EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0134

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/2004 tas-27 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi l-miżata fissa għal kull prospett ta’ razzett għaż-żamma tal-kotba għas-sena 2004 tan-network tad-data dwar iż-żamma tal-kotba ta’ l-irziezet

ĠU L 21, 28.1.2004, p. 8–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/134/oj

32004R0134



Official Journal L 021 , 28/01/2004 P. 0008 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/2004

tas-27 ta’ Jannar 2004

li jistabbilixxi l-miżata fissa għal kull prospett ta’ razzett għaż-żamma tal-kotba għas-sena 2004 tan-network tad-data dwar iż-żamma tal-kotba ta’ l-irziezet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi network għal gbir ta’ data mahduma minn accountants dwar id-dhul u l-hidma kummerċjali ta’ azjendi fil-biedja fil-Komunità Ekonomika Ewropea [1],

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1915/83 tat-13 ta’ Lulju 1983 dwar ċerti regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni rigward iż-żamma tal-kontijiet bil-għan li jiġi stabbilit id-dħul (fi flus) ta’ l-impriżi agrikoli [2], u partikolarment l-Artikolu 5(3) li jinsab fih,

Billi:

(1) l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 jipprovdi illi miżata fissa għandha titħallas mill-Kummissjoni lill-Istati Membri għal kull prospett debitament kompletat dwar razzett mibgħut lilha fil-perjodu preskritt fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 113/2003 [3] stabbilixxa l-ammont tal-miżata fissa għas-sena tal-kontijiet 2003 f’livell ta’ EUR 138 għal kull prospett ta’ razzett. It-tendenza fl-ispejjeż u l-effetti tagħha fuq kemm tqum it-tlestija ta’ prospett ta’ razzett jiġġustifikaw reviżjoni tal-miżata.

(3) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità għan-Network ta’ Data taż-Żamma tal-Kotba ta’ l-Irziezet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-miżata fissa prevista fl-Artikolu 5(1) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1915/83 għandha tkun ta’ EUR 140.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd għas-sena tal-kontijiet 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 109, tat-23.6.1965, p. 1859/65. Regolament l-ahhar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2059/2003 (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 1).

[2] ĠU L 190, 14.07.83, p. 25.

[3] ĠU L 18, 23.01.03, p. 3.

--------------------------------------------------

Top