EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0817

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004 tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u l-Garanzija (FAEGG)

ĠU L 153, 30.4.2004, p. 30–84 (ES, DE)
ĠU L 153, 30.4.2004, p. 30–81 (EN)
ĠU L 153, 30.4.2004, p. 31–88 (EL)
ĠU L 153, 30.4.2004, p. 31–84 (PT)
ĠU L 153, 30.4.2004, p. 29–81 (IT)
ĠU L 153, 30.4.2004, p. 31–82 (FI)
ĠU L 153, 30.4.2004, p. 30–87 (NL)
ĠU L 153, 30.4.2004, p. 30–83 (FR)
ĠU L 153, 30.4.2004, p. 30–82 (DA)
ĠU L 153, 30.4.2004, p. 29–80 (SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1974

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/817/oj

32004R0817



Official Journal L 153 , 30/04/2004 P. 0030 - 0083


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004

tad-29 ta' April 2004

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u l-Garanzija (FAEGG)

IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat it-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [1], u partikolarment l-Artikoli 34, 45 u 50 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jistabbiliixi qafas legali singolu għas-sostenn FAEGG għall-iżvilupp rurali. Partikolarment, it-Titolu II tiegħu jispeċifika l-miżuri eliġibbli għas-sostenn, l-objettivi tagħhom u l-kriterja għall-eliġibbiltà. Dan il-qafas legali japplika għas-sostenn tal-iżvilupp rurali matul il-Komunità.

(2) Bħala supplement ta' dan il-qafas, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2002 tas-26 ta' Frar 2002 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) [2] kien ġie adottat, billi tqieset l-esperjenza akkwistata fl-użu tal-istrumenti applikati permezz tad-diveri regolamenti tal-Kunsill li huma mħassra fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2002 tas-26 ta' Frar 2002 kien ġie sostanzjalment emendat. B'żieda, meta r-Regolament (KE) Nru 1257/1999 kien emendat, erba' miżuri ġodda kienu introdotti li dwarhom regoli dettaljati huma meħtieġa. Aktar minn hekk, in vista ta' l-esperjenza akkwistata sa mill-bidu tal-perijodu tal-programmizzar, ċerti dispożizzjonijiet għandhom ikunu kjarifikati, partikolarment dawk li jirrigwardjaw il-proċedura għall-emendi tad-dokumenti tal-programmizar, għall-programmi ta' l-amministrazzjoni finanzjarja u għall-kontrolli. Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, għalhekk, regolazzjoni ġdida li tistabbilixxi regoli dettaljati għandha tkun adottata u r-Regolament (KE) Nru 445/2002 għandu jkun imħassar.

(4) Dawk ir-regoli għandhom isegwu l-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, u għalhekk għandhom ikunu ristretti għall-dak li huwa meħtieġ għall-akkwist ta' l-għanijiet kif imfittxija.

(5) Fir-rigward tal-kritereja ta' l-eliġibbiltà, ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jistabbilixxi tlett kondizzjonijiet bażiċi għas-sostenn għall-investimenti fl-oqsma agrikoli u l-impjanti tal-ipproċessar u s-sostenn għall-bdiewa żgħażagħ. Iż-żmien li fih dawk il-kondizzjonijiet għandhom ikunu mwettqa għandhom ikunu speċifikati, inklużi t-tul ta' żmien tal-perijodu ta' grazzja li l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-ċerti benefiċjarji li fihom għandhom ikunu konformi man-normi minimi fil-każi meta l-investiment ikun imwettaq fil-għan li jintlaħqu dawk in-normi.

(6) Is-sostenn tal-Komunità għall-investimenti fl-oqsama u l-impjanti tal-ipproċessar huwa suġġett għall-kondizzjoni li sfog normali tas-suq jista jkun misjub għall-prodotti ikkonċernati. Regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti għall-assessjar ta' tali sfog tas-suq.

(7) Sostenn għal taħriġ vokazzjonali m'għandhux ikopri l-edukazzjoni normali għall-agrikoltura u l-foresterija.

(8) F'dak li jirrigwardja l-kondizzjonijiet ta' sostenn ta' l-irtirar kmieni mix-xogħol, problemi speċifiċi jinħolqu meta l-qasam ikun trasferit minn diversi persuni lejn bidi bil-qbiela għandhom ikunu solvuti.

(9) Il-benefiċċji ta' pagament kompensatorju fiż-żoni anqas favoriti għall-art użata b'mod konġunt minn diversi bdiewa għandhom ikunu mħallsa lil kull bidwi ikkonċernat fi proporzjon tal-grad li fih il-bidwi jkun intitolat għall-użu tiegħu.

(10) Il-kompetenzi u r-riżorsi meħtieġa mill-awtoritajiet u l-korpi magħżula sabiex jipprovdu servizzi konsultattivi lill-bdiewa għandhom ikunu speċifikati.

(11) F'dak li jirrigwardja l-agri-ambjent u l-benesseri ta' l-annimali, il-ħtiġijet minimi li għandhom ikunu milħuqa mill-bdiewa b'konnessjoni mad-diversi agri-ambjenti u l-impenji tal-benessere ta' l-annimali għandhom jassiguraw applikazzjoni bilanċjata tas-sostenn billi jitqiesu l-objettivi u għandu għalhekk jikkontribwixxi lejkn żvilupp rurali sostenibbli.

(12) F'dak li jirrigwardja l-appoġġ lill-bdiewa li jipparteċipaw fi skema ta' ikel ta' kwalità, il-prodotti ikkonċernati b'dan l-appoġġ u t-tipi ta' spejjeż stabbiliti li jistgħu ikunu meqjusa għall-kalkolu ta' l-ammont ta' l-għajnuna għandhom ikunu speċifikati.

(13) Sabiex tkun assigurata l-komplementarjetà bejn il-miżuri ta' inkorraġġiment stabbiliti fl-Artikolu 24d tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u ta' l-amministrazzjoni li tikkonċerna l-informazzjoni u l-azzjonijiet ta' l-inkorraġġiment għall-prodotti agrikoli fis-suq intern [3], ħtiġijiet dettaljati għas-sostenn tal-inkorraġġiment ta' prodotti ta' kwalità għandhom ikunu stabbiliti, partikolarment f'dak li jirrigwardja l-attivitajiet benefiċjarji u eliġibbli. B'żieda, sabiex ikun evitat ir-riskju ta' finanzjament doppju, il-miżuri ta' l-informazzjoni u l-inkorraġġiment kif sostnuti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 m'għandhomx ikunu eliġibbli għas-sostenn ta' l-iżvilupp rurali.

(14) Il-kriterja ta' l-għażla għall-investimenti għat-titjib tal-ipproċessar u l-marketing tal-prodotti agrikoli għandhom ikunu stabbiliti. L-esperjenza wriet li dawn il-kriterji ta' l-għażla għandhom ikunu ibbażatu fuq prinċipji wiesa' pjuttost milli regoli settorjali.

(15) Ir-regjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità għandhom ikunu eżentati, suġġett għal ċerti kondizzjonijiet, mit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, li permezz tiegħu l-ebda għajnuna ma tista' tkun mogħtija għall-investimenti intiżi għall-ipproċessar jew il-marketing ta' prodotti minn pajjiżi terzi.

(16) Il-foresti li ma humiex eliġibbli għas-sostenn bis-saħħa ta' l-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandhom ikunu definiti b'aktar dettall.

(17) Kondizzjonijiet dettaljati għandhom ikunu stabbiliti għas-sostenn ta' l-afforestazzjoni ta' art agrikola u l-pagamenti għall-attivitajiet tal-manteniment u t-titjib tal-istabbilità ekoloġika tal-foresti.

(18) Bis-saħħa ta' l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, sostenn huwa mogħti għal miżuri oħtajn li jirrigwardjaw l-attivitajiet ta'-biedja u tal-konverżjoni tagħhom u lill-attivitajiet rurali mhux koperti b'xi miżuri oħrajn ta' żvilupp rurali. Meqjusa l-varjeta kbira ta' miżuri li jistgħu ikun u koperti b'dan l-Artikolu, għandu primarjament ikun imħolli għall-Istati Membri li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għas-sostenn bħala parti mill-programmizzar tagħhom.

(19) Ir-regoli komuni għal diversi miżuri għandhom ikunu stabbiliti sabiex jassiguraw, partikolarment, li n-normi komuni tal-prattika ta' biedja tajba jkunu applikati meta l-miżuri jkunu jirreferu għal dik il-kriterja, u sabiex jiggarantixxu l-flessibiltà meħtieġa għall-impenji fit-tul sabiex ikunu meqjusa avvenimenti li jistgħu jaffettwaw dawk l-impenji mingħajr ma jipperikolaw l-implementazzjoni effettiva tad-diversi miżuri ta' sostenn.

(20) Linja ċara li tifred għandha tkun miġbuda bejn il-finanzjament tas-sostenn tal-iżvilupp rurali u l-finanzjament tas-sostenn permezz ta' l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq. Xi eċċezzjonijiet għall-prinċipju li tali miżuri huma koperti bi skemi oħrajn ta' l-appoġġ permezz ta' l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq m'għandhomx ikunu eliġibbli għas-sostenn tal-iżvilupp rurali, għandhom ikunu proponuti mill-Istati Membri fil-programizzar ta' l-iżvilupp rurali tagħhom, skond il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u bħala segwiment ta' proċedura trasparenti.

(21) Il-pagamenti ta' l-appoġġ għall-iżvilupp rurali għandhom iseħħu bis-sħiħ lill-benefiċjarji.

(22) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1685/2000 [4] jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [5] f'dak li jirrigwardja l-eliġibbiltà tal-ispiża permezz ta' l-operazzjonijiet parzjalment finanzjati mill-Fondi Strutturali, u b'hekk mis-Sezzjoni ta' Gwida tal-FAEGG. Fl-interess tal-konsistenza, ir-Regolament (KE) Nru 1685/2000 għandu wkoll ikun applikabbli għall-miżuri parzjalment finanzjati mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-FAEGG, apparti meta jkun hemm provvediment mod ieħor fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-istrateġija agrikola komuni [6] jew f'dan ir-Regolament.

(23) L-ispejjeż normali ta' l-unità huma ta' spiss stabbiliti għall-ċerti investimenti parzjament finanzjati bis-saħħa ta' l-ewwel, tat-tieni jew tas-sitt inċiżi ta' l-Artikolu 30(1) u bis-saħħa ta' l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999. Fl-interess taċ-ċarezza u sabiex tkun simplifikata l-amministrazzjoni ta' dawk il-miżuri, il-benefiċjarji għandhom ikunu eżenti, mill-2000, mill-ħtieġa li jkunu ppreżentati l-fatturi bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1685/2000. Il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu japplikaw tali spejjeż normali għandhom ukoll ikunu stabbiliti sabiex jassiguraw amministrazzjoni effiċjenti.

(24) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/695/KE tat-8 ta' Settembru 1999 li tistabbilixxi indikazzjoni indikattiva mill-Istati Membri ta' l-allokazzjonijiet permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija. Sezzjoni tal-Garanzija, għal miżuri ta' żvilupp rurali għall-perijodu 2000 sal-2006 [7] tispeċifika t-tip ta' spiża koperta bl-allokazzjonijiet magħmula mill-Istati Membri. Aktar minn hekk, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2603/1999 tad-9 ta' Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli għat-transizzjoni lejn l-appoġġ ta' l-iżvilupp rurali li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 [8], il-pagamenti li jirriżultaw minn ċerti impenji mwettqa qabel l-1 ta' Jannar 2000 jistgħu ikunu nklużi fil-programmizzar tal-iżvilupp rurali għall-2000 sal-2006, suġġetti għal ċerti kondizzjonijiet. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun speċifikat liema għandu jkun inkluż fl-ammont globali ta' l-appoġġ tal-Komunità stabbilit għal kull pjan tal-iżvilupp rurali permezz ta' dokument singolu tal-programmizzar approvat mill-Kummissjoni.

(25) Sabiex tkun assigurata amministrazzjoni finanzjarja aktar flessibbli, l-Istati Membri li kienu għażlu għal programmizzar reġjonalizzat ta' l-iżvilupp rurali għandhom ikollhom l-għażla li jakkwistaw l-ammont totali ta' l-appoġġ tal-Komunità kidmogħti għal kull programm reġjonali stabbilit f'deċiżjoni separata li jkun fiha tabella konsolidata għall-Istat membru kollu kemm hu.

(26) L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett permezz tal-istrateġija agrikola komuni [9] jistipula li l-ammonti li jakkumulaw mill-penali għall-ksur tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni ambjentali jew mill-modulazzjoni jibqgħu disponibbli għall-Istati Membri bħala sostenn addizzjonali tal-Komunità għal ċerti żviluppi tal-iżvilupp rurali. Eżattament xi tkopri l-approvazzjoni tal-Komunità fil-każ ta' tali miżuri għandu jkun speċifikat.

(27) Regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet tal-iżvilupp rurali u tar-reviżjoni tagħhom.

(28) Sabiex ikun faċilitat l-istabbeliment tal-pjani tal-iżvilupp rurali u ta' l-eżami u l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, regoli komuni għandhom ikunu stabbiliti għall-istruttura u l-kontenut ta' dawn il-pjani, ibbażati partikolarment fuq il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

(29) Il-ħtiġijet għandhom ikunu stabbiliti bħala emendi għad-dokumenti tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali hekk li dawn jgħinu lill-Kummissjoni sabiex teżaminhom malajr u b'effiċċjenza.

(30) L-amendi biss li jinvolvu tibdiliet importanti għad-dokumenti tal-iżvilupp tal-programmizzar rurali għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura tal-kumitat amministrattiv. L-emendi l-oħrajn għandhom ikunu deċiżi mill-Istati Membri u ikkomunikati lill-Kummissjoni.

(31) Sabiex ikun assigurat monitoraġġ effettiv, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lejn il-Kummissjoni verżjoni elettronika konsolidata u aġġornata tad-dokumenti tal-programmizzar tagħhom.

(32) Regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti għall-ippjanar finanzjarju u għall-kontribuzzjonijiet tal-finanzjament tal-miżuri finanzjati mill-FAEGG, Sezzjoni tal-Garanzija, bis-saħħa ta' l-Artikolu 35(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

(33) F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jirraportaw b'mod regolari lejn il-Kummissjoni dwar l-istat tal-finanzjament tal-miżuri tal-iżvilupp rurali.

(34) Passi għandhom jittieħdu sabiex jassiguraw li l-appropprazzjonijiet intiżi bħala appoġġ tal-iżvilupp rurali jkunu użati b'mod effiċjenti, partikolarment billi jkun hemm provvediment għall-Kummissjoni li tagħti pagament inizjali bil-quddiem lill-aġenziji tal-pagament u għall-allokazzjonijiet li għandhom ikunu aġġustati skond il-ħtiġijiet u fid-dawl ta' l-imġieba tal-imgħoddi. Għandu wkoll ikun possibbli li jkunu mogħtija avvanzi lil ċerti kategoriji ta' benefiċjarji, skond ċerti kondizzjonijiet, sabiex tkun faċilitata l-implementazzjoni tal-miżuri tal-investiment.

