EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0596

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 596/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd

ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/01/2011; Imħassar b' 32010R1178

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/596/oj

32004R0596



Official Journal L 094 , 31/03/2004 P. 0033 - 0041


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 596/2004

tat-30 ta’ Marzu 2004

li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 3(2), 8(12) u 15 ta’ dan,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur ta’ l-agrikoltura sabiex jiġi implementat l-ftehim konkluż matul il-Uruguay Round tan-negozjati fil-kummerċ multilaterali [3], kif l-aħħar emendat b’Regolament (KE) Nru 1340/98 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) ta’ dan,

Billi

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1371/95 tas-16 ta’ Ġunju ta’ l-1995 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd [5] kien ġie emendat b’mod sostanzjali kemm-il darba [6]. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, ir-Regolament li ssemma għandu jkun kodifikat.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 jipprovdi li l-oġġetti esportati li għalihom jiġu mitluba rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni bl-eċċezzjoni ta’ l-esportazzjoni ta’ bajd tal-fqis, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza ta’ esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli ta’ implementazzjoni speċifiċi għas-settur tal-bajd li għandhom, b’mod partikolari, jinkludu dispożizzjonijiet għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tidher fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzi,b’żieda għal dawk li jkunu jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jniżżel regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta’ l-iffissar bil-quddiem għall-prodotti ta’ l-agrikoltura [7], kif l-aħħar emendat b’Regolament (KE) Nru 322/2004 [8].

(3) Sabiex tassigura l-amministrazzjoni xierqa tas-sistema, għandha tkun stabbilita r-rata tas-sigurtà għal-liċenzi ta’ esportazzjoni skond is-sistema li ssemmiet. Mħabba r-riskju ta’ l-ispekulazzjoni li tinsab fis-sistema fis-settur tal-bajd, il-liċenzi ta’ esportazzjoni mgħandhomx ikunu trasferibbli u għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw l-aċċess mill-kummerċjanti għas-sistema li ssemmiet.

(4) L-Artikolu 8(12) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 jipprovdi li l-osservanza ta’ l-obbligi li joriġinaw mill-ftehim konkluż matul il-Uruquay Round tan-negozjati fil-kummerċ multilaterali dwar il-volum ta’ esportazzjoni għandha tkun żgurata fuq il-bażi tal-liċenzi ta’ esportazzjoni. Għalhekk għandha tkun stabbilita skeda dettaljata għad-depożitu ta’ l-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzi.

(5) Barra dan, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni għandha tkun komunikata biss wara perjodu ta’ eżami. Dan il-perjodu kien jippermetti lill-Kummissjoni li tieħu stima tal-kwantitajiet li saru applikazzjoni għalihom kif ukoll l-ispiża nvoluta u, jekk xieraq, li tieħu l-miżuri speċifiċi applikabbli b’mod partikolari għall-applikazzjonijiet pendenti. Huwa fl-interess tal-kummerċjanti li jippermettu li l-applikazzjoni għal-liċenza tkun tista’ tiġi rtirata wara li jkun ġie stabbilit il-ko-effiċjent ta’ aċċettazzjoni.

(6) Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jikkonċernaw kwantitajiet daqs jew anqas minn 25 tunnellata metrika, il-liċenza ta’ esportazzjoni għandha tinħareġ minnufih jekk il-kummerċjant jitlobha. Madankollu, dawk il-liċenzi għandhom jiġu ristretti għal operazzjonijiet kummerċjali għal perjodu qasir sabiex ma jitħalliex li wieħed ikun jista’ jaħrab mill-mekkaniżmu previst f’dan ir-Regolament.

(7) Sabiex tiżgura t-tkomplija eżatta tal-kwantitajiet li għandhom ikunu esportati, għandha tkun stabbilita deroga mir-regoli dwar it-tolleranzi stabbiliti f’Regolament (KE) Nru 1291/2000.

(8) Il-Kummissjoni għandha tiddisponi minn informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-użu tal-liċenzi maħruġa, sabiex tkun tista’ tamministra din is-sistema. Fl-interess ta’ l-amministrazzjoni effiċjenti, l-avviżi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom isiru skond mudell uniformi.

