba tagħhom, l-awtoritajiet ta’ Kap Verde indikaw li l-impriża kkonċernata, fl-ewwel sena ta’ operat wara li jkun sar l-investiment, x’aktarx ma kienx se jkollha l-kapaċità ta’ produzzjoni biex tuża l-ammont kollu tal-kwoti mitluba. B’konsegwenza, filwaqt li l-kwantitajiet mitluba għandhom jiġu konċessi kollha għas-snin 2009 u 2010, il-kwoti għandhom jitnaqqsu pro rata għall-perjodu li fih id-deroga ser tapplika fis-sena 2008. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikoli 67 sa 97 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, il-kavalli, it-tumbrell u t-tonn bil-kodiċi NM ex 1604 15, ex 1604 19 u ex 1604 14 prodotti f’Kap Verde minn ħut mhux oriġinanti għandu jitqies bħala li joriġina f’Kap Verde skond l-arranġamenti stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4.
Artikolu 2
Id-deroga stipulata fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti ttrasportati direttament minn Kap Verde u importati fil-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2010, sa l-ammonti annwali elenkati fl-Anness ma’ ġenb kull prodott.
Artikolu 3
Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
1. L-awtoritajiet doganali ta’ Kap Verde għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex iwettqu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.
2. Dan li ġej għandu jitniżżel fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini formola A maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde skond dan ir-Regolament: ‘Ir-Regolament ta’ Deroga (KE) Nru 815/2008’.
3. Kull tliet xhur l-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li nħarġulhom ċertifikati ta’ l-oriġini formola A skond dan ir-Regolament u n-numri ta’ serje ta’ dawn iċ-ċertifikati.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Awwissu 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
(3) ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 55/2008 (ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1).
ANNESS
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kodiċi NM |
Deskrizzjoni ta' l-oġġetti |
Il-perjodu |
Il-kwantità (f’tunellati) |
09.1647 |
ex 1604 15 11 ex 1604 19 98 |
Kavalli (Scomber Colias, Scomber Japonicus, Scomber Scombrus) qatgħat, ippreparati jew ippriżervati |
Mill-1.9.2008 sal-31.12.2008 |
333 |
Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 |
1 000 |
|||
Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010 |
1 000 |
|||
09.1648 |
ex 1604 19 98 |
Tumbrell (Auxis thazard, Auxis Rochei) qatgħat, ippreparati jew ippriżervati |
Mill-1.9.2008 sal-31.12.2008 |
116 |
Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 |
350 |
|||
Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010 |
350 |
|||
09.1649 |
ex 1604 14 16 ex 1604 14 18 |
Tonn bix-xewka safra, tonn tal-Palamit (Tunnus Albacares, Katsuwonus Pelamis), qatgħat, ippreparati jew ippriżervat |
Mill-1.9.2008 sal-31.12.2008 |
70 |
Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 |
211 |
|||
Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010 |
211 |