(35) Regoli ġenerali dwar id-dixxiplina tal-budget, partikolarment dawk li jirrigwardjaw dikjarazzjoni mhux kompluti jew mhux korretti mill-Istati Membri, għandhom ikunu applikabbli b'żieda mar-regoli speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(36) L-amministrazzjoni finanzjarja dettaljata tal-miżuri tal-iżvilupp rurali għandha tkun irregolata bir-regolamenti li jimplementaw ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

(37) Il-proċeduri u l-ħtiġijiet għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandhom ikunu ibbażati fuq il-prinċipji applikabbli għall-miżuri l-oħrajn ta' l-appoġġ mill-Komunità, partikolarment dawk stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

(38) Ir-regoli amministrattivi għandhom jippermettu għall-amminstrazzjoni, monitoraġġ u kontroll aħjar ta' l-appoġġ tal-iżvilupp rurali. Fl-interess tas-sinpliċità, l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta' kontrolli previsti fit-Titolu II, il-Kapitolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett permezz tal-istrateġija agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiema [10] li dwaru regoli implementattivi dettaljati huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 [11] għandhom ikunu applikata kull meta possibbli.

(39) Dispożizzjoni għandha ssir għal sistema ta' penali kemm fil-livell tal-Komunità u wkoll ta' Stat membru.

(40) L-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni li tirrigwardja l-implementazzjoni tal-miżuri preċedenti akkompanjaturi permezz tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 [12], (KEE) Nru 2079/92 [13] u (KEE) Nru 2080/92 [14] għandhom ikunu nklużi fir-rapport annwali li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 meta tali miżuri jifformaw parti mill-programmizzar finanzjarju għall-2000 sal-2006. In-nefqa li tirriżulta minn tali miżuri għandha wkoll tkun inkluża fl-informazzjoni li l-istati membri huma meħtieġa li jfornu sat-30 ta' Settembru ta' kull sena.

(41) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I MIŻURI TA' ŻVILUPP RURALI

SEZZJONI 1 Investimenti f'oqsma agrikoli,

Artikolu 1

Il-perijodu ta' grazzja li fih l-Istati membri jistgħu jagħtu, bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 li matulu għandhom ikunu konformi man-normi godda kif introdotti ma jistax jeċċedi 36 xahar mid-data li fiha n-norma issir mandatorja għall-bdiewa. It-tmiem tal-perijodu tal-investiment referut fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandu jkun matul il-perijodu ta' grazzja kif stabbilit fl-ewwel paragrafu.

Il-perijodu ta' grazzja kif stabbilit fl-ewwel paragrafu m'għandux ikun applikabbli għall-applikazzjonijiet għall-sostenn introdotti qabel is-7 ta' Mejju 2004.

Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-eżistenza ta' sfog normali tas-suq għandha tkun assessjata fil-livell xieraq fit-termini ta':

(a) il-prodotti ikkonċernati;

(b) it-tipi ta' investiment;

(ċ) il-kapaċità eżistenti u ippjanata.

2. Xi restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni jew limiti fuq l-appoġġ tal-Komunità permezz ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq għandhom ikunu meqjusa.

3. Meta organizzazzjoni komuni tas-suq tippreżenta restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni jew limiti fuq l-appoġġ mill-Komunità fil-livell ta' bdiewa individwali, fuq l-oqsma jew fuq impjanti tal-ipproċessar, l-ebda investiment m'għandu jkun mgħejjun jekk ikun iżid il-produzzjoni lil hinn minn dawk ir-restrizzjonijiet jew limiti.

Artikolu 3

L-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament għandu wkoll ikun applikabbli għall-investimenti mwettqa minn bdiewa żgħażagħ.

SEZZJONI 2 L-istabbilizzar ta' bdiewa żgħażagħ

Artikolu 4

1. Il-kondizzjonijiet għall-għajnuna tal-bidu lejn bdiewa żgħażagħ stabbiliti fl-Artikolu 891) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandhom ikunu milħuqa fil-waqt meta tkun meħuda d-deċiżjoni individwali għall-għoti ta' l-appoġġ.

2. Peridjodu li ma jeċċedix ħames snin jista jkun imħolli wara dan il-bidu sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet relatati mal-kapaċità u l-kompetenza tas-sengħa, il-vijabiltà ekonomika u n-normi minimi li jirrigwardjaw l-ambjent, l-iġjene u l-benessere ta' l-annimali, jekk il-bidwi zgħażugħ ikun jeħtieġ perijodu ta' adattazzjoni li fih jibda jew jirristruttura il-qasam.

Artikolu 5

Id-deciżjoni ndividwali għall-għoti ta' l-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1257/199 għandha tittieħed mhux aktar tard minn 12 il-xahar minn wara l-bidu definit bid-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri.

SEZZJONI 3 Taħriġ

Artikolu 6

Appoġġ għat-taħriġ vokazzjonali m'għandux jinkludi korsijiet ta' tagħlim jew taħriġ li jifformaw parti minn programm normali jew minn sistemi ta' edukazzjoni agrikola jew tal-foresterija fil-livelli sekondarji jew aktar għoljin.

SEZZJONI 4 Irtirar kmieni

Artikolu 7

Meta razzet ikun trasferit minn diversi trasferituri, l-appoġġ globali għandu jkun limitat għall-ammont li jkun ipprovdut għal trasferitur wieħed.

Artikolu 8

Attivita tal-biedja mhux-kummerċjali li tkompli minn għand dak li jitrasferixxi bi qbil ma l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 m'għandiex tkun eliġibbli għal sostenn permezz tal-istrateġija agrikola komuni.

Artikolu 9

Bidwi bil-qbiela jista jitrasferixxi r-rilaxx ta' l-art lejn il-padrun basta li l-qbiela jkunu mitmuma u l-ħtiġijiet li jirrigwardjaw lil dak li jirċievi t-trasferiment, li huma stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jkun hemm konformità magħhom.

Artikolu 10

Ir-rilaxx ta' l-art tista' tkun inkluża f'operazzjoni ta' tqassim mill-ġdid jew fi skambju sempliċi ta' l-oqsma.

F'tali każi, il-kondizzjonijiet applikabbli għar-rilaxx ta' l-art għandhom ikunu applikati għal żoni agronomikalment ekwivalenti għall-art rilaxxata.

L-Istati membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-art rilaxxata li tittieħed minn korp li jintrabat li jassenja mill-ġdid f'data aktar tard lejn min jirċievi t-trasferiment u li jkun jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti għall-irtirar kmieni.

SEZZJONI 5 Żoni anqas iffavoriti u żoni b'restrizjonijiet ambjentali

Artikolu 11

Kumpens kompensatorju għal żoni użati b'mod konġunt minn diversi bdiewa għall-iskop tal-mergħa ta' l-annimali jista' jkun mogħti lil kull bidwi ikkonċernat fi proporzjon ta' l-użu li jkun jagħmel dak il-bidwi jew tad-dritt ta' l-użu ta' l-art.

SEZZJONI 6 Konverġenża tan-normi

Artikolu 12

L-awtoritajiet u l-korpi magħżula sabiex jipprovdu s-servizzi konsultattivi dwar l-irziezet referuti fl-Artikolu 21d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandhom jassiguraw id-disponabbiltà tar-riżorsi xierqa fil-għamla ta' persunall kwalifikat, faċilitajiet amministrattivi u tekniċi u esperjenza u affidabbiltà konsultattiva fir-rigward tal-ħtiġijiet statutorji referuti fl-Artikolu 21d(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

SEZZJONI 7 L-agri-ambjent u l-benessere ta' l-annimali

Artikolu 13

Kwalinkwe impenn għat-tkabbir tat-trobbija ta' l-annimali jew għall-amministrazzjoni differenti tal-irziezet għandha tkun konformi ma' mill-anqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-amministrazzjoni tal-mergħa bil-ħaxix għandha tibqa';

(b) il-qobla għandhom ikunu mqassma matul l-art kollha b'tali mod li ż-żona kollha tal-mergħa tkun mantnuta, b'hekk tkun evitata il-mergħa eċċessiva jew in-nuqqas ta' utilizzazzjoni;

(ċ) id-densità tal-qobla għandha tkun definita billi jkun meqjus li l-qobla kollha fil-mergħa jinzammu fuq dik l-art jew, fil-każ ta' impett tal-limitu tat-tlissija, l-annimali kollha li jinżammu fuq dik l-art ikunu relevanti għall-impenn f'dak il-każ.

Artikolu 14

1. Is-sostenn jista jkun relatat ma' dawn l-impenji li ġejjin:

(a) li jittkabbru annimali tal-irziezet minn razzez lokali indiġeni għaż-żona u li huma fil-periklu li jintilfu mill-irziezet;

(b) għall-preservazzjoni tar-riżorsi tal-pjanti ġenetiċi adattati għall-kondizzjonijiet lokali u reġjonali u li jinsabu mhedda bl-erożjoni ġenetika.

2. Ir-razzez lokali u r-riżorsi tal-pjanti ġenetiċi għandhom ikollhom rwol fil-manutenzjoni ta' l-ambjent fiż-żona li dwarha il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1 huma applikabbli.

L-ispeċje eliġibbli ta' l-annimali tal-irziezet u l-kriterja għad-determinazzjoni tal-limiti tat-telf tar-razzez lokali mill-irziezet huma definiti fit-tabella fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Għall-iskopijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2491) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, xogħlijiet kapitali għandhom ikunu meqjusa bħala mhux-remunerattivi, basta li dawn ma jkunux normalment iwasslu għal xi żieda netta sinifikanti fil-valur jew fil-profittibbiltà tar-razzet.

Artikolu 16

L-impenji ta' l-agri-ambjent lil hinn mill-perijodu minimu ta' ħames snin referut fl-Artikolu 2391) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 m'għandhomx idumu aktar mill-perijodu milli jkun reġjonevolment meħtieġ għall-akkwist ta' l-effetti ambjentali tagħhom. Dawn m'għandhomx ikunu għal aktar minn 10 snin, apparti milli fil-każ ta' impenji speċifiċi meta perijodu itwal jinstab bħala indispensabbli.

Artikolu 17

Diversi impenji dwar l-agri-ambjent u/jew il-benessere ta' l-annimali jistgħu ikunu miġbura flimkien basta li dawn ikunu kumplamentarji u kompatibbli.

Meta l-miżuri ta' l-agri-ambjent ikun hekk miġmuha, il-livell ta' l-appoġġ għandu jqis id-dħul mitluf u l-espejjeż addizzjonali speċifiċi li jirriżultaw minn din il-ġemgħa.

Artikolu 18

1. Il-livell ta' referenza għall-kalkolu tad-dħul mitluf u tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-impenji mogħtija għandhom ikunu skond il-prattika tajba normali tal-biedja fiż-żona ta' fejn il-miżuri jkunu applikati.

Il-konsegwenzi ekonomiċi għall-abbandun ta' l-art jew tat-twaqqif ta' ċerti prattiċi tal-biedja jistgħu ikunu meqjusa meta dan ikun iġġustifikat biċ-ċirkostanzi agronomiċi jew ambjentali.

2. Meta l-impenji jkunu normalment espressi f'unitajiet apparti minn dawk użati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw il-pagamenti fuq il-bażi ta' dawn l-unitajiet l-oħrajn. F'tali każi, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ammonti massimi ta' kull sena li jkunu eliġibbli għall-appoġġ mill-Komunità kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1257/199 ikun hemm konformità magħhom. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu:

(a) jistabbilixxu limitu tan-numru ta' unitajiet kull ettaru ta' art tal-biedja li dwarha l-impenji agri-ambjentali jkunu applikabbli;

jew

(b) 9b) jiddeterminaw l-ammont massimu globali għal kull razzet parteċipanti u jassiguraw li l-pagamenti għal kull razzet ikunu kompatibbli ma dan il-limitu.

3. Il-pagamenti jistgħu ikunu ibbażati fuq il-limiti ta' l-użu tal-fertilizzanti, il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti jew ta' impenji oħrajn, biss jekk, tali limiti jkunu teknikament u ekonomikament jistgħu jitkejlu.

Artikolu 19

L-Istati membri għandhom jiddeterminaw il-ħtieġa li jipprovdu inċentiv kif hemm provvediment dwar dan fit-tielet inċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2491) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 fuq il-bażi ta' kriterja oġġettiva.

L-inċentivi ma jistgħux jeċċedu 20 % ta' l-ammont mitluf u taż-żidiet addizzjonali minħabba l-impenn mogħti, appart milli fil-każ ta' impenji speċifiċi meta rata għola tkun meqjusha bħala indispensabbli għall-impelemetazzjoni effettiva tal-miżura.

Artikolu 20

Bidwi li jagħti impenn agri-ambjentali jew impenn tal-benesseri ta' l-annimali li jirrigwardja parti wahda mir-razzet (art) għandu jkun marbut ma' mill-anqas in-norma tal-prattika normali ta' biedja tajba matul ir-razzet (il-qasam) kollu.

Artikolu 21

1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw impenn wieħed li għandu jkun konvertit f'ieħor matul il-perijodu ta' l-operat tiegħu, bil-kondizzjoni li:

(a) tali konverżjoni tkun ta' benefiċċju mingħajr dubbju għall-ambjent jew għall-benesser ta' l-annimali;

(b) l-impenn eżistenti jkun sinifikament enforzat;

u

(ċ) il-programm approvat ikun jinkludi l-impenji kkonċernati.

Xi impenn agri-ambjentali jista' jkun ikkonvertit f'impenn għall-afforestazzjoni ta' art agrikola pemezz ta' l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-impenn ta' l-agri-ambjent għandu jieqaf mingħajr rikompens meta jkun hekk mitlub.

2. L-Istati membri jistgħu jippermettu l-impenji ta' l-agri-ambjent jew tal-benessere ta' l-annimali li jkunu aġġustati matul il-perijodu li dwaru jkunu applikabbli, bast li l-programm approvat ikun jinkludi l-iskop għal tali aġġustament u li l-aġġustament ikun ġustifikat sewwa f'dak li jirrigwardja l-għanijiet ta' l-impenn.

SEZZJONI 8 Kwalità ta' l-ikel

Sub-sezzjoni 1 Parteċipazzjoni fl-iskemi tal-kwalità ta' l-ikel

Artikolu 22

1. L-għajnuna prevista fl-Artikolu 24b tar-Regolament (KE)Nru 1257/1999 tista' tkun mogħtija lill-bdiewa li jipparteċipaw fi skema ta' kwalità biss, jekk il-prodott agrikolu jew l-oġġetti ta' l-ikel ikunu ġew uffiċċjalment rikonoxxuti permezz tar-Regolamenti elenkati fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu jew ta' skema nazzjonali tal-kwalità kif hemm provvediment dwar dan fil-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu.

2. Meta appoġġ permezz ta' l-Artikolu 24b tar-Regolament Nru 1257/1999 għall-parteċipazzjoni fi skema tal-kwalità ta' l-ikel permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 [15] dwar prodott speċifiku jkun inkluż fil-programmizzar tal-iżvilupp rurali, in-nefqa fissa li tirriżulta mill-parteċipazzjoni ta' din l-iskema ta' kwalità m'għandhiex aktar tkun meqjusa fil-kalkolu ta' l-ammont ta' appoġġ fil-qafas tal-miżura agri-ambjentali għall-appoġġ tal-biedja organika għall-istess prodott.