(9) L-Artikolu 8(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 jipprovdi li inkwantu għal bajd tal-fqis jistgħu jingħataw rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq il-bażi ta’ liċenza ta’ esportazzjoni ex post. Għalhekk għandhom jitniżżlu regoli ta’ implementazzjoni għal dik is-sistema bl-iskop li jiżguraw li verifika effiċjenti ta’ l-obbligi li joriġinaw fil-ftehim konkluż fil-qafas tan-negozjati ta’ l-Uruguay Round jitħarsu. Madankollu, kien jidher li mhux neċessarju li tinħtieġ li tkun depositata garanzija ta’ sigurtà fil-każ ta’ liċenzi li tkun saret applikazzjoni għalihom wara l-esportazzjoni.

(10) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni dwar il-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-esportazzjonijiet kollha tal-prodotti fis-settur tal-bajd li għalihom tintalab rifużjoni fuq l-esportazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ bajd tal-fqis li jaqa’ fil-kodiċi NM 04070011 u 04070019, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza ta’ esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 sa 8.

Artikolu 2

1. Il-liċenzi ta’ esportazzjoni għandhom ikunu validi għal 90 jum mill-ġurnata attwali tal-ħruġ tagħhom fis-sens ta’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi nfushom għandu jkollhom imniżżla, fit-taqsima 15, id-deskrizzjoni tal-prodott u, fit-taqsima 16, il-kodiċi tal-prodott bi 12-il ċifra tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni.

3. Il-kategoriji tal-prodotti msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, kif ukoll ir-rata tas-sigurtà għal-liċenzi ta’ esportazzjoni huma mogħtija f’L-Anness I.

4. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi nfushom għandu jkollhom imniżżla, fit-taqsima 20, mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

- Reglamento (CE) no 596/2004

- Forordning (EF) Nr. 596/2004

- Verordnung (EG) Nr. 596/2004

- Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 596/2004

- Regulation (EK) No 596/2004

- Règlement (CE) no 596/2004

- Regolamento (CE) n. 596/2004

- Verordening (EG) Nr. 596/2004

- Regulamento (CE) n.o 596/2004

- Asetus (EY) N:o 596/2004

- Förordning (EG) Nr. 596/2004.

Artikolu 3

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni jistgħu jkunu depożitati mal-awtoritajiet kompetenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa.

2. L-applikanti għal-liċenzi ta’ esportazzjoni għandhom ikunu persuni naturali jew ġuridiċi li, fiż-żmien li jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, jistgħu jagħtu prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li kienu ġew imqabbda biex jaħdmu fil-kummerċ fis-settur tal-bajd għal mill-anqas 12-il xahar. Madankollu, l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ir-restoranti li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi ta’ l-aħħar ma jistgħux jiddepożitaw applikazzjonijiet.

3. Il-liċenzi ta’ l-esportazzjoni jinħarġu fil-jum ta’ l-Erbgħa li jiġi wara l-perjodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm l-ebda waħda mill-miżuri partikolari msemmija fil-paragrafu 4 ma tkun ittieħdet minn dak in-nhar mill-Kummissjoni.

4. Meta l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni jikkonċernaw kwantitajiet u/jew spejjeż li jeċċedu l-modi ta’ kummerċ normali jew meta hemm riskju li dawn jistgħu jinqabżu, waqt li jittieħed kont tal-limiti msemmija fl-Artikolu 8(12) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 u/jew l-ispiża korrispondenti matul il-perjodu li qed jiġi ttrattat, il-Kummissjoni tista’:

(a) tiffissa persentaġġ wieħed li bih il-kwantitajiet li saru applikazzjonijiet għalihom jiġu aċċettati;

(b) tiċħad l-applikazzjonijiet li għalihom għadhom ma ngħatawx liċenzi ta’ esportazzjoni;

(ċ) tissospendi d-depożitar ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni għal massimu ta’ ħamest ijiem utli. Tista’ tiġi deċiża sospensjoni għall-perjodu itwal taż-żmien skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75. F’dawn il-każi, ma għandhomx jiġu aċċettati applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni matul il-perjodu taż-żmien tas-sospensjoni.

Dawn il-miżuri jistgħu jkunu aġġustati skond il-kategorija tal-prodott u d-destinazzjoni.

