EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1295

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1295/2004 tat- 12 ta' Lulju 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq il-wajers ta' l-i stainless steel ta' dijametru ta' 1 mm jew iktar u li joriġina fl-Indja

ĠU L 244, 16.7.2004, p. 5–9 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 118–122 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/07/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1295/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

118


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1295/2004

tat-12 ta' Lulju 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq il-wajers ta' l-istainless steel ta' dijametru ta' 1 mm jew iktar u li joriġina fl-Indja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni sussidjata minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA TA' QABEL

(1)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1599/1999 (2), impona dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta' wires ta' l-istainless steel ta' dijametru ta' 1mm jew aktar (“il-prodott konċernat”) li jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7223 00 19 u li joriġina fl-Indja. Il-miżuri imposti kienu f'forma ta' dazju ad valorem ta' bejn 0 % u 35.4 % għal esportaturi partikolari, u ta' rata ta' 48.8 % għal esportaturi non-kooperattivi.

B.   IL-PROĊEDURA KURRENTI

1.   Tabla għal reviżjoni

(2)

Wara l-imposizzjoni tal-miżuri definittivi, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand wieħed produttur Indjan, VSL Wires Limited (“l-applikant”) biex tibda reviżjoni aċċellerata tar-Regolament (KE) Nru 1599/1999, skond l-Artikolu 20 tar-Regolament bażika. L-applikant sostna li ma kellux x'jaqsam ma' ebda esportatur ieħor tal-prodott konċernat fl-Indja. Mnbarra dan, sostna wkoll li ma kienx esporta l-prodott konċernat matul il-perjodu oriġinali ta' l-investigazzjoni (jiġifieri mill-1 ta' April 1997 sal-31 ta' Marzu 1998), imma kien esporta l-prodott konċernat lill-Komunità wara dak il-perjodu. Fuq il-bażi ta' dak li ngħad hawn fuq, l-applikant talab li tiġi stabbilita rata ta' dazju partikolari għalih.

2.   Il-bidu ta' reviżjoni aċċellerata

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat ix-xiehda mressqa mill-applikant u dehrilha li din kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni skond iid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-industrija tal-Komunità konċernata kienet ingħatat l-opportunità biex tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, b'notifika fil-Ġurnal Uffiċjali (3), reviżjoni aċċellerata tar-Regolament (KE) Nru 1599/1999 fir-rigward tal-kumpannija konċernata u tat bidu għall-investigazzjoni tagħha.

3.   Il-prodott konċernat

(4)

Il-prodott li dwaru titratta r-reviżjoni kurrenti huwa l-istess prodott li dwaru jitratta r-Regolament (KE) Nru 1599/1999, jiġifieri l-wire ta' l-istainless steel ta' dijametru ta' 1mm jew aktar, u li l-piż tiegħu fih 2.5 % jew iktar ta' nikil, eskluż il-wire li l-piż tiegħu fih 28 % jew iktar imma mhux iktar minn 31 % ta' nikil u 20 % jew iktar imma mhux iktar minn 22 % ta' kromju.

4.   Il-perjodu ta' l-investigazzjoni

(5)

L-investigazzjoni ta' l-issussidjar kopriet il-perijodu mill-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2003 (“il-perjodu investigattiv tar-reviżjoni”).

5.   Il-partijiet konċernati

(6)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant u lill-Gvern Indjan (“GI”) dwar il-bidu tal-proċedura. Minbarra dan, tat l-opportunità lill-partijiet l-oħra konċernati direttament biex jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ għall-kas tagħhom. Madakollu, l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda fehma jew talba għas-smigħ mingħand xi ħadd.

(7)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant u rċeviet lura tweġiba sħiħa fit-terminu stabbilit. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għall-għanijiet ta' l-investigazzjoni kif ukoll organizzat żjara ta' verifika fuq il-post fejn joqgħod l-applikant.