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 24c tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, "spejjeż fissi" tfisser l-ispejjeż minfuqa għad-dħul fi skema ta' kwalità u tal-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni f'tali skema, inkluż, meta meħtieġ, l-ispiża fuq il-verifika meħtieġa għall-verifika mal-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema.

Sub-sezzjoni 2 Inkurraġġiment ta' prodotti ta' kwalità

Artikolu 23

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 24d(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, "gruppi ta' produtturi" tfisser kwalunkwe organizzazzjoni, ta' kwalunkwe għamla legali, li twassal ħalli tiġbor flimkien l-operaturi li attivament jipparteċipaw fi skema ta' kwalità koperta fl-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għal prodott agrikolu jew oġġett ta' l-ikel speċifiċi.

Organizzazzjonijiet professjonali u/jew inter-professjonali li jirrapreżentaw settur wieħed jew aktar ma jistgħux jikkwalifikaw bħala "gruppi ta' produtturi" fis-sens ta' l-ewwel paragrafu.

Artikolu 24

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 24d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/199, l-attivitajiet l-informazzjoni, l-inkurraġġiment u tar-reklamar eliġibbli għal sostenn għandhom ikunu attivitajiet iddisinjati sabiex iħeġġu lill-konsumaturi li jixtru prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel koperti bi skemi ta' kwalità inklużi fid-dokument tal-programmizzar permezz tal-miżura "skemi ta' parteċipazzjoni fi skemi ta' ikel ta' kwalità".

Tali attivitajiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni lejn fatturi speċifiċi jew tal-vantaġġi tal-prodotti ikkonċernati, notevolment il-kwalità, metodi speċifiċi tal-produzzjoni, normi għaljin tal-benesser ta' l-annimali u li jirrispettaw l-ambjent marbut mal-iskema ikkonċernata tal-kwalità, u jistgħu jinkludu id-dissiminazzjoni ta' tagħrif xjentifiku u tekniku dwar dawn il-prodotti.

Tali attivitajiet għandhom jinkludu, partikolarment, l-organizzazzjoni ta', u/jew il-parteċipazzjoni fi, fieri u esebizzjonijiet, eżerċizzji simili tar-relazzjonijiet pubbliċi u r-reklamar permezz tad-diversi kanali ta' komunikazzjoni jew fil-punt tal-bejgħ.

Artikolu 25

1. L-attivitajiet biss dwar l-informazzjoni, inkurraġġiment u reklamar fis-suq intern għandhom ikunu eliġibbli għal sostenn bis-saħħa ta' l-Artikolu 24d tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

2. Attivitajiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 24 ma jistgħux ikunu jikkonċernaw ismijiet kummerċjali. Dawn ma jistgħux iħeġġu lill-konsumaturi li jixtru prodott minħabba l-oriġini partikolari tiegħu, apparti milli għall-prodotti koperti bl-iskema ta' kwalità introdotta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2081/92 [16] u dawk koperti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid [17].

L-oriġini ta' prodott jista, b'dana kollu, ikun indikat basta li din l-indikazzjoni ta' l-oriġini tkun subordinata għall-messaġġ ewlieni.

3. Meta l-attivitajiet koperti bl-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament ikunu jikkonċernaw prodott inkluż fi skema ta' kwalità li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 24b(2)(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-logo tal-Komunità li hemm dispożizzjoni dwaru permezz ta' dawk l-iskemi għandu jkun jidher fuq il-materjal; ta' l-informazzjoni, l-inkurraġġiment u/jew ir-reklamar.

4. L-attivitajiet tal-informazzjoni u tal-inkurraġġiment sostnuti bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 m'għandhomx jikkwalifikaw għal appoġġ bis-saħħa ta' l-Artikolu 24d tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

Artikolu 26

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-abbozzi kollha tal-materjali dwar l-informazzjoni, l-inkurraġġiment u r-reklamar, imħejjija fil-kuntest ta' attività li tibbenefika minn appoġġ bi qbil ma' l-Artikolu 24d tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 li jkunu konformi tal-leġislazzjoni tal-Komunità. Għal dak il-għan, il-benefiċjarji għandhom jitrasmettu tali abbozzi tal-materjali lejn l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri.

SEZZJONI 9 Titjib fl-ipproċessar u fil-marketing tal-prodotti agrikoli

Artikolu 27

L-ispiża eliġibbli tista' tinkludi:

(a) il-kostruzzjoni u l-akkwist ta' propjeta immobbli, bl-eċċezzjoni tax-xiri ta' l-art;

(b) makkinarju u apparat ġdid, inkluż is-software tal-kompjuter;

(ċ) l-ispejjeż ġenerali, bħalma huma l-miżati tal-periti, tal-inġiniera u tal-konsulenti, studju tal-prattikalità, l-akkwist tal-privattivi u tal-liċenzi.

L-ispejjeż referuti fil-punt (c) ta' l-ewwel subparagrafu għandhom ikunu b'żieda ma' l-ispejjeż referuti fi (a) u (b) u għandhom ikunu meħqusa bħala nefqa eliġibbli sa massimu ta' 12 % ta' dawk l-ispejjeż. Għall-iżvilupp ta' teknoloġija ħodda kif referuti fl-Artikolu 2592), ir-raba' inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-massimu jista' jkun miżjud sa 25 %.

Artikolu 28

1. Għall-iskopijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, "unitajiet żgħar tal-ipproċessar" tfisser impriżi b'anqas minn 10 impjegati u b'total ta' negozju globali annwali jew bi balance sheet annwali li ma jeċċedix EUR 2 miljuni.

2. Il-perijodu ta' grazzja li fih l-Istati membri jistgħu jagħtu, bis-saħħa tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 li matulu għandhom ikunu konformi man-normi godda kif introdotti ma jistax jeċċedi 36 xahar mid-data li fiha n-norma issir mandatorja għall-unità żgħira tal-ipproċessar.

It-tmiem tal-perijodu tal-investiment referut fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandu jkun matul il-perijodu ta' grazzja kif stabbilit fit-tieni paragrafu ta' hawn fuq.

Artikolu 29

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-eżistenza ta' sfog normali tas-suq għandha tkun assessjata fil-livell xieraq b'relazzjoni ma':

(a) il-prodotti ikkonċernati;

(b) it-tipi ta' investiment;

(ċ) il-kapaċità eżistenti u ippjanata.

2. Xi restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni jew limiti fuq l-appoġġ tal-Komunità permezz ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq għandhom ikunu meqjusa.

Artikolu 30

Fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, l-appoġġ jista jkun mogħti għall-investiment fl-ipproċessar jew fil-marketing ta' prodotti minn pajjiżi terzi, basta li l-prodotti ipproċessati jkunu ntiżi għas-suq tar-reġjun f'dak il-każ.

Għall-iskopijiet tal-konformità mal-kondizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu, l-appoġġ għandu jkun limitat għall-kapaċità tal-ipproċċessar li tkun tikkorrespondi mal-ħtiġijiet reġjonali, basta li tali kapaċità tal-ipproċessar ma tkun teċċedi tali ħtiġijiet.

SEZZJONI 10 Foresterija

Artikolu 31

Il-foresti li huma inklużi mill-appoġġ tal-foresterija permezz ta' l-Artikolu 2993) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandhom ikunu:

(a) foresta jew art ohra nsaġġra li tkun il-propjetà ta' gvernijiet ċentrali jew reġjonali, jew ta' korporazzjonijiet ikkontrollati mill-gvern;

(b) foresta jew art ohra nsaġġra li tkun il-propjetà tal-kuruna;

(ċ) il-foresti li huma l-propjetà ta' persuni legali li mill-anqas 50 % tal-kapital tagħhom ikun jappartieni lill-waħda mill-istituzzjonijiet referuti fil-punti (a) u (b).

Artikolu 32

Art agrikola oħra eliġibbli għal sostenn ta' l-afforestazzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandha tkun speċifikata mill-Istat Membru u għandha tinkludi partikolarment, l-art tajba għall-ħrit, art bil-ħaxix, mergħat permanenti u art użata għal uċuħ perenni, ta' fejn ix-xogħol tar-rabgħa jkun iseħħ fuq bażi regolari.

Artikolu 33

1. Għall-iskopijiet tat-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 31)1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, "bidwi" jfisser persuna li tiddedika parti essenjali mill-ħin tax-xogħol tagħha jew tiegħu għal attivitajiet agrikoli u li jakkwista parti sinifikanti tal-qligħ tagħha jew tiegħu skond il-kriterja dettaljata li għandha tkun determinata mill-Istat Membru.

2. Għall-iskopijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 31)3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, "speċjali li jikbru malajr ikkoltivati għal żmien qasir" tfisser speċje bi żmien rotazzjonali, jiġifieri il-perijodu ta' bejn żewgt iħsad fuq l-istess medda art, ta' anqas minn 15-il sena.

Artikolu 34

1. Sostenn permezz ta' l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jista' li ma jkunx mogħti għaż-żoni li dwarhom l-appoġġ ikun diġa ġie mogħti bis-saħħa ta' l-Artikolu 31 ta' dak ir-Regolament.

2. Pagamenti għall-manteniment ta' spazzjoni għat-twaqqif tan-nirien permezz ta' miżuri agrikoli skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jistgħu li ma jkunux mogħtija għaż-żoni li jibbenefikaw mill-appoġġ ta' l-agri-ambjent.

Tali pagamenti għandhom ikunu ikkonsidrati mingħajr xi restrizzjonijiet mal-produzzjoni jew tal-limitazzjonijiet ta' l-appoġġ tal-Komunità permezz ta' l-organizzazzjonijiet tas-suq komuni u għandhom ikunu meqjusa l-pagamenti mwettqa permezz ta' dawk l-organizzazzjonijiet tas-suq komuni.

SEZZJONI 11 Regoli komuni għal diversi miżuri

Artikolu 35

1. Għall-iskopijiet tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 14(2) u ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, "prattika normali tajba tal-biedja", tfisser il-biedja normali li bidwi jkun mistenni li raġjonevolemnt iwettaq fir-reġjun ikkonċernat.

L-Istati Membru għandhom jiddefinixxi normi verifikabbli fil-pjani tagħhom tal-iżvilupp rurali. Dawn in-normi għandhom mill-anqas jinvolvu l-konformità ma ħtiġijiet ġenerali mandatorji dwar l-ambjent. Sigward l-appoġġ għall-benessere ta' l-annimali skond l-Artikolu 22, it-tieni subparagrafu, il-punt (f) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, dawk in-normi jinkludu mill-anqas il-ħtiġijiet mandatorji ta' din iż-żona.

2. Meta Stat Membru jagħti perijodu ta' grazzja għall-konformità ma' normi ġodda kif referuti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, jew għal perijodu għall-konformità ta' bdiewa żgħażagħ man-normi minimi referuti fl-Artikolu 4, it-tieni subparagrafu, ta' dan ir-Regolament, il-bdiewa jibqgħu eliġibbli għall-allokazzjonijiet kompensatorji referuti fil-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u/jew għal appoġġ ta' l-agri-ambjent jew tal-benessere ta' l-annimali referut fil-Kapitolu VI ta' dak ir-Regolament matul dan il-perijodu basta li l-kondizzjonijiet l-oħrajn għall-għoti ta' dan l-appoġġ ikunu ġew milħuqa u basta li l-bidwi jkun konformi man-normi ikkonċernati fit-tmiem tal-perijodu.

Artikolu 36

Meta benefiċjarju jittrasferrixxi it-total kollu jew parti minn qasam lill-persuna oħra matul il-perijodu li dwaru jkun ingħata impenn bħala kondizzjoni għall-għoti ta' l-għajnuniet, dak li jakkwista t-trasferiment jista jidħol għall-impenn għall-kumplament tal-perijodu. Jekk l-impenn ma jkunx merfugħ, il-benefiċjarju għandu jħallas lura dik l-għajnuna li tkun ingħatat.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jkunux jeħtieġu l-ħlas lura jekk il-benefiċjarju jkun diġa għamel tajjeb għall-parti sinifikanti ta' l-impenn ikkonċernat u definittivament iwaqqaf l-attivitajiet agrikoli u ma jkunx prattikabbli għas-suċċessur li jieħu huwa stess dak l-impenn.

Fil-każ ta' tibdiliet żgħar fis-sitwazzjoni ta' qasam, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri speċifiċi sabiex jassiguraw li l-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu ma tkunx twassal għal riżultati mhux xierqa fit-termini ta' l-impenn li jkun daħal għalih.

Artikolu 37

1. Meta benefiċjarju jżid id-daqs taż-żona tal-qasam matul il-perijodu li dwaru jkun ingħata impenn bħala kondizzjoni għall-għoti ta' l-appoġġ regoli, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-impenn li jkun estiż sabiex ikopri ż-żona addizzjonali għall-kumplament tal-perijodu ta' l-impenn bi qbil mal-paragrafu 2, jew li l-impenn oriġinali jkun mibdul b'wieħed ġdid bi qbil mal-paragrafu 3.

Dispożizzjoni tista' wkoll issir għal tali tibdil fil-każi ta' meta ż-żona koperta minn impenn tkun fi ħdan il-qasam estiż.

2. L-estenzjoni referuta fil-paragrafu 1 tista' tkun mogħtija biss skond dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikun ta' benefiċċju mingħajr ebda dubbju għall-miżura ikkonċernata;

(b) tkun ġustifikata fit-termini tan-natura tal-impenn, tat-tul tal-kumplament tal-perijodu u tad-daqs taż-żona addizzjonali;

(ċ) ma tkunx tfixkel l-effettività tal-verifiki sabiex tassigura l-konformità mal-kondizzjonijiet għall-għoti ta' l-għajnuna.

Id-daqs taż-żona addizzjonali referuta fi (b) għandha tkun sinifikament anqas miż-żona oriġinali u mhux aktar minn żewġ ettari.

3. L-impenn il-ġdid referut fil-paragrafu 1 għandu jkopri iż-żona ikkonċernata permezz tat-termini li jkunu mill-anqas stretti daqs dawk ta' l-impenn oriġinali.

Artikolu 38

Meta benefiċjarju ma jkunx jista' aktar li jkun konformi mal-impenji mogħtija minħabba li l-qasam ikun diviż mill-ġdid jew li jkun suġġett għal miżuri oħrajn simili tal-konsolidazzjoni ta' art pubblika, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jippermettu li l-impenji jkunu adattati għas-sitwazzjoni l-ġdida tal-qasam. Jekk tali adattazzjoni turi li tkun impossibbli, l-impenn għandu jeskadi u l-ħlas lura m'għandux ikunu meħtieġ fir-rigward tal-perijodu li fih l-impenn kien effettiv.