5. Meta l-kwantitajiet li saru applikazzjonijiet għalihom ma jintlaqgħux jew jiġu mnaqqsa, il-garanzija tas-sigurtà għandha tiġi rilaxxjata fil-pront għall-kwantitajiet kollha li għalihom applikazzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta.

6. Minkejja l-paragrafu 3, meta jiġi ffissat persentaġġ wieħed ta’ aċċettazzjoni ta’ anqas minn 80 %, il-liċenza għandha tinħareġ l-aktar tard sal-11-il jum utli wara l-pubblikazzjoni ta’ dak il-persentaġġ fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Matul l-għaxart ijiem utli wara l-pubblikazzjoni tiegħu, l-operatur jista’:

- jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu, f’liema każ il-garanzija tas-sigurtà tiġi rilaxxjata immedjatamet,

- jew jitlob il-ħruġ immedjat tal-liċenza, f’liema każ l-awtorità kompetenti għandha toħroġha mingħajr dewmien iżda mhux qabel id-data normali tal-ħruġ għall-ġimgħa rilevanti.

7. B’deroga mill-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tiffissa ġurnata ħlief l-erbgħa għall-ħruġ ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni meta ma jkunx possibbli li din il-ġurnata tiġi rispettata.

Artikolu 4

1. Fuq talba ta’ l-operatur, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi sa 25 tunnellata metrika ta’ prodotti mgħandhomx ikunu suġġetti għal xi miżuri speċjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(4) u l-liċenzi li saru l-applikazzjonijiet għalihom għandhom jinħarġu b’mod immedjat.

F’dawk il-każi, minkejja l-Artikolu 2(1), it-terminu tal-validità tal-liċenzi għandu jkun limitat għal ħamest ijiem utli mill-ġurnata attwali tal-ħruġ tagħhom fis-sens ta’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u t-taqsima 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi nfushom għandhom juru ta’ mill-anqas wieħed minn dawn li ġejjin:

- Certificado válido durante cinco días hábiles y no utilizable para la aplicación del artículo 5 del Reglamento (CEE) no 565/80

- Licens, der er gyldig i fem arbejdsdage, og som ikke kan benyttes til at anvende artikel 5 i forordning (EØF) Nr. 565/80

- Fünf Werktage gültige und für die Anwendung von Artikel 5 der Verordnung (EWG) Nr. 565/80 nicht verwendbare Lizenz

- Πιστοποιητικό που ίσχυα για πέντε εργασίας ηέρες και δεν χρησιμοποιείται για την εφαρμογή του άρθρου 5 του κανονισμού (ΕΟΚ) αριθ. 565/80

- Licence valid for five working days and not useable for application of Article 5 of Regulation (EEK) No 565/80

- Certificat valable 5 jours ouvrables et non utilisable pour l’application de l’article 5 du règlement (CEE) no 565/80

- Titolo valido cinque giorni lavorativi e non utilizzabile ai fini dell’applicazione dell’articolo 5 del regolamento (CEE) n. 565/80

- Certificaat met een geldigheidsduur van vijf werkdagen en niet te gebruiken voor de toepassing van artikel 5 van Verordening (EEG) Nr. 565/80

- Certificado de exportação válido durante cinco dias úteis, não utilizável para a aplicação do artigo 5.o do Regulamento (CEE) n.o 565/80

- Todistus on voimassa viisi työpäivää eikä sitä voi käyttää sovellettaessa asetuksen (ETY) N:o 565/80 5 artiklaa

- Licensen är giltig fem arbetsdagar men gäller inte vid tillämpning av artikel 5 i förordning (EEG) Nr. 565/80.

2. Il-Kummissjoni tista’, meta neċessarju, tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Il-liċenzi ta’ esportazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 6

1. Il-kwantità esportata li taqa’ fit-tolleranza msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 ma tintitolax għall-ħlas tar-rifużjoni.