Ċ.   L-ISKOP TAR-REVIŻJONI

(8)

Billi l-applikant ma talabx li ssir reviżjoni tas-sejbiet dwar ħsara, ir-reviżjoni ġiet limitata għal kwistjonijiet li jirrigwardaw l-issussidjar.

(9)

Il-Kummissjoni eżaminat l-istess skemi ta' sussidju li kienu ġew analizzati fl-investigazzjoni oriġinali. Eżaminat ukoll jekk l-applikant kienx għamel użu minn xi skemi ta' sussidju li allegatament kienu taw xi benefiċċji fl-ilment oriġinali imma li ma nstabx li kienu wżati matul l-investigazzjoni oriġinali.

Fl-aħħarnett, ġie eżaminat jekk l-applikant kienx għamel użu minn xi skemi ta' sussidju li ġew stabbiliti wara tmiem il-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali, jew jekk kienx irċieva sussidji ad hoc wara din id-data.

D.   IR-RIŻULTATI TA' L-INVESTIGAZZJONI

1.   Il-kwalifikazzjoni ġdida ta' l-esportatur

(10)

L-applikant kien kapaċi juri li ma kienx relatat, direttament jew indirettament, ma ebda produttur-esportatur Indjan soġġett għall-miżuri kompensatorji fis-seħħ fir-rigward tal-prodott konċernat.

(11)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-applikant ma kienx esporta l-prodott konċernat matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri mill-1 ta' April 1997 sa l-31 ta' Marzu 1998.

(12)

Ġie stabbilit li l-applikant kien laħaq għamel biss bejgħ wieħed lill-Komunità li fil-fatt sar f'Awissu 2001, jiġifieri wara li kien għadda l-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali imma ferm qabel il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni.

(13)

Bi tweġiba għall-kwestjonarju, l-applikant identifika kuntratt wieħed biss li kien ġie ffirmat matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni, imma l-verifika fuq il-post ikkonfermat li l-bejgħ qatt ma sar. Konsegwentement, ma kien hemm l-ebda obbligazzjoni kuntrattwali irrevokabbli li assuma l-applikant biex jesporta lill-Komunità.

(14)

Madankollu, ta' min jinnota li l-kumpannija kellha ammont sinifikanti ta' bejgħ esportat lejn pajjiżi oħra matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni li bih kienet tqieset il-kalkolazzjoni tal-benefiċċju akkumulat mill-issussidjar fil-każ ta' bejgħ esportat, għaliex benefiċċji ta' din ix-xorta jakkumulaw irrispettivament minn xi tkun id-destinazzjoni ta' dan il-bejgħ.

F'dan ir-rispett, il-Kommissjoni ddeċidiet li tivverifika l-informazzjoni kollha li hija dehrilha li kienet meħtieġa għall-għan ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni aċċellerata biex tkun tista' tikkalkula kull ammont ta' sussidju kompensatorju billi talloka t-tali ammont bħala żieda mal-livell tal-valur tal-bejgħ totali relevanti ta' l-applikant matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni.

2.   L-Issussidjar

(15)

A bażi ta' l-informazzjoni li tidher fit-tweġiba ta' l-applikant għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, dawn l-iskema li ġejjin ġew investigati:

L-Iskema Passbook ta' Intitolament tad-Dazju,

L-Iskema ta' Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Income,

L-Iskema tal-Promozzjoni għall-Esport ta' Beni Kapitali,

Żoni ta' l-Ipproċessar ta' l-Esport/Units Orjentati għall-Esport.

3.   L-Iskema Passbook ta' Intitolament tad-Dazju (“DEPB”)

Ġenerali

(16)

Ġie stabbilit li l-applikant kien irċieva l-benefiċċji taħt din l-iskema matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni. Kien għamel użu mid-DEPB fuq bażi ta' post-esportazzjoni. Id-deskrizzjoni dettaljata ta' kif taħdem l-iskema tidher fil-paragrafu 4.3 tal-politika dwar l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni (Notifika Nru 1/2002-07 tal-31 ta' Marzu 2002 tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Gvern Indjan).