Artikolu 39

1. Mingħajr preġudizzju għaċ-ċirkostanzi attwali li għandhom ikunu meqjusa f'każi individwali, l-Istati Membri kostgħu jirrikonoxxu, partikolarment, il-kategoriji li ġejjin bħala force majeure:

(a) il-mewt tal-bidwi;

(b) l-inkapaċità okkupazzjonali f'termini fit-tul tal-bidwi;

(ċ) l-esproppjazzjobi ta' parti kbira tal-qasam jekk dan ma jistgħax ikun antiċipat fil-jum li fih l-impenn kien mogħti;

(d) disastru nazzjonali serju li jaffetwa l-art agrikola tal-qasam;

(e) destruzzjoni aċċidentali tal-bini tal-qobla li jkunu fil-qasam;

(f) mard epiżootiku li jaffetwa il-qobla kollha jew parti minnhom ta' fuq il-qasam.

L-Istati membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kategoriji li jirrikonoxxu bħala force majeure.

2. Il-każi ta' force majeure għandhom ikunu notifikati lill-awtorità kompetenti, flimkien mar-relevanti għas-sodisfazzjon ta' dik l-awtorità, fi żmien 10 tijiem utili mid-data li fiha il-bidwi jkun f'pożizzjoni li jagħmel hekk. Dan il-limitu ta' żmien jista jkun estiż bi 20 jum utili sakemm dik il-possibbiltà jkun hemm provvediment dwarha fid-dokument tal-programmizzar.

Il-KAPITOLU II REGOLI ĠENERALI U DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U FINANZJARJI

SEZZJONI 1 Regoli Ġenerali

Artikolu 40

Għall-iskop tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 37(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Artikolu 41, 42 u 42 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli.

Artikolu 41

1. Il-miżuri ambjentali implementati permezz ta' l-organizzazzjonijiet tas-suq komuni, il-miżuri tal-kwalità agrikola u tas-saħħa, u l-miżuri tal-iżvilupp rurali apparti milli ta' l-appoġġ agri-ambjent m'għandhom ifixklu l-appoġġ ta' l-agri-ambjent għall-istess produzzjoni, basta li tali appoġġ ikun addizzjonali u konsistenti mal-miżuri ikkonċernati u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3.

2. Meta l-appoġġ ikun miġbur flimkien bi qbil mal-paragrafu 1, il-livell ta' l-għajnuna għandu jqis id-dħul mitluf u l-espejjeż addizzjonali speċifiċi li jirriżultaw minn din il-ġemgħa.

3. Il-miżuri ta' l-agri-ambjent dwar art imwarrba permezz ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 [18] għandhom jikkwalifikaw għall-appoġġ biss jekk iċ-ċirkostanzi jmorru lil hinn mill-miżuri xierqa dwar l-ambjent referutu fl-Artikolu 6(2) ta' dak ir-Regolament.

Mill-1 ta' Jannar 2005, Il-miżuri l-ġodda ta' l-agri-ambjent dwar art imwarrba permezz ta' l-Artikolu 54 u ta' l-Artikolu 107 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għandhom jikkwalifikaw għall-appoġġ biss jekk l-impenji jmorru lil hinn mill-ħtiġijiet bażiċi stabbili fl-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament.

Fil-każ ta' l-estensifikazzjoni tal-produzzjoni taċ-ċanga, l-appoġġ għandu jqis il-pagament ta' l-estensifikazzjoni permezz ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 [19].

Fil-każ ta' l-appoġġ għal żoni anqas favoriti u ż-żoni b'restrizzjonijiet ambjentali, l-impenji ta' l-agri-ambjent għandhom iqisu l-kondizzjonijiet stabbiliti għall-appoġġ f'dawk iż-żoni ikkonċernati.

Artikolu 42

Taħt l-ebda ċirkostanzi ma jista l-istess impenn ikun suġġett għal pagamenti simultanji permezz ta' l-appoġġ agri-ambjent u ta' skema oħra ta' għajnuna mill-Komunià.

Artikolu 43

L-Istati Membri jistgħu jipproponu kwalunkwe eċċezzjonijiet permezz ta' l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 37(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 fil-pjanijiet tal-iżvilupp rurali tagħhom jew fid-dokumenti tal-programmizzar ippreżentati għall-Objettivi 1 u 2 kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 18(1) u (2) jew l-Artikolu 19(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

Artikolu 44

Pagamenti permezz tal-miżuri tal-iżvilupp rurali għandhom isiru bis-sħiħ lill-benefiċjarji

Artikolu 45

Ir-Regolament (KE) Nru 1685/2000 għandu jkun applikabbli għall-miżuri inklużi fil-programmizzar referut fl-Artikolu 40(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, apparti meta jkun hemm provvediment mod ieħor fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u (KE) Nru 1258/1999 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 46

1. L-Istati Membri li japplikaw in-norma tal-ispiża ta' l-unità għall-istabbeliment tal-ispiża ta' ċerti investimenti tal-foresterija permezz ta' l-ewwel, it-tieni u s-sitt inċiżi ta' l-Artikolu 30(1) u ta' l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jistgħu jeżentaw lill-benefiċjarji mill-ħtieġa li jippreżentaw il-fatturi bl-irċevuti jew id-dokumenti li jakkompanjawhom jew il-valur prabattiv ekwivalenti għall-investimenti ikkonċernati kif hemm provvediment dwar dan fil-punt 2 tar-Regola 1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1685/2000.

2. L-ispejjeż riferuti fil-paragrafu 1 jistgħu ikunu applikati basta li dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mwettqa:

(a) l-ispejjeż għandhom ikunu ikkalkolati mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti fuq il-bażi tal-kriterja objettiva li tippermetti d-determinazzjoni tal-ispiża ta' l-attivitajiet individwali, billi jkunu meqjusa l-kondizzjonijiet speċifiċi lokali u jkun evitat xi kumpens żejjed.

(b) il-finanzjament parzjali ta' l-investimenti jseħħ bejn id-data ta' meta l-applikazzjoni għall-għajnuna jkunu ippreżentati u d-data finali ta' meta jkun sar dak il-pagament ta' l-għajnuna.

SEZZJONI 2 Programmizzar

Artikolu 47

Il-pjani tal-iżvilupp rurali permezz tal-Kapitoli II tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandhom ikunu ippreżentati bi qbil ma l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 48

1. L-approvazzjoni tad-dokumenti tal-programmazzar referuti fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandha tiddetermina l-ammont globali ta' l-appoġġ mill-Komunità. JEKK L-Istati Membri jagħżlu għal programmizzar reġjinalizzat tal-iżvilupp rurali, l-ammont globali jista jkun suġġett għal deċiżjoni separata li jkun fiha tabella finanzjarja konsolidata għall-programmi kollha tal-iżvilupp rurali tal-Istat Membru ikkonċernat.

l-ammont referut fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi:

(a) in-nefqa fuq il-miżuri ipġpreżentati permezz tal-programmizzar ġdid tal-iżvilupp rurali, inkluża l-ispiża fuq l-evalwazzjoni permezz ta' l-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999;

(b) l-ispiża minfuqha permezz tal-miżuri akkompanjaturi preċedenti koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 [20], (KEE) Nru 2079/92 [21] u (KEE) Nru 2080/92 [22] u permezz tal-miżuri koperti b'Regolamenti preċedenti imħassra bir-Regolamenti ta' hawn fuq;

(ċ) l-ispiża minfuqha fuq il-miżuri permezz ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2603/1999.

2. L-approvazzjoni għandha tkopri wkoll l-allokazzjoni u l-użu ta' l-ammonti li jibqgħu disponibbli għall-Istati Membri bħala appoġġ addizzjonali tal-Komunità permezz ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999. Jekk tkun adotatta deċiżjoni separata kif referut fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dawn l-ammonti għandhom jidhru fit-tabella finanzjarja annessa ma din id-deċiżjoni.

B'dana kollu, dawk l-ammonti m'għandhomx ikunu nklużi fl-ammont globali ta' l-appoġġ tal-Komunità referut fil-paragrafu 1.

3. L-approvazzjoni tista' tkopri l-għajnuna mill-Istat intiża li tipprovdi finanzjament addizzjonali tal-miżuri tal-iżvilupp rurali biss, jekk l-għajnuna mill-Istat tkun identifikata bi qbil mal-punt 16 ta' l-Anness II.

Artikolu 49

L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dokumenti tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 50

Meta l-miżuri tal-iżvilupp rurali jkun ippreżentati fil-għamla ta' regolament f'qafas ġenerali, il-pjani tal-iżvilupp rurali għandhom ikollhom referenza xierqa għal tali regolamenti.

L-Artikoli 47, 48 u 49 għandhom ukoll ikunu applikabbli fil-każ referut fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 51

1. Emendi għad-dokumenti tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali u l-miżuri tal-iżvilupp rurali inlużi f'dokumenti singoli tal-programmizzar permezz ta' l-Objettiva 2 li huma iffinanzjati mill-FAEGG, Sezzjoni tal-garanzija, għandhom ikunu sostanzjati kif xieraq, partikolarment billi jkun fihom l-informazzjoni segwenti:

(a) ir-raġunijiet u xi problemi ta' l-impementazzjoni li jiġġustifikaw l-aġġustament tad-dokument tal-programmizzar;

(b) l-effetti mistennija mill-emenda;

(ċ) l-implikazzjonijiet tal-finanzjament u tal-verifika tal-impenji.

2. Billi taġixxi bi qbil mal-proċeduri referuti fl-Artikoli 50(2) u 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-emendi għad-dokumenti tal-programnizzar tal-iżvilupp rurali, tat-tabella finanzjarja annessa mad-deċiżjoni referuta fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 48(1) u tal-miżuri tal-iżvilupp rurali inklużi fid-dokumenti singoli tal-proġrammizzar permezz tal-Objettiv 2 iffinanzjat mill-FAEGG, Sezzjoni tal-Garanzija, kull meta dawn ikollhom effett fuq:

(a) il-prijoritajiet;

(b) il-fatturi ewlenija tal-miżuri ta' l-appoġġ kif indikat fl-Anness II;

(ċ) l-ammont massimu globali ta' l-appoġġ tal-Komunità u/jew it-total minimu globali tal-ispiża eliġibbli jew tan-nefqa pubblika eliġibbli stabbiliti fid-deċiżjoni li tapprova d-dokument tal-programmizzar jew fid-deċiżjoni referuta fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 48(1);

(d) id-distribuzzjoniji ta' l-allokazzjoni finanzjarja imwettqa għall-miżuri li jkunu fid-dokument tal-programmizzar meta din tkun teċċedi:

- 15 % tal-ispiża totali eliġibbli tal-programm ikkonċernat għall-perijodu intier tal-programmizzar, jekk il-kontribuzzjoni tal-Komunità tkun ibbażata fuq l-ispiża totali eliġibbli,

- 20 % tal-ispiża totali eliġibbli tal-programm ikkonċernat għall-perijodu intier tal-programmizzar, jekk il-kontribuzzjoni tal-Komunità tkun ibbażata fuq l-ispiża pubblika eliġibbli,

Ikkalkolati fuq il-bażi ta' l-aħħar kolonna (total) tat-tabella finanzjarja annessa mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova d-dokument tal-programmizzar jew annessa mad-deċiżjoni referuta fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 48(1), kif l-aħħar emendat.

3. L-emendi referuti fil-paragrafu 2 għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni fi proposta singola għal kull programm mhux aktar minn darba kull sena kalendarja.

L-ewwel subparagrafu ma għandux ikun applikabbli:

(a) meta l-emendi huma meħtieġa bħala riżultat ta' disastru naturali jew ta' okkorrenza eċċezzjonali oħra b'impatt maġġuri fuq il-programmizzar tal-Istat Membru;

(b) meta emenda tat-tabella finanzjarja annessa mad-deċiżjoni referuta fl-Artikolu 48(1) tkun meħtieġa bħala riżultat ta' emenda tad-dokument tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali.

4. L-emendi ta' natura finanzjarja li ma humiex koperti bil-paragrafu 2(d) u l-emendi tar-rata tal-kontribuzzjoni kif referuta fl-ewwel inċiż tal-punt 9(2) B ta' l-Anness II għandhom ikunu ikkomunikati lejn il-Kummissjoni flimkien mat-tabella finanzjarja emendata bi qbil mal-punt 8 ta' l-Anness II. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha jkunu waslu għand il-Kummissjoni.

L-emendi ta' natura finanzjarja kif referuti fl-ewwel subparagrafu ma jistgħux jeċċedu l-massimi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 2(d) meta jkunu totalizzati matul sena kalendarja.

5. L-emendi l-oħrajn apparti minn dawk koperti fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu ikkommunikati lejn il-Kummissjoni mill-anqas tlett xhur qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.

Tali emendi jistgħu jidħlu fis-seħħ aktar kmieni jekk il-Kummissjoni tikkonferma lill-Istat Membru qabel it-tmiem tal-perijodu ta' tlett xhur li l-emendi notifikati jkunu konformi mal-leġislazzjoni tal-Komunità.

Jekk l-emenda notifikata ma tkunx konformi mal-leġislazzjoni tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar dan u l-perijodu ta' tlett xhur li hemm provvediment dwaru fl-ewwel subparagrafu għandu jkun sospiż sakemm il-Kummissjoni tirċievi l-emenda li tkun konformi.

Artikolu 52

Meta l-leġislazzjoni tal-Komunità tkun emendata, id-dokumenti tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali u d-dokumenti tal-programmizzar singolu permezz ta' l-Objettiva 2 għandhom ikunu reveduti bi qbil ma dawk l-emendi, jekk ikun meħtieġ

l-Artikolu 51(3) m'għandux ikun applikabbli għal tali reviżjonijiet.

Tali emendi għad-dokumenti tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali jew tad-dokumenti tal-programmizzar singoli permezz ta' l-Objettiva 2 li huma limitati għat-twassil tad-dokument b'konformità mal-leġislazzjoni l-ġdida tal-Komunità, dawn għamndhom jintbagħtu lill-Kummissjoni għall-informazzjoni.

Artikolu 53

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lejn il-Kummissjoni verżjoni elettronika ikkonsolidata tad-dokumenti tal-programmizzar tagħhom, aġġornati wara kull emenda tali. Huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-indirizz elettroniku li fih il-berżjonijiet konsolidati tad-dokumenti tal-programmizzar jistgħu ikunu ikkonsultati u għandhom jinfurmawha kull darba li jkunu aġġornati.

Aktar minn hekk, l-Istati Membri għandhom iżommu verżjoni elettronika tal-verżjonijiet preċedenti kollha tad-dokumenti tal-programmizzar tagħhom.

SEZZJONI 3 Miżuri addizzjonali u inizjattivi tal-Komunità

Artikolu 54

L-iskop ta' l-għajnuna mis-Sezzjoni ta' Gwida tal-FAEGG huwa estiż għall-Komunità kollha fil-każ ta' miżuri permezz tal-iżvilupp rurali tal-inizjattiva tal-Komunità u l-miżuri estiżi tal-finanzjament tagħha li huma eliġibbli permezz tar-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1783/1999 [23] u (KE) Nru 1784/1999 [24].