2. Fit-taqsima 22 tal-liċenza, għandu jiġi indikat mill-anqas wieħed minn dawn li ġejjin:

- Restitución válida por […] toneladas (cantidad por la que se expida el certificado)

- Restitutionen omfatter […] t (den mængde, licensen vedrører)

- Erstattung gültig für […] Tonnen (Menge, für welche die Lizenz ausgestellt wurde)

- Επιστροφή ισχύουσα για […] τόνους (ποσότητα για την οποία έχει εκδοθεί το πιστοποιητικό)

- Refund valid for […] tonnes (quantity for which the licence is issued)

- Restitution valable pour […] tonnes (quantité pour laquelle le certificat est délivré)

- Restituzione valida per […] t (quantitativo per il quale il titolo è rilasciato)

- Restitutie geldig voor […] ton (hoeveelheid waarvoor het certificaat wordt afgegeven)

- Restituição válida para […] toneladas (quantidade relativamente à qual é emitido o certificado)

- Tuki on voimassa […] tonnille (määrä, jolle todistus on myönnetty)

- Ger rätt till exportbidrag för (…) ton (den kvantitet för vilken licensen utfärdats).

Artikolu 7

1. Kull nhar ta’ ġimgħa mis-1.00 ta’ wara nofs in-nhar, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni dan li ġej b’fax fir-rigward tal-perjodu ta’ qabel:

(a) l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1 iddepożitati mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ l-istess ġimgħa, u jiddikjaraw jekk jaqawx fl-ambitu ta’ l-Artikolu 4 jew le;

(b) il-kwantitajiet koperti mil-liċenzi ta’ esportazzjoni maħruġa fil-jum ta’ l-Erbgħa ta’ qabel, u ma jinkludux dawk maħruġa b’mod immedjat taħt l-Artikolu 4;

(ċ) il-kwantitajiet koperti b’applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni rtirati skond l-Artikolu 3(6) matul il-ġimgħa ta’ qabel.

2. In-notifika ta’ l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tispeċifika:

(a) il-kwantità fil-piż tal-prodott għal kull kategorija msemmija fl-Artikolu 2(3);

(b) l-analiżi skond id-destinazzjoni tal-kwantità għal kull kategorija fil-każ meta r-rata tar-rifużjoni tvarja skond id-destinazzjoni;

(ċ) ir-rata tar-rifużjoni applikabbli;

(d) l-ammont totali tar-rifużjoni ffissata minn qabel f’euro għal kull kategorija ta’ prodott.

3. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni fuq bażi mensili wara t-temma tal-validità tal-liċenzi ta’ esportazzjoni l-kwantità ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni mhux użati.

4. In-notifiki kollha msemmija fil-paragrafi 1 u 3, inklużi n-notifiki "nulli", għandhom isiru skond il-mudell stabbilit f’L-Anness II.

Artikolu 8

1. Għall-bajd tal-fqis li jaqa’ taħt il-kodiċi NM bin-Nri 04070011 u 04070019, l-operaturi għandhom jiddikjaraw mal-waqt li jwettqu l-formalitajiet tad-dwana għall-oġġetti esportati, illi bi ħsiebhom jitolbu rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

2. Mhux aktar tard minn żewġt ijiem utli wara l-esportazzjoni, l-operaturi għandhom jiddepożitaw ma’ l-awtorità kompetenti l-applikazzjoni għal-liċenza ta’ esportazzjoni ex post għall-bajd tal-fqis esportat. Fit-taqsima 20 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenza u tal-liċenza nnifisha, għandhom ikunu indikati l-kliem ex post flimkien ma’ l-uffiċċju doganali fejn il-formalitajiet tad-dwana twettqu kif ukoll id-data ta’ l-esportazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 [9].

B’deroga mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 mgħandha tinħtieġ l-ebda garanzija ta’ sigurtà.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull nhar ta’ Ġimgħa mis-1 ta’ wara nofsinhar ‘l quddiem, b’fax, in-numru ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni ex post li saru applikazzjonijiet għalihom jew l-assenza ta’ dawk l-applikazzjonijiet, matul il-ġimgħa kurrenti. In-notifiki għandhom isiru skond il-mudell stabbilit f’L-Anness II u għandhom jispeċifikaw, meta applikabbli, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 7(2).

4. Liċenzi ta’ esportazzjoni ex post għandhom jinħarġu kull nhar ta’ Erbgħa ta’ wara, sakemm l-ebda miżura partikolari msemmija fl-Artikolu 3(4) ma tittieħed mill-Kummissjoni wara l-esportazzjoni kkonċernata. Meta jittieħdu dawk il-miżuri għandhom japplikaw għall-esportazzjonijiet li jkunu diġà saru.