Taħt din l-iskema, kull esportatur eliġibbli jista' japplika għall-krediti li huma kkalkulati bħala perċentaġġ tal-valur ta' prodotti lesti esportati. Ir-rati tad-DEPB ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għal ħafna mill-prodotti, inkluż il-prodott konċernat, fuq il-bażi tan-Normi Standard għall-Input/Output (SION). Il-liċenzja li turi l-ammont ta' kreditu li wieħed ikun qala' tinħareġ awtomatikament.

Id-DEPB fuq bażi ta' post-esportazzjoni tippermetti l-użu ta' dan it-tip ta' kreditu għal kull xorta ta' importazzjoni sussegwenti (p.e. materja prima jew beni kapitali) ħlief għal oġġetti li l-importazzjoni tagħhom hija ristretta jew projbita. Dawn l-oġġetti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (soġġetti għat-taxxa tal-bejgħ) jew jintużaw b'mod ieħor.

Il-krediti tad-DEPB huma trasferibbli mingħajr restrizzjonijiet. Il-liċenzja ghad-DEPB hija valida għal 12-il xahar mid-data ta' meta tkun ingħatat il-liċenzja.

(17)

Il-karatteristiċi tad-DEPB ma nbidlux sa minn meta saret l-investigazzjoni oriġinali. L-iskeda hija sussidju li hija dipendenti, bil-liġi, fuq kif tmur l-esportazzjoni, u għalhekk kien determinat waqt l-investigazzjoni oriġinali bħala waħda speċifika u kompensatorja taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

Il-kalkolazzjoni ta' l-ammont tas-sussidju

(18)

Ġie stabbilit li l-applikant ittrasferixxa l-krediti kollha li kellu tad-DEPB għall-kumpannija Viraj Alloys Ltd relatata miegħu. L-istess ġara fil-każ ta' tliet kumpanniji oħra Indjani ta' l-applikant, jiġifieri Viraj Forgings Ltd, Viraj Impoexpo Ltd u Viraj Profiles Ltd. L-investigazzjoni kkonfermat li Viraj Alloys Ltd hija l-kumpannija li pprovdiet il-materja prima lill-kumpanniji l-oħra kollha msemmija hawn fuq u użat il-krediti trasferiti tagħhom tad-DEPB biex timporta eżentata mill-ħlas tad-dwana.

Minbarra dan, ġie stabbilit li l-esportazzjoni tal-prodott konċernat kienet issir permezz ta' xi kumpanniji relatati. Meta wieħed iqis li s-sidien ta' l-applikant jikkontrollaw dawn il-kumpanniji relatati kollha billi huma azzjonisti f'sistema estensiva ta' ishma, u li l-kumpanniji relatati huma involuti f'ċerti aspetti tal-manifattura u d-distribuzzjoni tal-prodott konċernat, ġie kkunsidrat li jkun xieraq li dawn il-kumpanniji jitqiesu bħala reċipjent wieħed tal-benefiċċju.

Għaldaqstant, l-ammont ta' sussidju mill-iskema tad-DEPB kien ibbażat fuq l-ammont tal-kreditu totali fil-liċenzji mogħtija kemm lill-applikant kif ukoll lill-kumpanniji relatati tiegħu. Minħabba li s-sussidju ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet esportati, l-ammont tas-sussidju ġie allokat skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku fuq il-firxa totali tal-valur tal-bejgħ mill-esportazzjoni ta' l-applikant u l-kumpanniji relatati tiegħu.

Fl-aħħarnett, VSL Wires Limited ibbenefikat minn din l-iskema matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni u ħadet sussidji ta' 12.7 %.

4.   L-Iskema ta' Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Income (“ITES”)

Ġenerali

(19)

Ġie stabbilit li l-applikant irċieva benefiċċji taħt din l-iskema u b'mod partikolari taħt is-Sezzjoni 80HHC ta' l-Att Indjan dwar l-Income.