SEZZJONI 4 Dispożizzjonijiet finanzjarji

Artikolu 55

1. Mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru ta' kull sena, l-Istati membri għandhom iwasslu l-informazzjoni li ġejja għand il-Kummissjoni, għal kull dokument tal-programmizzat tal-iżvilupp rurali u ta' kull dokument tal-programmizzar singolu permezz tal-Objettiv 2 f'dak li jirrigwardja l-miżuri tal-iżvilupp finanzjati mis-Sezzjoni tal-garanzija tal-FAEGG:

(a) stqarrija tal-ispiża minfuqha matul is-sena finanzjarja kurrenti u l-ispiża li tkun għandha pendenti li tkun trid titħallas sat-tmiem ta' dik is-sena u koperta blk-appoġġ tal-Komunità kif definit fl-Artikolu 48(1),

u

(b) it-tbassir revedut ta' tali nefa għas-snin finanzjarju sussegwanti sat-tmiem tal-perijodu tal-programmizzar ikkonċernat, li għandhom ikunu fil-limiti ta' l-allikazzjoni għal kull Stat Membru.

Din l-informazzjoni għandha tkun trasmessa f'għamla ta' tabella bl-użu ta' mudell komputerizzar kif fornut mill-Kummissjoni.

2. Mingħajr preġudizju għar-regoli ġenerali dwar id-dixxiplina tal-budget, meta l-informazzjoni li l-Istati Membri huma meħtieġa li jittrasmettu lejn il-Kummissjoni permezz tal-paragrafu 1 ma tkunx kompluta jew il-limitu ta' żmien ma jkun ġie milħuq, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-avvanzi mad-dħul fil-kontijiet tal-ispiża agrikola fuq bażi temporanja u b'rata dritta.

Artikolu 56

1. Għax-xahar li matulu d-deċiżjoni hija adottat għall-approvazzjoni tad-dokument tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali jew tad-dokument tal-programmizzar singolu permezz ta' l-Objettiv 2 f'dak li jirrigwardja l-miżuri tal-iżvilupp rurali finanzjati mis-Sezzjoni tal-garanzija tal-FAEGG, l-aġenziji tal-pagament jistgħu idaħħli fil-kontijiet bħala nefqa dak l-avvanz li ma jkux jeċċedi 12,5 & tal-medja tal-pkontribuzzjoni annwali tal-FAEGG li hemm provvediment dwarha fid-dokument tal-programmizzar, li tkopri l-ispiża referuta fl-Artikolu 18(1).

Dan l-avvanz għandu jirrapreżenta l-kapital disponibbli li għandu jkun irkuprat għal kull dokument tal-programmizzar:

(a) la darba s-somma miġmugħa tal-ispiża mħallsa mill-FAEGG u l-ammont ta' avvanz ikunu ugwali għat-total tal-kontribuzzjoni FAEGG li hemm provvediment dwarha fid-dokument tal-programmizzar,

jew

(b) fit-tmiem tal-perijodu tal-programmizzar, jekk l-ammont totali tal-kontribuzzjoni FAEGG ma tkunx milħuqa.

B'dana kollu, l-Istati membri jistgħu jiddeċiedu li jħallsu l-avvanz lura fit-tmien tal-perijodu tal-programmizzar.

2. Għal dawk il-pajjiżi li l-munita tagħhom mhix il-euro fid-data ta' tali dħul, l-avvanzi permezz tal-paragrafu 1 għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet bl-użu tar-rata prevalenti fil-jum ta' hidma penultimu tal-Kummissjoni tax-xahar preċedenti li fih l-aġenziji tal-pagament ikunu daħlu l-avvanz fil-kontijiet.

Artikolu 57

1. Għal kull Stat Membru, l-ispiża iddikjarat għal kull sena finanzjarja partikolari għandha tkun finanzjata sal-limitu ta' l-ammonti notifikati lill-Kummissjoni skond il-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 55(1) li huma koperti bl-appropprazzjonijiet inklużi fil-budget tas-sena finanzjarja ikkonċernata.

2. Meta l-ammont tal-previżjonijiet notifikat skond il-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 55(1) jeċċedi t-total ta' l-appropprazzjonijiet inklużi fil-budget għas-sena finanzjarja ikkonċernata, l-ammont massimu tal-ispiża li għandha tkun finanzjata għal kull Stat Membru għandu jkun limitat bl-użu tal-formula użata sabiex tistabbilixxi l-allokazzjoni annwali kif definit fid-Deċiżjoni ċ999/659/KE.

Jekk, wara dan it-tnaqqis, l-appropprazzjonijiet jibqgħu disponibbli minħabba li uħud mill-Istati Membri jkunu għamlu previżjonijiet li huma anqas mill-allokazzjoni annwali tagħhom, l-ammont żejjed għandu jkun imqassam fi proporzjon ta' l-allokkazzjonijiet annwali rispettivi tal-Istati membri waqt li jkun assigurat li l-ammont imbassar għal kull Stat Membru kif referut fl-ewwel subparagrafu ma jkunx misbuq. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-allokkazzjonijiet inizjali għal kull Stat Membru stabbiliti bid-Deċiżjoni 1999/659/KE fi żmien xahrejn mill-adozzjoni tal-budget għas-sena finanzjarja ikkonċernata. Fi żmien sitt ġimghat b'segwiment ta' dik l-adatazzjoni l-Istati membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni, għal kull programm tal-iżvilupp rurali u kull dokument singolu tal-programmizzar għall-Objettiv 2 f'dak li jirrigwardja l-miżuri tal-iżvilupp rurali finanzjati mill-FAEGG-Sezzjoni tal-garanzija, tabella finanzjarja ġdida li tkun konformi mat-tbassir aġġustat għas-sena finanzjarja ikkonċernata u l-allokazzjonijiet stabbiliti bid-Deċiżjoni 1999/659/KE kif modifikata.

Għall-2004, il-komunikazzjoni tat-tabella finanzjarja l-ġdida referuta fit-tieni subparagrafu għandha tkun fi żmien tmin ġimghat li jseġwu d-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti.

3. Meta l-ispiża attwalment minfuqha minn Stat membru matul sena finanzjarja partikolari teċċedi l-ammonti notifikati permezz tal-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 55(1) jew l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-ammont li jeċċedi fuq l-ispiża fis-sena finanzjarja kurrenti għandu jkun meqjus fuq bażi pro rata, sal-limitu ta' l-appropprazzjonijiet li jkun fadal disponibbli wara l-ħlas lura lill-Istati Membri l-oħrajn tal-ispiża involuta.

4. Meta l-ispiża attwalment minfuqha minn Stat membru matul sena finanzjarja partikolari tkun anqas minn 75 % ta' l-ammonti referuti fil-paragrafu 1, l-ispiża li għandha tkun rikonoxxuta għas-sena finanzjarja segwenti għandha tkun imnaqqsa b'terz tad-differenzi ta' bejn dan l-ammont, jew l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk dawn ikunu anqas minnu, u l-ispiża attwali involuta matul is-sena fiuanzjarja ikkonċernata.

Dan it-tnaqqis m'għandux ikun meqjus meta tkun stabbiliti l-ispiża attwali fis-sena finansjarja segwenti li fiha t-tnaqqis ikun seħħ.

Artikolu 58

L-Artikoli 55, 56 u 58 ta' dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu applikabbli għall-ispiża nvoluta permezz ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999.

Artikolu 59

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' l-evalwazzjonijiet fl-Istati membri permezz ta' l-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 meta tali evalwazzjonijiet attwalment jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni fil-livell tal-Komunità bis-saħħa tal-iskop tagħhom, partikolarment permezz tat-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet ta' l-evalwazzjoni komuni u tal-kwalità tagħhom.

Il-kontrobuzzjoni tal-Komunità m'għandiex teċċedi 50 % tal-massimu li, apparti minn f'każi ġustifikati, għamndu jkun 1 % tal-ispiża totali tal-programm tal-iżvilupp rurali.

Artikolu 60

1. Il-benefiċjarji tal-miżuri ta' l-appoġġ tal-investiment permezz tal-Kapitoli I, VII, VIII u IX tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jistgħu jitolbu l-pagament ta' avvanz minn gġand l-aġeniziji kompetenti tal-pagament jew din l-għażla tkun inkluża fid-dokument tal-programmizzar. F'dak li jirrigwardja l-benefiċjarji pubbliċi, dan l-avvanz jista jkun mogħti biss lill-muniċipalitajiet u l-għaqdiet tagħhom u lill-korpi legali pubbliċi.

2. L-ammont ta' l-avvanz m'għanbdux jeċċedi 20 % tal-ispiża totatli tal-investiment, u l-pagament tiegħu għandu jkun suġġett għall-istabbeliment ta' garanzija bankarja jew garanzżija ekwivalenti li tikkorrespondi għall 110 % ta' l-ammont avvanzat.

B'dana kollu, fil-każ tal-benefiċjarju pubbliċi referuti fil-paragrafu 1, l-aġenzija tal-pagamenti tista' taċċetta garanzija bil-miktub minn għand l-awtorità tagħhom, bi qbil mad-dispożizzjonijiet applikati fl-Istat Membru, li tkopri ammont egwali għall-persentaġġ speċifikat fl-ewwel subparagrafu, basta li dik l-awtorità tintrabat li tħallas l-ammont kopert bil-garanzija tagħha jekk l-intitolament għall-avvanz imħallas ma jkunx stabbilit.

3. Il-garanzija għandha tkun rilaxxata la darba l-aġenzija kompetenti tinnota li l-ammont tal-ispiża reali li tirriżulta mill-investiment tkun teċċedi l-ammont ta' l-avvanz.

4. L-aġenziji tal-pagament jistgħu jiddikjaraw lejn is-Sezzjoni tal-Garanzija tal-FAEGG l-ammont li jikkorrespondi mall-finanzjament-parzjali tal-Komunità:

(a) ta' l-avvanz imħallas;

(b) tal-ispiża attwali sussegwentament imħallsa lill-benefiċjarji, imnaqqas minnha l-ammont ta' l-avvanz diġa imħallas.

SEZZJONI 5 Monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 61

1. Ir-rapporti annwali dwar il-progress li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandu jkun ippreżentat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena u għandu jirrigwardja s-sena kalendarja preċedenti.

Ir-rapport dwar il-progress għandhom jinkludu din l-informazzjoni li ġejja:

(a) xi tibdiliet fil-kondizzjoni ġenerali li huma ta' relevanza għall-implementazzjoni tal-miżura, u partikolarment xi tendenzi soċjo-ekonomiċi maġġuri jew tibdiliet fl-istrateġiji nazzjonali, reġjonali jew settorjali.

(b) il-progress tal-miżuri u tal-prioritajiet b'relazzjoni ma' l-għanijiet operazzjonali u speċifiċi tagħhom, espressi bl-użu ta' l-indikaturi kwantitattivi;

(ċ) l-azzjoni meħuda mill-awtorità amministrattiva u mill-Kumitat tal-Monitoraġġ, jekk tkun saret dispożizzjoni għal tali kunitat, sabiex tkun assigurata l-implementazzjoni ta' kwalità għolja u effettiva, u partikolarment:

(i) il-miżuri tal-monitoraġġ, tal-kontroll finanzjarju u tal-evalwazzjoni, inklużi l-roċeduri tal-ġbir tad-dettalji;

(ii) sommarju tal-problemi ewlenija li jinstabu fl-amministrazzjoni tal-miżuri u ta' xi passi meħuda;

(d) il-miżuri għandhom jassiguraw kompattibbiltà mal-istrateġiji tal-Komunità.

2. L-indikaturi referuti fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom isegwu, sa kemm ikun possibbli, l-indikaturi komuni definiti fil-linji ta' gwida imħejjija mill-Kummissjoni. Meta indikaturi addizzjonali jkunu meħtieġa sabiex b'mod effettiv jimmonitorjaw il-progress lejn l-għanijiet fid-dokumenti tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali, dawn għandhom ikunu nklużi.

Artikolu 62

1. L-evalwazzjonijiet għandhom ikunu mwettqa minn evalwaturi independenti bi qbil mal-prattika rikonoxxuta.

2. L-evalwazzjonijiet għandhom jipprovdu tweġibiet, partikolarment għall-kwistjoni komuni tal-evalwazzjoni definiti mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Istati Membri u għandhom, bħala regola ġenerali, jkunu akkumpanjati bi kriterja u indikaturi relatati ma' l-imġieba.

3. L-awtorità responsabbli għall-amministrazzjoni tad-dokument tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali għandha tiġbor flimkien ir-riżorsi xierqa għall-evalwazzjonijiet, billi tagħmel użu mir-riżultati tal-monitoraġġ u tiġbor informazzjoni addizzjonali meta dan ikun meħtieġ.

Artikolu 63

1. Evalwazzjoni ex anti għandha tanalizza id-differenzi, in-nuqqasijiet u l-potenzali tas-sitwazzjoni kurrenti, tassessja l-konsistenza tal-istrateġija proponuta mas-sitwazzjoni u l-miri u tikkonsidra l-kwistjonijiet imqajjma fil-mistoqsijiet komuni tal-evalwazzjoni. Hija għandha tassessja l-impatt mistenni tal-prioritajiet magħżula għall-azzjoni u tikkwantifika il-miri tagħhom, meta dan ikun possibbli. Għandha wkoll tivverifika l-arranġamenti proponuti għall-implementazzjoni u għall-konsistenza mal-istrateġija agrikola komuni u ma' strateġiji oħrajn.

2. Evalwazzjoni ex anti għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet li jippreparaw il-pjan tal-iżvilupp rurali u għandhom ikunu jiffurmaw parti minnu.

Artikolu 64

1. L-evalwazzjoni ta' nofs il-perijodu u ex post għandha titratta mal-kwistjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mid-dokument tal-programmizzat tal-iżvilupp rurali ikkonċernat u mal-kwistjonijiet tal-evalwazzjoni komuni fil-livell tal-Komunità. Għandhom ikunu relatati mal-kondizzjonijiet u l-istrutturi tal-ħajja tal-popolazzjoni rurali, mal-impieg u l-qligħ mill-irziezet u l-attivitajiet il-barra mill-irżiezet, l-istrutturi agrikoli, l-aspetti agrikoli essenzjali, il-kwalità, il-kompettività, ir-riżorsi tal-foresti u ma' l-ambjent.

Jekk kwistjoni komuni tal-evalwazzjoni ma tkunx meqjusa bħala relevanti għal dokument tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali partikolari, dan għandu jkun mistqarr.

2. L-evalwazzjoni ta' nofs il-perijodu għandha titratta mal-kwistjonijiet tal-evalwazzjoni u għandha teżamina, partikolarment, l-akkwisti inizjali, ir-relevanza tagħhom ma', u l-konsistenza taggħom mad-dokument tal-programizzar tal-iżvilupp rurali u sal-limitu li dawn il-miri jkunu intlaħqu. Għandha wkoll tassessja l-użu magħmul mir-riżorsi finanzjarji u l-operat tal-monitoraġġ u tal-implementazzjoni.

Ewalvazzjoni ex post għandha twieġeb għall-kwistjonijiet tal-evalwazzjoni, billi tagħti attenzjoni partikolari għall-użu magħmul mir-riżorsi u l-effettività u l-effiċjenza ta' l-għajnuna u ta' l-impatt tagħha u għandha tħejji l-konklużjonijiet li jikkonċernaw l-istrateġija tal-iżvilupp rurali, inkluża l-kontribuzzjoni tagħha għall-istrateġija agrikola komuni.