Din il-liċenza tintitola għall-ħlas tar-rifużjoni applikabbli fil-ġurnata ta’ l-esportazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

5. L-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 mgħandux japplika għal-liċenzi ex post imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

Il-liċenzi għandhom jiġu ppreżentati direttament mill-parti interessata lill-aġenzija li tieħu ħsieb il-ħlas tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Din l-aġenzija għandha tattribwixxi u tittimbra l-liċenza.

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 1371/95 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni f’L-Anness V.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta' l-1.11.75, p. 49.

[2] ĠU L 122, tas-16.5.3, p. 1.

[3] ĠU L 349, tal-31.12.94, p. 105.

[4] ĠU L 184, tas-27.6.98, p. 1.

[5] ĠU L 133, tas-17.6.95, p. 16.

[6] Ara l-Anness IV.

[7] ĠU L 152, ta' L-24.6.00, p. 1.

[8] ĠU L 58, tas-26.2.4, p. 3.

[9] ĠU L 102, tas-17.4.99, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Kodiċi tal-prodott tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni | Kategorija | Ir-Rata tal-garanzija tas-sigurtà (EUR/100 kg piż nett) |

040700119000 | 1 | — |

040700199000 | 2 | — |

040700309000 | 3 | 3 2 |

040811809100 | 4 | 10 |

040819819100040819899100 | 5 | 5 |

040891809100 | 6 | 15 |

040899809100 | 7 | 4 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Il-Baħrejn

L-Eġittu

Hong Kong

Il-Ġappun

Il-Kuwajt

Il-Malasja

L-Oman

Il-Filippini

Il-Qatar

Ir-Russja

Il-Korea t’Isfel

It-Tajwan

It-Tajlandja

L-Emirati Għarab Magħquda

Ir-Repubblika tal-Jemen

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Ir-Regolament imħassar bl-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1371/95 | (ĠU L 133, tas-17.6.1995, p. 16) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2522/95 | (ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 39) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2840/95 | (ĠU L 296, tad-9.12.1995, p. 5) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1157/96 | (ĠU L 153, tas-27.6.1996, p. 19) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1008/98 | (ĠU L 145, tal-15.5.1998, p. 6) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/1999 | (ĠU L 281, ta' l-4.11.1999, p. 16) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2260/2001 | (ĠU L 305, tat-22.11.2001, p. 11) |

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1371/95 | Dan ir-Regolament |

L-Artikoli 1 u 2 | L-Artikoli 1 u 2 |

L-Artikolu 3(1) sa (3) | L-Artikolu 3(1) sa (3) |

L-Artikolu 3(4) l-ewwel inċiż | L-Artikolu 3(4)(a) |

L-Artikolu 3(4) it-tieni inċiż | L-Artikolu 3(4)(b) |

L-Artikolu 3(4) it-tielet inċiż | L-Artikolu 3(4)(ċ) |

L-Artikolu 3(5) sa (7) | L-Artikolu 3(5) sa (7) |

L-Artikolu 4 l-ewwel u t-tieni subparagrafi | L-Artikolu 4(1) |

L-Artikolu 4 it-tielet subparagrafu | L-Artikolu 4(2) |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 6 l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 6(1) |

L-Artikolu 6 it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 6(2) |

L-Artikolu 7(1) | L-Artikolu 7(1) |

L-Artikolu 7(2) l-ewwel inċiż | L-Artikolu 7(2)(a) |

L-Artikolu 7(2) it-tieni inċiż | L-Artikolu 7(2)(b) |

L-Artikolu 7(2) it-tielet inċiż | L-Artikolu 7(2)(ċ) |

L-Artikolu 7(2) ir-raba' inċiż | L-Artikolu 7(2)(d) |

L-Artikolu 7(3) u (4) | L-Artikolu 7(3) u (4) |

L-Artikolu 8 | _ |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 10 | _ |

_ | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 10 |

L-Annessi I sa III | L-Annessi I sa III |

_ | L-Anness IV |

_ | L-Anness V |

--------------------------------------------------

Top