L-Att Indjan dwar it-Taxxa fuq l-Income ta' l-1961 jipprovdi l-bażi għall-eżenzjonijiet mill-kollezzjoni tat-taxxi li l-azjendi huma ntitolati li jitolbu. Fost l-eżenzjonijiet li jistgħu jintalbu hemm dawk koperti mis-Sezzjonijet 10A (applikabbli għall-kumpanniji li jkunu fiż-Zoni ta' Kummerċ Ħieles), 10B (applikabbli għall-kumpanniji li jkunu Units Orjentati għall-Esport) u 80HHC (applikabbli għall-kumpanniji ta' esportazzjoni) ta' l-Att. Biex tkun tista' tibbenefika mill-ITES, l-azjenda għandha tagħmel it-talba relevanti tagħha meta tissottometti d-dikjarazzjoni fuq l-income għall-iskop tat-taxxa lill-Awtoritajiet tat-Taxxa. Is-sena ta' stima hija bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Marzu u d-dikjarazzjoni fuq l-income għall-iskop tat-taxxa għandha tintbagħat sat-30 ta' Novembru tas-sena ta' wara. F'dan il-każ, il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni kkoinċida mas-sena ta' taxxa u finanzjarja mill-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2003.

(20)

Il-karatteristiċi tal-ITES ma nbidlux minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali. Ġie determinat waqt l-investigazzjoni oriġinali li l-ITES hija sussidju kompensatorju, għaliex il-Gvern Indjan (GI) jagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-kumpannija billi jċedi introjtu governattiv fil-forma ta' taxxi diretti fuq qligħ minn exportazzjoni li kien ikollhom jitħallsu li kieku l-eżenzjonijiet mit-taxxi ma jintalbux. Madankollu, instab li l-ITES taħt is-Sezzjoni 80HHC se tibda titneħħa gradwalment mill-bidu tas-sena finanzjarja 2000-2001 sas-sena finanzjarja 2004-2005 meta l-ebda qligħ mill-esportazzjoni ma jibqa' jkun eżentat mit-taxxa fuq l-income. Matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni 50 % biss tal-profitti miksuba mill-esportazzjoni kienu eżentati mit-taxxa fuq l-income.

(21)

Is-sussidju huwa dipendenti, bil-liġi, fuq kif tmur l-esportazzjoni fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li dan jeżenta l-qligħ minn fuq bejgħ esportat biss, u huwa għalhekk meqjus bħala speċifiku.

Il-kalkolazzjoni ta' l-ammont tas-sussidjut

(22)

Il-benefiċċju għall-applikant ġie kkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-ammont ta' taxxi li normalment għandhom jitħallsu ma' u mingħajr il-benefiċċju ta' l-eżenzjoni matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni. Ir-rata tat-taxxa fuq l-income, inklużi t-taxxa tal-kumpanniji u l-ħlas li jintalab aktar minn dak normali (surcharge), applikabbli għal matul dan il-perjodu kienet ta' 36.75 %. Sabiex jiġi stabbilit il-benefiċċju sħiħ għall-applikant u b'konsiderazzjoni tal-fatt li tliet kumpanniji relatati ma' l-applikant kienu wkoll esportaw il-prodott konċernat matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni (ara l-premessa 18 hawn fuq), l-ammont ta' sussidju ġie stabbilit billi tqiesu l-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq l-income taħt is-Sezzjoni 80HHC ta' l-applikant, Viraj Forgings Ltd, Viraj Impoexpo Ltd u Viraj Profiles Ltd. Minħabba li s-susssidju ma kienx ingħata b'referenza għall-kwantitajiet esportati, l-ammont tas-sussidju ġie allokat fuq il-medda totali tal-valur tal-bejgħ mill-esportazzjoni ta' l-applikant u l-kumpanniji relatati miegħu skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi, ġie stabbilit li VSL Wires Limited ħadet taħt din l-iskema sussidji li jammontaw għal 1.4 %.