3. L-evalwazzjoni ta' nofs il-perijodu u ex post għandha tkun imwettqa b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni skond ir-responsabbiltà ta' l-awtorità inkarigata mill-amministrazzjoni tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali.

4. Il-kwalità ta' l-evalwazzjonijiet individwali għandha tkun assessjata bl-użu ta' metodi rikonoxxuti mill-awtorità inkarigata mill-amministrazzjoni tad-dokument tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali, mill-Kumitat tal-Monitoraġġ, jekk ikun hemm, u mill-Kummissjoni. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 65

1. Rapport tal-evalwazzjoni ta' nofs il-perijodu għandu jkun trasmess lill-kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2003. L-awtorità responsabbli għall-amministrazzjoni tad-dokument tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar l-aġġornament tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprepara sommarju fuq il-livell tal-Komunità mal-wasla tar-rapporti individwali tal-evalwazzjoni, Meta meħtieġ, aġġornament ta' l-evalwazzjoni ta' nofs il-perijodu għandu jkun komplut sal-31 ta' Diċembru 2005.

2. Rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jkun trasmess lejn il-Kummissjoni mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perijodu tal-programmizzar. Fi żmien tlett snin mit-tmiem tal-perijodu tal-programmizzar u mal-wasla tar-rapporti individwali tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipprepara sommarju fuq il-livell tal-Komunità.

3. Ir-rapporti tal-evalwazzjoni għandhom jispjegaw il-metodi użati, inklużi l-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-kwalità ta' l-informazzjoni u tas-sejbiet. Ir-rapporti għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-kuntest u tal-kontenuti tal-programm, l-informazzjoni finanzjarja u t-tweġibiet - inklużi l-indikaturi użati - għall-kwistjonijiet komuni tal-evalwazzjoni u l-kwistjonijiet tal-evalwazzjoni definiti fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll il-konklużjonijiet u r-rakkommandazzjonijiet. L-istruttura tagħhom għandha sseġwi, sa kemm ikun possibbli, struttura komuni għar-rapporti tal-evalwazzjoni definita fil-linji ta' gwida imħejjija mill-Kuimmissjoni.

SEZZJONI 6 Applikazzjonijiet, verifiki u penali

Artikolu 66

1. L-applikazzjonijiet għall-appoġġ ta' iżvilupp rurali għaż-żoni jew għall-annimali li jkunu ippreżentati separatament mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna permezz ta' L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandhom jindikaw iż-żoni kollha u l-annimali fl-oqsma, li huma relevanti għall-verifika ta' l-applikazzjonijiet skond il-miżura f'dak il-każ, inklużi dawk li dwarhom l-ebda appoġġ ma jkun ġie mitlub.

2. Meta miżura għall-appoġġ tal-iżvilupp rurali tkun tirrigwardja liż-żoni, il-medded ta' art għandhom ikunu identifikati individwalment. Matul il-perijodu kopert bl-impenn, il-medded ta' l-art li jirċievu appoġġ ma jistgħux ikunu mibdula apparti milli f'każi speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fid-dokument tal-programmizzar.

3. Meta applikazzjoni għall-pagament tkun inkluża ma' applikazzjoni għall-pagament taż-żona fil-kuntest ta' l-amministrazzjoni integrata u tas-sistema tal-kontroll, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-medded ta' l-art koperti bl-applikazzjonijiet għall-appoġġ tal-iżvilupp rurali għandhom ikunu iddikjarati separatament.

4. L-annimali u l-medded ta' l-art għandhom ikunu identifikati bi qbil ma' l-Artikoli 18 u 20 tar-Regolament (KEE) Nru 1782/2003.

5. Meta appoġġ ikunu multi-annwali, il-pagamenti sussegwenti għal dak magħmul fis-sena li fiha l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentatha għandhom isiru b'reazzjoni ta' applikazzjoni annwali għall-pagament, apparti minn meta l-Istat Membru jkun introduċa proċedura effettiva ta'verifika annwali kif referut fl-Artikolu 66(1).

Artikolu 67

1. Applikazzjonijiet inizjali għas-sħubija fi skema u l-applikazzjonijiet sussegwenti għall-pagament għandhom ikunu verifikati f'manjera li tassigura verifika effettiva tal-konformità mal-kondizzjonijiet għall-għoti ta' l-appoġġ.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu metodu xierqa u meżżi għall-verifika ta' kull miżura ta' appoġġ kif ukoll il-persuni li jkunu suġġetti għall-verifiki.

Fil-każi xierqa kollha, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-amministrazzjoni ntegrata u s-sitema ta' kontroll stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2. Il-verifiki għandhom jikkonsistu kemm minn verifiki amministrattiv u wkoll fuq il-post.

Artikolu 68

Verifiki amministrattivi għandhom ikunu eżawrenti u għandhom jinkludu trans-verifiki kull meta xieraq bi, inter alia, dettalji minn amministrazzjoni integrata u sistemi ta' kontroll. Dawn għandhom jirrigwardjaw il-medded ta' art u l-qobla koperti bil-miżura ta' l-appoġġ sabiex ikunu evitati xi pagamenti mhux ġustifikati ta' għajuna. Konformità ma impenji f'terminu fit-tul għandha tkun verifikata.

Artikolu 69

Verifiki fuq il-post għandhom jitwettqi bi qbil mat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001. Dawn għandhom ikopru ta' kull sena mil-anqas 5 % tal-benefiċjarji u tat-tipi differenti kollha tal-miżuri tal-iżvilupp rurali stabbiliti fid-dokument tal-programmizzar. F'dak li jirrigwardja il-miżura "irtirar kmieni" referuta fil-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u tal-miżura "afforestazzjoni ta' art agrikola" referuta fl-Artikolu 31 ta' dak ir-Regolament, din ir-rata tista' tkun imnaqqsa l-isfel għal 25 % sa mis-sitt sena l-quddiem ta' l-appoġġ għal dawn il-miżuri.

Il-verifiki fuq il-post għandhom ikunu mferxa matul is-sena fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskji ippreżentati għal kull miżura tal-iżvilupp rurali. Għall-miżuri ta' l-appoġġ għall-investiment permezz tal-Kapitoli I, VII, VIII u XI tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Istati membri jistgħu jipprovdu li l-verifiki fuq il-post ikunu jikkonċernaw biss dawk il-proġetti bil-proċess tal-finalizzazzjoni.

Il-verifiki għandhom ikopru l-impenji u l-obbligi kollha ta' benefiċjarju li jistgħu ikunu verifikati fil-waqt taż-żjara.

Artikolu 70

L-Artikolu 31 u 31 u l-Artikolu 31)1) tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandhom ikunu applikabbli għall-pagamenti taż-żona. Dawk id-dispożizzjonijiet m'għandhomx ikunu applikabbli għall-appoġġ permezz tal-miżuri ta' l-afforestazzjoni apparti milli l-afforestazzjoni ta' art agrikola.

L-Artikoli 36, 38 u 49 ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli għall-appoġġ ibbażat fuq il-qobla.

Artikolu 71

1. L-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandu jkun applikabbli għall-appoġġ mogħti għall-miżuri kolla tal-iżvilupp rurali.

2. Fil-każ ta' pagament mhux mistħoqq, il-benefiċjarji fil-miżura tal-iżvilupp rurali għandu jkun taħt obbligu li jħallas lura l-ammont ikkonċernat bi qbil ma' l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001.

Artikolu 72

1. Xi benefiċjarju li jinstab li jkun għamel dikjarazzjoni falza bħala riżultat ta' negliġenza serja għandu jkun eskluż mill-miżuri kollha tal-iżvilupp rurali skond il-kapitolu relevati tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għas-sena kalendarja f'dak il-każ.

Meta dikjarazzjoni falza tkun saret b'mod intenzjonali, il-benefiċjarju għandu jkun eskluż ukoll mis-sena segwenti.

2. Il-penali li hemm provvedimnt dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu applikabbli mingħajr preġudizzju għal penali addizzjonali li hemm provvediment dwarhom fil-liġijiet nazzjonali.

Artikolu 73

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxi r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li dawn ikunu mplementati. Il-penali li hemm provvediment dwarhom għandhom ikunu effettivi, propozjonati u disswassivi.

Il-KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 74

1. Ir-Regolament (KE) Nru 445/2002 huwa hawnhekk imħassar.

L-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 445/2002 għandu jibqa' jkun applikabbli.

2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 75

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 46 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 80. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 583/2004 (ĠU L 91, 30.03.04, p. 1).

[2] ĠU L 74, tal-15.03.02, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 963/2003 (ĠU L 138, 05.06.03, p. 32).

[3] ĠU L 328, 23.12.00, p. 2.

[4] ĠU L 193, tad-29.07.00, p. 39. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 448/2004 (ĠU L 72, tal-11.3.2004, p. 66).

[5] ĠU L 161, tas-26.06.99, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1105/2003 (ĠU L 158, tas-27.6.2003, p. 3).

[6] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 103.

[7] ĠU L 259, tas-06.10.99, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/426/KE (ĠU L 165, 06.07.00, p. 33).

[8] ĠU L 316, tal-10.12.99, p. 26. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2055/2001 (ĠU L 277, 20.10.01, p. 12).

[9] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 113. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2004 (ĠU L 6, 10.01.04, p. 19).

[10] ĠU L 270, tal-21.10.03, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 583/2004 (ĠU L 91, 30.03.04, p. 1).

[11] ĠU L 327, tat-12.12.01, p. 11. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 118/2004 (ĠU L 17, 24.01.04, p. 7).

[12] ĠU L 215, tat-30.07.92, p. 85. Ir-Regolament imħassar bir-Regulation (KE) No 1257/1999.

[13] ĠU L 215, tat-30.07.92, p. 91. Ir-Regolament imħassar bir-Regulation (KE) No 1257/1999.

[14] ĠU L 215, tat-30.07.92, p. 96. Ir-Regolament imħassar bir-Regulation (KE) No 1257/1999.

[15] ĠU L 198, tat-22.07.91, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2004 (ĠU L 122, tas-26.04.04, p. 10).

[16] ĠU L 208, tal-24.07.92, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.05.03, p. 1).

[17] ĠU L 179, tal-14.07.99, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, ta’ l-14.10.2003, p. 13)

[18] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.03, p. 1).

[19] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

[20] ĠU L 215, tat-30.07.92, p. 85.

[21] ĠU L 215, tat-30.07.92, p. 91.

[22] ĠU L 215, tat-30.07.92, p. 96.

[23] ĠU L 213, tat-13.08.99, p. 1.

[24] ĠU L 213, tat-13.08.99, p. 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

(L-Artikolu 14)

Speċi eliġibbli ta' l-annimali tal-irziezet | Il-għatbiet li fil-limitu tagħhom razza lokali hija meqjusa bħala li tkun fil-periklu li tkun mitlufa mit-trobbija (numru ta' femminili tat-trobbija [1]) |

Baqar (qobla) | 7500 |

Nagħaġ | 10000 |

Mogħoż | 10000 |

Ekwidi | 5000 |

Majjali | 15000 |

Avjani (għasafar) | 25000 |

[1] In-numru, ikkalkolat għall-Istati Membri kollha tal-KE, ta' femminili tat-trobbija li huma ta' l-istess razza disponibbli għar-riproduzzjoni tar-razza pura, inklużi f'reġistru rikonoxxut mill-Istat Membru (e.g. reġistru tal-merħla jew reġistru żooloġiku).

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

PJANI TA' ŻVILUPP RURALI

1. It-Titoli tal-pjan tal-iżvilupp rurali

2. L-Istat Membru u r-reġjun amministrattiv (jekk relevanti)

3.1. Iż-żona ġeografika koperta b'dan il-pjan

L-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

3.2. Ir-Reġjuni flassifikati bħal Objettivi i u 2

L-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

Identifikazzjoni:

- Reġjini ta' l-Objettiv I u Reġjoni ta' l-Objerttiv 1 fi transizzjoni. Din hija applikabbli biss għall-miżuri akkumpanjatriċi (irtirat kmieni, allokazzjonijiet kompensatorji, agri-ambjent u afforestazzjoni ta' l-art agrikola permezz ta' l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999),

- Reġjinu ta' l-Objettiv 2. Din hija applikabbli għal:

1. Miżuri akkompanjatriċi;

2. Miżuri oħrajn li ma jiffirmawx parti mill-programmizzar tal-Objettiv 2.

4. Ippjanar fil-livell ġeografiku relevanti

L-Artikolu 41)2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

Meta eċċezzjonalment, aktar minn pjan wieħed tal-iżvilupp rurali jkun applikabbli fir-reġjun, indika:

- Il-pjani relevanti kollha,

- Il-għala ma jkunx possibbli lijkunu integrati l-miżuri fi pjan wieħed,

- Ir-relazzjoni bejn il-miżuri fil-pjani differenti u d-dettalji dwar il-komparttibbiltà u l-konsistenza bejn il-pjanti sejri tkun assigurata.

5. Deskrizzjoni kwantitattiva tas-sitwazzjoni kurrenti

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1995

1. Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni kurrenti

Id-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni kurrenti taż-żona ġeografika bl-użu ta' informazzjoni kwantitattiva, li taċċenna s-saħħa, id-differenzi, in-nuqqasijiet u l-potenzal għall-iżvilupp rurali. Din id-deskrizzjoni għandha tikkonċerna kemm l-agrikoltura u wkoll il-foresterija (inkluż it-tip u l-medda tal-intoppi li jaffettwaw ix-xogħol tar-raba f'żoni anqas favoriti), l-ekonomija rurali, is-sitwazzjoni demografika, ir-riżorsi umani, l-impieg u l-istat ta' l-ambjent.

2. L-impatt mill-perijodu preċedenti tal-programmizzar.

Iddeskrivi l-impatt tar-riżorsi iffinanzjati mill-FAEGG allokati għall-iżvilupp rurali matul il-periodu preċedenti tal-programmizzar u skont il-miżuri akkompanjattriċi sa mill-1992. Ippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni.

3. Informazzjoni oħra

Meta relevanti, iddeskrivi wkoll xi miżuru supplementarji b'żieda mal-miżuri akkompanjatriċi tal-Komunità u tal-iżvilupp li kellhom impatt fuq il-programmizzar taż-żona ikkonċernata.

6. Deskrizzjoni tal-istrateġija proponuta, l-objettivi kwantifikati tagħha, il-prijoritajiet ta' żvilupp rurali mgħażula, u ż-żona ġeograjika koperta,

It-tieni inċiż ta' l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

1. l-istrateġija proponuta, l-għanijiet kwantifikati u l-prijoitajiet magħżula.

