EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1644

Ir-Regolament (KE) Nru 1644/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

ĠU L 245, 29.9.2003, p. 10–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1644/oj

32003R1644



Official Journal L 245 , 29/09/2003 P. 0010 - 0012


Ir-Regolament (KE) Nru 1644/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta' Lulju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3],

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima [5] għandhom jinġiebu konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [6], (minn hawn 'il quddiem imsejjah 'ir-Regolament Finanzjarju ġenerali), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 miġjub fih.

(2) Il-prinċipji ġenerali u l-limiti li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' l-aċċess għad-dokumenti provduti fl-Artikolu 255 tat-Trattat ġew stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [7].

(3) Meta r-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 kien addottat, it-tlett istituzzjonijiet qablu f'dikjarazzjoni konġunta li l-aġenziji u korpi simili għandhom ikollhom regoli konformi ma' dawk ta' dak ir-Regolament.

(4) Għandhom għalhekk ikunu nklużi dispożizzjonijiet addattati fir-Regolament (KE) Nru. 1406/2002 biex ir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 isir applikabbli għall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, kif għandha wkoll tkun inkluża dispożizzjoni għall-appelli f'każijiet meta l-aċċess għad-dokumenti ikun ġie rifjutat.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru. 1406/2002 għandu għalhekk jigi emendat skond hekk,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru. 1406/2002 huwa permezz ta' dan ir-Regolament emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 4:

(a) Il-paragrafu 1 gϋandu jkun sostitwit b' dan li ġej:

"1. Ir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [8] ghandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.";

(b) Il-paragrafu 3 se jkun sostitwit b' dan li ġej:

"3. Il-Bord Amministrattiv gϋandu jaddotta l-arranġamenti prattiċi biex ikun implimentat ir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru. 1644/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1406/2002 li jistabilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima [9].";

(ċ) Il-paragrafu li ġej gϋandu jkun miżjud:

"5. Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija b'mod konformi ma' l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' ilment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, skond l-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat tal-KE rispettivament.";

2. L-Artikolu 10(2)(b) gϋandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

"(b) għandu jaddotta r-rapport annwali fuq l-attivitajiet ta' l-Aġenzija u jgħaddih l-iktar tard sal-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Istati Membri.

Kull sena l-Aġenzija ghandha tgħaddi kull informazzjoni li tkun rilevanti għar-riżultati tal-proċeduri tal-kalkoli lill-awtorità tal-budget";

3. fl-Artikolu 18:

(a) Il-paragrafi (3), (4), (5) u (6) għandhom jkunu sostitwiti b' dan li ġej:

"3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni ta' estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija għas-sena ta' wara u għandu jgħaddiha lill-Bord Amministrattiv, flimkien ma' abbozz bil-pjan ta' stabbiliment.

4. Id-dħul u l-infiq se jkunu f'bilanċ.

5. Kull sena l-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi ta' abbozz bid-dikjarazzjoni ta' estimi tad-dħul u l-infiq, gϋandu jipproduċi dikjarazzjoni ta' l-estimi tad-dħul u l-infiq għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara.

6. Din id-dikjarazzjoni ta' l-estimi, li għandha tinkludi abbozz bi pjan ta' stabbiliment flimkien mal-programm ta' ħidma proviżorju, ghandha tintbagħat mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni u lill-Istati li magħhom il-Komunità ikkonkludiet ftehim skond l-Artikolu 17."

(b) il-paragrafi li ġejjin gϋandhom jiż diedu:

"7. Id-dikjarazzjoni ta' l-estimi ghandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn "il quddiem imsejjah l-awtorità tal-budget) flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea."

8. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta' l-estimi, il-Kummissjoni gϋandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-estimi li tqis neċessarji għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont ta' sussidju li se jkun mitlub mill-budget ġenerali, li se tressaq quddiem l-awtorità tal-budget skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

9. L-awtorità tal-budget għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija.

L-awtorità tal-budget għandha taddotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.

10. Il-budget għandu jkun addottat mill-Bord Amministrattiv. Dan gϋandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm bżonn, se jkun aġġustat skond hekk.

11. Il-Bord Amministrattiv gϋandu jinnotifika, malajr kemm jista' jkun, lill-awtorità tal-budget dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta xi proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-fondi tal-budget, b'mod partikolari kull proġett relatat ma' proprjeta' bħall-kiri u x-xiri tal-bini. Il-Bord se jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta fergħa ta' l-awtorità tal-budget tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, din ghandha tgħaddi l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.';"

4. L-Artikolu 19 ghandu jigi sostitwit b'dan li ġej,

"L-Artikolu 19

Implimentazzjoni u kontroll tal-budget

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplementa l-budgetta' l-Aġenzija.

2. Sa mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-accounting officer ta' l-Aġenzija ghandu jikkomunika l-accounts proviżorji l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport fuq it-tmexxija tal-budget u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-l-uffiċjal tal-kontijiettal-Kummissjoni gϋandu jikkonsolida l-kontijietproviżorji ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

3. Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni gϋandu jgħaddi l-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport fuq it-tmexxija tal-budget u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport fuq it-tmexxija tal-budget u finanzjarja għas-sena finanzjarja għandu jkun mibgħut ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Meta jiġu rċevuti l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri fuq il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija, skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija taħt ir-responsabbilta' tiegħu u jissottomettihom lill-Bord Amministrattiv sabiex tinghata opinjoni.

5. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti opinjoni fuq il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija.

6. Id-Direttur Eżekuttiv ghandu jibghat, sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv.

7. Il-kontijiet finali ghandhom jigu ppubblikati.

8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tiegħu sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru. Gϋandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord Amministrattiv.

9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill Parlament Ewropew jekk ikun mitlub minnhu, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-applikazzjoni bla problemi tal-proċedura tal-ħlas lura ta' djun u rbit finanzjarju ieħor għas-sena finanzjarja ttrattata, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill permezz ta' maġġoranza kwalifikata, ghandu jagħti, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, ħlas lura ta' djun u rbit finanzjarju ieħor lid-Direttur Eżekuttiv għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-budget għas-sena N.";

5. L-Artikolu 21 għandu jkun sostitwit b' dan li ġej:

"L-Artikolu 21

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija ghandhom jigu addottati mill-Bord Amministrattiv wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Dawn għandhom ikunu konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru. 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 fuq il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [10] ħlief meta diverġenza ta' dan it-tip ma' tkunx speċifikament mitluba għall-ħidma ta' l-Aġenzija u meta l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Lulju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] ĠU C 331 E, tal-31.12.2002, p. 87.

[2] ĠU C 285, tal-21.11.2002, p. 4.

[3] ĠU C 85, tat-8.4.2003, p. 64.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Lulju 2003.

[5] ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 1.

[6] ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1; corrigendum fil-ĠU L 25, tat-30.1.2003, p. 43).

[7] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.

[8] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p.43.

[9] ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 10.

[10] ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72; corrigendum f'ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.

--------------------------------------------------

Top