5.   L-Iskema tal-Promozzjoni għall-Esport ta' Beni Kapitali (“EPCGS”)

(23)

Ġie stabbilit li l-applikant ma kienx għamel użu mill-EPCGS.

6.   Żoni ta' l-Ipproċessar ta' l-Esport (“EPZ”)/ Units Orjentati għall-Esport (“EOU”)

(24)

Ġie stabbilit li l-applikant ma kienx qiegħed f'EPZ u anqas ma kien EOU u, għaldaqstant, m'għamel l-ebda użu minn din l-iskema.

7.   Skemi oħra

(25)

Ġie stabbilit lil l-applikant la kien għamel użu minn skemi ta' sussidju ġodda li ġew stabbiliti wara tmiem l-investigazzjoni oriġinali, u l-anqas ma kien irċieva xi sussidji ad hoc wara din id-data.

8.   Ammont ta' sussidji kompensatorji

(26)

Meta wieħed jikkunsidra s-sejbiet definittivi dwar l-iskemi varji deskritti hawn fuq, l-ammont ta' sussidji kompensatorji għall-applikant huwa kif ġej:

 

DEPB

ITES

Total

VSL Wires Limited

12,7 %

1,4 %

14,1 %

E.   EMENDA TAL-MIŻURI LI QEGĦDIN JIĠU RIVEDUTI

(27)

A bażi tas-sejbiet li saru matul l-investigazzjoni, ġie kkunsidrat li l-importazzjoni lejn il-Komunità ta' wires ta' l-istainless steel ta' dijametru ta' 1 mm jew aktar prodott u esportat minn VSL Wires Limited għandha tkun sottomessa għal livell ta' dazju kompensatorju li jikkorpsipondi għal ammonti partikolari ta' sussidji stabbiliti għal din il-kumpannija matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni.

(28)

Ir-Regolament (KE) Nru1599/1999 għandha għaldaqstant tiġi emendata.

F.   IL-KXIF U D-DURATA TAL-MIŻURI

(29)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-applikant u lill-GI dwar il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb tipproponi li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999 jiġi emendat. Ingħata wkoll perjodu raġonevoli li matulu setgħu jikkummentaw.

(30)

Fit-tweġiba tiegħu għall-kxif, l-applikant stqarr li d-DEPB tal-post-esportazzjoni hija skema li tissostitwixxi l-iskema ta' remissjoni/restituzzjoni li l-Kummissjoni stmat b'mod żbaljat f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-firxa tas-sussidju u l-ammont ta' benefiċċju kompensabbli. L-applikant argumenta li l-istima tal-benefiċċji li għamlet il-Kummissjoni kienet żbaljata għaliex l-eċċess mir-restituzzjoni tad-dazju biss seta' jitqies bħala sussidju u li l-operazzjonijiet prattiċi tas-sistema ma ġewx investigati mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni kkonkludiet ripetutament (ara per eżempju r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2002 (4) u partikolarment il-premessi (14) sa (20)) li d-DEPB mill-post-esportazzjoni mhijiex restituzzjoni jew skema ta' restituzzjoni għaliex ma tikkonforma ma' l-ebda disposizzjoni ta' l-Annessi I sa III tar-Regolament bażiku relatat ma' l-Artikolu tiegħu 2(1)(ii). L-iskema m'għandhiex fiha obbligazzjoni biex jiġu mpurtati biss oġġetti li huma kkunsmati fil-produzzjoni ta' l-oġġetti esportati (Anness II tar-Regolament bażiku) li kien jassigura li r-rekwiżiti ta' Anness I (i) jiġu sodisfatti. Minbarra dan, ma teżistix sistema ta' verifika li biha jista' jiġi ċċekkjat jekk l-oġġetti mpurtati humiex filwaqt qed jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni. Anqas ma hi skema sostitut għar-restituzzjoni għaliex ma jeħtieġx li l-oġġetti mpurtati jkunu ta' l-istess kwantità u karatteristiċi bħal ta' dawk domestiċi li ntużaw għall-produzzjoni għall-esportazzjoni (Anness III tar-Regolament bażiku). Fl-aħħarnett, il-produtturi li jesportaw huma eliġibbli għall-benefiċċji mill-DEPB irrispettivament jekk jimpurtawx xi inputs jew le.