Fid-dawl tal-qawwiet, varjazzjonijiet, in-nuqqasijiet u l-potenzal tal-iżvilupp identifikati fiż-żona ikkonċernata, iddeskrivi partikolarment:

- Il-prioritajiet għall-azzjoni,

- l-istrateġija xierqa għall-akkwist ta' dawk l-għanijiet,

- l-għanijiet operazzjonali u l-impatt mistenni, ikkwantifikati meta possibbli, ukoll f'termini kemm tal-monitoraġġ u ta' l-estimi li jistgħu ikunu wżati għall-iskopijiet tal-evalwazzjoni,

- Il-limitu li fih l-istrateġija tkun tqis il-fatturi speċifiċi taż-żona ikkonċernata,

- Kif ir-resqien integrat ikun ġie applikat,

- Il-limitu li fih l-istrateġija tipprovdi għall-involviment tan-nisa u l-irġiel,

- Il-limitu li fih l-istrateġija tqis l-obbligi internazzjonali relevanti kollha kemm tal-Komnuità u dawk nazzjonali fil-qasam ta' l-ambjent, inklużi dawk relatati ma żvilupp sostenibbli, partikolarment il-kwaliotà u l-użu ta' l-ilma, il-konservazzjoni tal-biodiversità inkluża l-konservazzjoni ta' fuq l-oqsma tal-varjetajiet ta' l-uċuh, u ż-żieda fis-sħana globali.

2. Id-deskrizzjoni u l-effetti ta' miżuri oħrajn

Meta relevanti, id-deskrizzjoni għandha wkoll tinkluidi dawk il-miżuri meħudha il-barra mill-pjan tal-iżvipuu rurali (miżuri oħrajn tal-Komunità jew il-miżuri nazzjonali, bħalma huma r-regoli kompulsatorji, il-kodiċi tal-prattika u l-miżuri mgħejjuna mill-Istat) u sa liema limitu dawn il-miżuri jkunu jilħqu l-ħtiġijiet identifikati.

3. Żoni koperti b'miżuri territorjali speċifiċi

Iddeskrivi l-koperta ġeografika ta' xi miżura definita fil-punt 8 li ma tkun applikabbli matul ir-reġjun kollu indikat fil-punt 3.

Partikolarment, inkludi:

- Lista ta' żoni anqas favoriti adottata għaż-żona ikkonċernata,

- Xi emendi għal-lista taż-żoni anqas favoriti, billi tagħti r-raġunijiet (l-Artikolu 55(4) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999),

- iż-żoni b'restrizzjonijiet ambjentali, u tagħti r-raġunijiet.

4. Tabella taż-żmien u l-azzjoni

It-tabella taż-żmien proponuta għall-implementazzjoni tad-diversi miżuri, l-azzjoni mistennija u t-tul ta' żmien (ara wkoll il-punt 8).

7. Evalwazzjoni li turi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni

It-tielet inċiż ta' l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

Deskrizzjoni dettaljata bi qbil ma' l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

8. Tabella finanzjarja blobali indikattiva (is-sena finanzjarja FAEGG)

L-Artikolu 43(1), ir-raba' inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

9. Deskrizzjoni tal-miżuri iddisinjati għall-implementazzjoni tal-pjanijiet

Il-ħames inċiż ta' l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

Għal kull punt ta' hawn taħt, ipprovdi:

a. il-fatturi ewlenija tal-miżuri ta' appoġġ,

b. informazzjoni oħra.

1. Ħtiġijiet ġenerali

A. Il-fatturi ewlenija tal-miżuri ta' appoġġ:

- Lista ta' miżuri fl-ordni kif ippreżentati fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999,

- Identifika l-Artikolu speċifiku (u l-paragrafu) li jkopri kull miżura tal-pagament tal-iżvilupp rurali. Meta tnejn jew aktar atikoli jkunu ċitati, il-miżura tal-pagament għandha tkun diviża fil-partijiet kostitwenti tagħha.

- l-għan globali ta' kull miżura.

B. Informazzjoni oħra:

Xejn

2. Ħtiġijiet li jikkonċernaw il-miżuri kollha jew bosta minnhom (1).

A. Fatturi ewlenija:

- l-eċċezzjonijiet referuti fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 37(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

B. Informazzjoni oħra:

- Il-kontribuzzjoni tal-Komunità ibbażata jew fuq l-ispiża totali jew fuq l-ispiża pubblika,

- l-intensità ta' l-għajnuna u/jew l-ammont tad-differenzazzjoni applikata (il-Kaptoli I sa VIII),

- Dettalji tal-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà,

- Kriterja li turi l-vijabbiltà ekonomika (il-Kapitoli I, II, IV u VII),

- Il-prattika normali ta' biedja tajba (il-Kapitoli V u VI).

- In-normi minimi li jirrigwardjaw l-ambkent, l-iġjene u l-benessere ta' l-annimali (il-Kapitoli I,.II u VII),

- Il-livell tal-kapaċità okkupazzjonali u l-kompetenza meħtieġa (il-Kapitoli I, II u IV),

- Studju suffiċjenti tal-eżistenza tal-isfog normali tas-suq għall-prodotti ikkonċernati (il-Kapitoli I u VII) bi qbil ma l-Artikoli 6 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999,

- Deskrizzjoni tal-kuntratti kurrenti kollha (mill-perijodu preċedenti), inklużi t-termini finanzjarji, u l-proċeduri/regoli li japplikawrhom

3. Informazzjoni meħtieġa għal miżuri speċifiċi

B'żieda, l-informazzjoni speċifika li ġejja hija meħtieġa għall-miżuri skond il-kapitoli individwali:

I. Investimenti f'oqsma agrikoli,

A. Fatturi ewlenija:

- Setturi tal-produzzjoni primarja u t-tipi ta' l-investimenti.

B. Informazzjoni oħra:

- Il-limiti massimi dwar l-ammont totali tal-investiment eliġibbli għall-appoġġ.

- Tipi ta' appoġġ,

- Id-designazzjoni tan-normi li dwarhom perijodu ta' grazzja jista jkun mogħti lill-bidwi bi qbil ma l-Artikolu 5(3(tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-ġustifikazzjoni relatata mal-problemi speċifiċi li jinvolvu l-konformità ma' dawk in-normi u t-tul ta' żmien massimu tal-perijodu għal kull norma ikkonċernata.

II. Għajnuna tal-bidu għal bdiewa żgħażagħ

A. Fatturi ewlenija:

Xejn

B. Informazzjoni oħra:

- It-tul ta' żmien allokat għall-bdiewa żgħażagħ sabiex iwettqu l-kriterja tal-eliġibbiltà fil-pertijodu ta' ħames snin awtorizzat permezz ta' l-Artikoli 4(2) ta' dan ir-Regolament,

- Limitu ta' l-età,

- Il-kondizzjonijiet applikabbli għall-bdiewa żgħażagħ li ma jkunux stabbiliti bħala l-uniku prinċipal tal-qasam jew li jibdew bħala membri ta' għaqda jew koperattivi li l-iskop ewlieni tagħhom huwa li jamministraw qasam agrikolu.

- It-tip ta' l-appoġġ tal-bidu,

- Id-denominazzjonijiet tas-servizzi konsultattivi tal-biedja marbuta mal-bidu tal-bdiewa żgħażagħ fil-każi neta l-appoġġ mogħti ikun aktar minn dak li hemm provvediment dwaru fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

III. Taħriġ

A. Fatturi ewlenija:

Xejn

B. Informazzjoni oħra:

- Il-miżuri eliġibbli u l-benefiċjarji.

- Assigurazzjoni li l-ebda sistema jew programmi ta' l-edukazzjoni normali ma huma proponuti għall-finanzjament.

IV. Irtirar kmieni

A. Fatturi ewlenija:

Xejn

B. Informazzjoni oħra:

- Deskrizzjoni dettaljata tal-kondizzjonijiet li jikkonċernaw lil min jitrasferixxi, li min jakkwista t-trasferiment, il-ħaddiema u l-art rilaxxata, partikolarment l-użu ta' l-art li għandha tkun miżmuma minn dak li jitrasferixxi għal skopijiet mhux kummerċjali u t-tul ta' żmien allokat għat-titjib tal-vijabbiltà,

- It-tip ta' għajnuna, inkluża deskrizzjoni tal-metodu użat għall-kalkolu ta' l-ammont massimu li għandu jkun parzjalment finanzjat għal kull qasam u ġustifikazzjoni għal kull tip ta' benefiċjarju,

- Deskrizzjoni tal-iskemi nazzjonali tal-irtirar u tal-irtirar kmieni,

- Dettalji dwar it-tul ta' żmien ta' l-għajnuna.

V. Żoni anqas iffavoriti u żoni b'restrizzjonijiet ambjentali

A. Fatturi ewlenija:

- l-ammont ta' l-għajnuna:

1. Għall-allokazzjonijiet kompensatorji permezz ta' l-Artikolu 13(a) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999: Il-proposti li jeċċedu l-ammont massimu li jista' jkun parzjalment finanzjat bi qbil mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/199 għandhom jinkludu l-ġustifikazzjoni meħtieġa. Għandek tispeċifika kif sejjer ikun assigurat li jkun hemm konformità li l-limitu l-għoli għall-allokazzjonijiet kompensatorji f'dawn il-każi, u spjega il-proċedura amministrattiva li permezz tagħha l-konformità ma' l-ammomnt massimu li jista' jkun parzjalment finanzjat għandha tkun assigurata; meta l-pagament massimu kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 ikun applikat, indika ċ-ċirkostanzi obbjettivi li jiġġustifikaw din l-applikazzjoni;

2. Għall-allokazzjonijiet kompensatorji permezz ta' l-Artikoli 13(b) u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999: Il-kalkoli agronomiċi dettaljati inizjali li juru: (a) il-qligħ mitluf u l-ispejjeż involuti bħala riżultat tar-restrizzjonijiet ambjentali,(b) is-supposizzjonijiet agronomiċi użati bħala punt ta' referenza;

3. Għall-allokazzjonijiet kompensatorji kif referuti ta' l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999:

- Indika, jekk meħtieġ, il-problemi speċifiċi li jiġġustifikaw sostenn għola mill-ammont massimu, kif hemm provvediment dwar dan fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1693) tar-Regolament ta' hawn fuq,

- Indika, jekk meħtieġ, il-ġustifikazzjoni għal sostenn inizjali aktar għoli kif hemm provvediment dwar dan fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1693) tar-Regolament ta' hawn fuq.

B. Informazzjoni oħra:

- Dettalji tal-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà, partikolarment:

1. Id-definizzjoni taż-żona minima;

2. Id-deskrizzjoni tal-mekkaniżmu tal-konverżjoni xierqa użat fil-każ ta' mergħat komuni;

3. l-ammont ta' għajnuna għal pagamenti referuti fl-Artikolu 13(a) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999: Il-ġustifikazzjoni tad-differenzazzjoni ta' l-ammont ta' għajnuna li jutilizza l-kriterja stabbilita fl-Artikolu 15(2) ta' dak ir-Regolament;

4. Għall-allokazzjonijiet kompensatorji referuti fl-Artikolu 13(b) u l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999: It-tibdiliet tal-kalkoli agronomiċi dettaljati kif stabbiliti fid-dokument tal-programmizzar hekk kif approvat;

- l-emendi għal-listi taż-żoni anqas favoriti adotatti jew emendati bid-Direttivi tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u l-listi taż-żoni b'restrizzjonijiet ambjentali.

VI. Konverġenża tan-normi

VI.1. L-impementazzjoni tan-normi mitluba

A. Fatturi ewlenija:

- Il-lista tan-normi ibbażata fuq il-leġislazzjoni tal-Komunità li huma eliġibbli għall-appoġġ permezz ta' l-Artikolu 21b tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, id-data li minnha in-norma tkun mandatorja b'konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità u l-ġustifikazzjoni ta' l-għażla.

B. Informazzjoni oħra:

- Deskrizzjoni tal-impatt sinifikanti fuq l-ispejjeż operattivi tar-razzett li jirriżultaw mill-obbligi jew mir-restrizzjonijiet imposti bin-norma l-ġdida;

- l-ammont ta' appoġġ għal kull norma eliġibbli u l-kalkoli dettaljati li jiġġustifikaw dan l-ammont.

VI.2. L-użu tas-servizzi konsultattivi tal-biedja

A. Fatturi ewlenija:

Xejn

B. Informazzjoni oħra:

- Deskrizzjoni tas-sistema konsultattiva dwar il-biedja kif introdotta mill-Istat membru, inkluża l-proċedura għall-għażla tal-korpi responsabbli għas-servizzi konsultattivi,

- Il-frekwenza ta' l-appoġġ mogħti lill-bidwi għall-użu tas-servizzi konsultattivi dwar l-agrikoltura fl-erba' żoni referuti fl-Artikolu 21d(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

VII. L-agri-ambjent u l-benessere ta' l-annimali

A. Fatturi ewlenija:

- Il-ġustifikazzjoni għall-impenji, ibbażata fuq l-impatt mistenni minnhom,

- Il-kalkoli agronomiċi dettaljati inizjali li juru: (a) il-qligħ mitluf u l-ispejjeż involuti b'relazzjoni mal-prattika normali tajba tal-biedja;(b) is-supposizzjonijiet agronomiċi użati bħala punt ta' referenza; (ċ) il-livell tal-inċentiv u l-ġustifikazzjoni dwar dan ibbażata fuq kriterja obbjettiva.

B. Informazzjoni oħra:

- Il-lista tar-razzez lokali li huma fil-periklu li jkunu mitlufa mil-biedja u n-numru ta' femminili tar-razza għaż-żoni ikkonċernati. In-numru li għandu jkun ċertifikat minn korp tekniku rokonoxxut kif xieraq - jew l-organizzazzjoni/l-għaqda ta' min irabbi - li għandha tirreġistra u żżomm aġġornat il-ktieb tal-merħliet u l-qagħtat miżmuma għar-razza. Il-korp ikkonċernat għandu jkollu is-sena u t-tagħrif meħtieġ sabiex jidentifika l-annimali tar-razzez individwali fil:

- Riżorsi ġenetiċi tal-pjanti li jkunu mħedda b'erożjoni ġenetika, l-evidenza ta' l-erożjoni ġenetika ibbażata fuq riżultati xjentifiċi u l-indikaturi għall-okkorrenza tal-varjetajiet mill-għelieqi/primittivi (lokali), id-dicersità tal-popolazzjoni u l-prattiċi agrikoli prevalenti fil-livell lokali,

- Dettalji ta' l-obbligi fuq il-bdiewa u xi termini oħrajn għall-impenn, inkluż l-iskop u l-proċeduri għall-aġġustament tal-kuntratti kurrenti,

- Tibdiliet fil-livell ta' l-appoġġ sa 120 % ta' l-ispejjeż u l-qligħ mitluf indikati fil-kalkoli agronomiċi stabbiliti fid-dokument tal-programm kif approvat u l-ġustifikazzjoni għal dawn it-tibdiliet,

- Id-deskrizzjoni tal-koperta tal-miżura, li turi l-iskop tagħha b'relazzjoni mal-ħtiġijiet u l-grad tagħha tal-immirar f'termini ġeografiċi, settorjali jew xi koperta oħra,

- Għall-implenji kollha flimkien, agri-ambjentali u tal-benessere ta' l-Annimali, il-mezzi possibbli għat-tlaqqigħ flimkien tal-impenji għandhom ikunu mhurija u l-konsitenza reċiproka tal-impenji għandha tkun assigurata.