Fil-każ ta' l-applikant, l-investigazzjoni kkonfermat li l-materja prima kienet ġiet importata mingħajr dazju minn waħda mill-kumpanniji relatati miegħu bl-użu ta' krediti trasferit tad-DEPB tal-kumpanniji kollha miksuba mill-esportazzjoni ta' prodotti differenti. Madankollu, l-ebda konnessjoni ma setgħet tiġi stabbilita bejn il-krediti ta' kull waħda mill-kumpanniji u l-oġġetti attwali li ġew impurtati mill-kumpannija relatata ewlenija li xogħolha kien li timporta l-materja prima. Minbarra dan, il-Gvern Indjan (GI) ma kellux sistema ta' verifika li biha seta' jikkontrolla liema oġġetti mpurtati kienu fil-fatt qed jiġu kkunsmati minn prodott u minn liema kumpannija. Billi l-eċċezzjoni għad-definizzjoni tas-sussidju msemmija hawn fuq għaldaqstant ma tapplikax, il-benefiċċju kompensatorju huwa l-ammont tal-kreditu totali li mogħti taħt l-iskema. Għal dawn ir-raġunijiet it-talba ma tistax tintlaqa'.

L-applikant argumenta wkoll li “s-servizzi tal-Komunità naqsu li jneħħu d-dazji ta' l-importazzjoni mill-kost, u għaldaqstant irrendew il-kalkolazzjonijiet tas-sussidju inkorretti u esaġerati”. F'dan ir-rispett, għandu jiġi nnutat li l-applikant kien ġie mitlub bil-quddiem biex, a bażi tas-sitwazzjoni kif deskritta fil-premessa (18) hawn fuq, jissottometti l-listi ta' krediti tad-DEPB għall-esportazzjoni kollha li saret matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni tar-reviżjoni. L-applikant intalab ukoll biex jissottometti l-istess informazzjoni għall-esportazzjoni kollha li kienet saret mill-kumpanniji relatati tiegħu għall-istess perjodu, flimkien ma' dettalji dwar kwalunkwe ħlas għal applikazzjonijiet jew spejjeż oħra li seta' għamel biex jieħu l-krediti. Madankollu, l-applikant ma ssottometta l-ebda dettalji u ma kienx f'posizzjoni li jipprovdi l-informazzjoni mitluba waqt il-verifika fuq il-post. Għaldaqstant minħabba li ma waslitx l-informazzjoni relevanti mitluba, l-ebda aġġustament għal dan il-kost ma jista' jsir fuq l-ammont ta' sussidju kif stabbilit fil-premessa (18) hawn fuq.

(31)

Din ir-reviżjoni ma taffettwax id-data li fiha r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999 jiskadi skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Iskeda fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999 qiegħda hawnhekk tiġi emendata biż-żieda ta' dan li ġej:

“VSL Wires Limited, G-1/3 MIDC, Tarapur Industrial Area, Boisar District, Thane, Maharashtra, India

14,1

A444 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, nhar it-12 ta' Lulju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BOT


(1)  ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1, Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 189, tat-22.7.1999, p. 1, Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 164/2002 (ĠU L 30, tal-31.1.2002, p. 9).

(3)  ĠU C 161, ta' l-10.7.2003, p. 2.

(4)  ĠU L 196, tal-25.7.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 492/2004 (ĠU L 80, tat-18.3.2004, p. 6).


Top