VIII. Kwalità ta' l-ikel

VIII.1. Parteċipazzjoni fl-iskemi tal-kwalità ta' l-ikel

A. Fatturi ewlenija

- Lista tal-iskemi ta' kwalità tal-Komunità u nazzonali eliġibbli għall-appoġġ. Għal skemi nazzjonali, deskrizzjoni tal-iskema fir-rigward tal-kriterja referuta fl-Artikolu 24b(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

B. Informazzjoni oħra:

- l-ammont ta' appoġġ għal kull tip ta' skema eliġibbli u l-ġustifikazzjoni għall-ispejjeż fissi kif hemm dispożizzjoni dwar dawn fl-Artikolu 24c tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

VIII.2. Inkurraġġiment ta' prodotti ta' kwalità

A. Fatturi ewlenija

Xejn

B. Informazzjoni oħra:

- Lista ta' prodotti li jikkwalifikaw għall-appoġġ permezz tal-iskemi ta' kwalità magħżula skond il-miżura referuta fi VIII.1,

- Proċedura sabiex tassigura li l-azzjonijiet li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-iżvilupp rurali ma jkunux ukoll sostnuti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000,

- Proċedura għal verifika ex ante dwar l-informazzjoni, l-inkurraġġiment, u l-materjal tar-reklamar (l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament),

- Deskrizzjoni tal-ipejjeż eliġibbli.

IX. Titjib fl-ipproċessar u fil-marketing tal-prodotti agrikoli

A. Fatturi ewlenija

- Is-setturi tal-produzzjoni bażika agrikola

B. Informazzjoni oħra:

- Kriterja li tagħti prova tal-benefiċċji ekonomiċi għall-produtturi primarji,

- Id-desinjazzjoni tan-normi li dwarhom perijodu ta' grazzja jista jkun mogħti lill-unitajiet żgħar tal-ipproċessar bi qbil ma' l-Artikolu 26(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-ġustifikazzjoni relatata mal-problemi speċifiċi li jinvolvu l-konformità ma' dawk in-normi u t-tul ta' żmien massimu tal-perijodu għal kull norma ikkonċernata.

X. Foresterija

A. Fatturi ewlenija:

Xejn

B. Informazzjoni oħra:

- Definizzjoni ta':

(i) "art agrikola" b'relazzjoni ma l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament;

(ii) "bidwi" b'relazzjoni ma l-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament;

(iii) dispożizzjonijiet li jassiguraw li l-miżuri ippjanati ikunu xierqa għall-kondizzjonijiet lokali u kompatibbli ma' l-ambjent kif ukoll taż-żamma tal-bilanċ bejn il-foresterija u l-popolazzjoni tal-kaċċa, meta applikabbli;

(iv) arranġamenti kontrattwali bejn ir-reġjuni u l-benefiċjarji potenzali li jikkonċernaw il-miżuri referuti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

- Meta l-ispejjeż normali referuti fl-Artikolu 46 ikunu applikati:

(i) l-ipejjeż normali ta' l-unità;

(ii) il-metodu użat sabiex ikunu iffisati dawk l-ispejjeż;

(iii) il-konformità mal-kriterji għall-evitar ta' kumpens żejjed

- Deskrizzjoni tal-miżuri u l-benefiċjarji eliġibbli;

- Rabta bejn il-miżuri proponuti u l-programmi nazzjonali/sub-nazzjonali tal-foresterija jew l-istrumenti ekwivalenti;

- Refernza għall-pjanijiet tal-protezzjoni tal-foresti għal dawk iż-żoni ikklassifikati bħala ta' riskju għoli jew medju minħabba n-nirien tal-foresti u l-konformità mal-miżuri proponuti ma dawn il-pjanijiet tal-protezzjoni.

XI. Inkurraġġiment ta' l-adattazzjoni u l-iżvilupp ta' żoni rurali

A. Fatturi ewlenija:

- Deskrizzjoni u ġustifikazzjoni ta' l-azzjoni proponuta u kull waħda mill-miżuri.

B. Informazzjoni oħra:

- Definizzjoni tal-inġinerija finanzjarja, li għandha tkun konformi mal-kriterja ġenerali tal-eliġibbiltà.

10. Ħtieġa għal xi studji, proġetti ta' demostrazzjoni, taħriġ jew operazzjonijiet ta' għajnuna teknika (meta applikabbli)

Is-sitt inċiż ta' l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

11. Denominazzjonijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi responsabbli,

Is-seba' inċiż ta' l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

12. Dispożizzjonijiet sabiex jassiguraw l-effettività u l-implementazzjoni korretta tal-pjanijiet, inkluż is-sorveljar u l-evalwazzjoni, definizjoni għall-indikaturi kwantifikati għal evalwazzjoni, l-arranġamenti għall-kontrolli u s-sanzjonijiet u tal-publiċità adekwata,

It-tmin inċiż ta' l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

1. Informazzjoni dettaljata dwar l-implementazzjoni ta' l-Artikoli 60 sa 65 ta' dan ir-Regolament

Din għandha tinkludi, partikolarment:

- Il-possibbiltà ta' l-għoti ta' avvanzi lill-ċerti benefiċjarji tal-miżuri tal-investiment,

- Id-deskrizzjoni taċ-ċirkwiti finanzjarji għall-pagament ta' l-għajnuna lill-benefiċjarji finali,

- l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm, notevolemnt sistemi u proċeduri għall-ġbir, l-organizzazzjoni u l-kordinazzjoni tad-dettalji li jirrigwardjaw l-indikaturi finanzjarji, fiżiċi u tal-impatt,

- Ir-rwol, kompsizzjoni u regoli tal-proċedura ta' xi kumitati tas-sorveljar,

- Kodifika. Din il-kodifika għandha tkun b'konformità mal-mudell kif ipprovdur mill-Kummissjoni.

2. Informazzjoni dettaljata dwar l-implementazzjoni ta' l-Artikoli 66 sa 73 ta' dan ir-Regolament.

Din għandha tinkludi l-miżuri speċifiċi tal-kontroll ippjanati għall-verifika tas-sustanza tat-talbiet u tal-konformità mal-kondizzjonijiet għall-appoġġ kif ukoll ir-regoli speċifiċi dwar il-penali.

3. Informazzjoni dettaljata dwar il-konformità mal-kriterja ġenerali ta' l-eliġibbiltà stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1685/2000

L-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament.

4. Informazzjoni oħra:

Meta xieraq, l-informazzjoni li l-litu ta' żmien għan-notifika ta' każi ta' force majeure ikun ġie estiż (l-Artikolu 39(2) ta' dan ir-Regolament).

13. Ir-riżultati tal-konsulti u d-denominazzjonijiet ta' l-awtoritajiet u l-korpi assoċjati kif ukoll is-sieħba ekonomiċi u soċjali

Id-disa' inċiż ta' l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1995

1. Iddeskrivi:

- Is-sieħba ekonomiċi u soċjali u il-korpi nazzjonali relevanti l-oħrajn li għandhom ikunu ikkonsultati bi qbil mal-regoli u l-prattika nazzjonali,

- l-awtoritajiet u l-korpi agrikoli u ambjentali li għandhom ikunu inv oluti, partikolarment, fil-preparazzjoni, l-implementazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-miżuri agri-ambjentali u l-miżuri l-oħrajn li jimmiraw l-ambjent, b'hekk ikun assigurat bilanċ bejn dawk il-miżuri u l-miżuri l-oħrajn tal-iżvilupp rurali.

2. Sommarju tar-riżultati tal-konsulti u indika sa liema grad l-opinjonijiet u l-pariri akkwistati kienu ġew meqjusa

14. Il-bilanċ bejn id-diversi miżuri ta' appoġġ

It-tieni inċiż ta' l-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

1. Iddeskrivi, b'referenza mas-saħħiet, il-ħtiġijiet u l-potenzjal:

- Il-bilanċ bejn il-miżuri differenti tal-iżvilupp rurali;

- Il-grad ta' kemm il-miżuri agri-ambjentali jkunu applikabbli għat-territorju kollu.

2. Din id-deskrizzjoni għandha tirreferi (skond ma jkun il-każ) għal-:

- Il-miżuri meħuda il-barra mill-skop tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nri 1257/1999,

- Il-miżuri meħuda jew ippjanati permezz ta' pjanijiet separati għall-iżvilupp rurali.

15. Kompatibilità u konsistenza

L-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

A. Fatturi ewlenija

1. Evalwazzjoni tal-kompattibbiltà u l-konsistenza ma:

- Strateġiji oħrajn tal-Komunità u l-miżuri implementati permezz ta' dawk l-istrateġiji, partikolarment l-istrateġija tal-kompetizzjoni,

- Strimeti oħrajn tal-istrateġija agrikola komuni, partikolarment meta l-eċċezzjonijiet skond l-Artikolu 3793) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 ikun hemm dispożizzjoni dwarhom,

- Il-miżuri l-oħrajn ta' l-appoġġ inklużi fil-pjanijiet tal-iżvilupp rurali,

- Il-kriterja ġenerali ta' l-eliġġibbiltà

2. Għall-miżuri skond l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, assigura u, meta meħtieġ, uri li:

- Il-miżuri adottati permezz tas-sitt, is-seba' u d-isa' inċiżi ta' dak l-Artikolu ma jkunux jirċievu għajnuna fiuanzjarja mill-ERDF għaż-żoni rurali koperti bl-Objettiv 2 u fiż-żoni fo transizzjoni,

- Il-miżuri ma humiex koperti b'xi miżura oħra referuta fit-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999.

B. Informazzjoni oħra:

Partikolarment, l-evalwazzjoni għandha tkopri l-arranġamenti sabiex tassigura kordinazzjoni xierqa mad-diversi awtoritajiet responsabbli għal:

- Il-miżuri tal-iżvilupp li hemm provvediment dwarhom permezz tal-organizzazzjonijiet tas-suq,

- Kwalunkwe miżuri tal-iżvilupp rurali li hemm provvediment dwarhom permezz tal-lkeġislazzjoni nazzjonali.

16. Għajnuniet addizzjonali mill-istat

L-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

A. Fatturi ewlenija

Identifika l-miżuri li għalihom finanzjament addizzjonali jkun mogħti fil-għamla ta' għajnuna mill-istat (l-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999). L-ammont ta' appoġġ addizzjonali li għandu jkun mogħti għal kull miżura ikkonċernata matul kull sena jopera bil-pjan għandu jkun muri f'tabella indikattiva.

B. Informazzjoni oħra:

- Abolizzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat,

- Tibdiliet għall-finanzjament addizzjonali fil-għamla ta' għajnuna mill-Istat mogħtija għal kwalunkwe miżura fid-dokument tal-programmizzar, kif approvat,

- Ir-rata ta' l-għajnuna.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 445/2002 | Ir-Regolament Preżenti |

L-Artikolu 1 | - |

- | Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | Artikolu 2 |

L-Artikolu 3(1) | - |

L-Artikolu 3(2) | Artikolu 3 |

L-Artikolu 4 | Artikolu 4 |

L-Artikolu 5(1) | Artikolu 5 |

L-Artikolu 5(2) u (3) | - |

L-Artikolu 6 | Artikolu 6 |

L-Artikolu 7 | Artikolu 7 |

L-Artikolu 8 | Artikolu 8 |

L-Artikolu 9 | Artikolu 9 |

L-Artikolu 10 | Artikolu 10 |

L-Artikolu 11 | Artikolu 11 |

L-Artikolu 12 | - |

- | Artikolu 12 |

L-Artikolu 13 | Artikolu 13 |

L-Artikolu 14 | Artikolu 14 |

L-Artikolu 15 | Artikolu 15 |

L-Artikolu 16 | Artikolu 16 |

L-Artikolu 17 | Artikolu 17 |

L-Artikolu 18 | Artikolu 18 |

L-Artikolu 19 | Artikolu 19 |

L-Artikolu 20 | Artikolu 20 |

L-Artikolu 21 | Artikolu 21 |

- | Artikolu 22 |

- | Artikolu 23 |

- | Artikolu 24 |

- | Artikolu 25 |

- | Artikolu 26 |

L-Artikolu 22 | Artikolu 27 |

- | Artikolu 28 |

L-Artikolu 23 | Artikolu 29 |

L-Artikolu 24 | Artikolu 30 |

L-Artikolu 25 | Artikolu 31 |

L-Artikolu 26 | Artikolu 32 |

L-Artikolu 27 | Artikolu 33 |

L-Artikolu 28 | Artikolu 34 |

L-Artikolu 29 | Artikolu 35 |

L-Artikolu 30 | Artikolu 36 |

L-Artikolu 31 | Artikolu 37 |

L-Artikolu 32 | Artikolu 38 |

L-Artikolu 33 | Artikolu 39 |

L-Artikolu 34 | Artikolu 40 |

L-Artikolu 35(1) | L-Artikolu 41)1) |

L-Artikolu 35(2) | L-Artikolu 41)3) |

L-Artikolu 35(3) | L-Artikolu 41)2) |

L-Artikolu 36 | Artikolu 42 |

L-Artikolu 37 | Artikolu 43 |

L-Artikolu 38 | Artikolu 44 |

L-Artikolu 39 | Artikolu 45 |

L-Artikolu 39a | Artikolu 46 |

L-Artikolu 40 | Artikolu 47 |

L-Artikolu 41 | Artikolu 48 |

L-Artikolu 42 | Artikolu 49 |

L-Artikolu 43 | Artikolu 50 |

L-Artikolu 44 | Artikolu 51 |

L-Artikolu 45 | Artikolu 52 |

L-Artikolu 45a | Artikolu 53 |

L-Artikolu 46 | Artikolu 54 |

L-Artikolu 47 | Artikolu 55 |

L-Artikolu 48 | Artikolu 56 |

L-Artikolu 49 | Artikolu 57 |

L-Artikolu 50 | Artikolu 58 |

L-Artikolu 51 | Artikolu 59 |

L-Artikolu 52 | Artikolu 60 |

L-Artikolu 53 | Artikolu 61 |

L-Artikolu 54 | Artikolu 62 |

L-Artikolu 55 | Artikolu 63 |

L-Artikolu 56 | Artikolu 64 |

L-Artikolu 57 | Artikolu 65 |

L-Artikolu 58 | Artikolu 66 |

L-Artikolu 59 | Artikolu 67 |

L-Artikolu 60 | Artikolu 68 |

L-Artikolu 61 | Artikolu 69 |

L-Artikolu 62 | Artikolu 70 |

L-Artikolu 62a | Artikolu 71 |

L-Artikolu 63 | Artikolu 72 |

L-Artikolu 64 | Artikolu 73 |

L-Artikolu 65(1) | L-Artikolu 74(1), l-ewwel subparagrafu, u 74(2) |

L-Artikolu 65(2) | L-Artikolu 74(1), it-tieni subparagrafu |

L-Artikolu 66 | L-Artikolu 75, l-ewwel subparagrafu |

- | L-Artikolu 75, it-tieni subparagrafu |

L-Anness I | L-Anness I |

L-Anness II | L-Anness II |

L-Anness III | L-Anness III |

--------------------------------------------------

Top