EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0031

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2002 li tistabilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għad-deterġenti tal-magni għall-ħasil tal-platti u li temenda d-Deċiżjoni 1999/427/KE (notifikata taħt dokument numru K(2002) 4632)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 9, 15.1.2003, p. 11–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/04/2011; Imħassar b' 32011D0263

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/31(1)/oj

32003D0031



Official Journal L 009 , 15/01/2003 P. 0011 - 0025


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' Novembru 2002

li tistabilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għad-deterġenti tal-magni għall-ħasil tal-platti u li temenda d-Deċiżjoni 1999/427/KE

(notifikata taħt dokument numru K(2002) 4632)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2003/31/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema riveduta ta' l-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja [1], u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1) Taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-eko-tikketta tal-Komunità tista' tingħata lill-prodott li jippossiedi karatteristiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi b'mod sinjifikanti għal titjib b'relazzjoni ma' aspetti prinċipali ambjentali.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li kriterji speċifiċi għall-eko-tikketta għandhom jiġu stabbiliti skond gruppi ta' prodotti.

(3) Jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji ta' l-eko-tikketta, kif ukoll l-istima u l-verifikazzjoni tal-ħtiġiet relatati mal-kriterji, għandhom iseħħu fi żmien biżżejjed qabel qabel it-tmiem tal-perjodu ta' validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta' prodotti.

(4) Huwa xieraq li jiġu riveduti l-kriterji ekoloġiċi li kienu stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/427/KE tat-28 ta' Mejju 1999 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għad-deterġenti tal-magni li jaħslu l-platti [2], sabiex jirriflettu l-iżviluppi fis-suq. Fl-istess waqt, il-perjodu ta' validità ta' dik id-Deċiżjoni kif estiża bid-Deċiżjoni 2002/173/KE [3] u d-definizzjonijiet tal-gruppi tal-prodotti għandhom jiġu modifikati.

(5) Deċiżjoni ġdida għandha tiġi adottata li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi ekoloġiċi għal dan il-grupp ta' prodotti, li għandha tkun valida għall-perjodu ta' ħames snin.

(6) Huwa xieraq li, għal perjodu limitat ta' mhux aktar minn 18-il xahar, kemm il-kriterji l-ġodda u l-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni 1999/427/KE għandhom ikun validi flimkien, sabiex jingħata żmien biżżejjed biex il-kumpaniji li kienu ingħataw jew kienu applikaw biex jingħataw l-eko-tikketta għall-prodotti tagħhom qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li jadattaw dawk il-prodotti biex jikkonformaw mal-kriterji l-ġodda.

(7) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma bbażati fuq abbozz ta' kriterji żviluppati mill-Bord ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-ittikkettjar ekoloġiku stabbilit taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000.

(8) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat istitwit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Sabiex jingħata l-eko-tikketta tal-Komunità taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, deterġent tal-magni li jaħslu l-platti għandu jaqa' fil-grupp ta' prodotti "deterġenti għall-magni li jaħslu l-platti" kif definit fl-Artikolu 2, u għandu jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi preskritti fl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-grupp ta' prodotti "deterġenti għall-magni li jaħslu l-platti" għandu jikkomprendi d-deterġenti kollha maħsuba għal użu esklussivament f'magni li jaħslu l-platti awtomatiċi domestiċi u d-deterġenti kollha maħsuba għal użu f'magni awtomatiċi li jaħslu l-platti mħaddma minn utenti professjonali iżda simili għal magni li jaħslu l-platti awtomatiċi domestiċi f'termini ta' daqs tal-magna u użu.

Artikolu 3

Għal għanijiet amministrattivi in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti "deterġenti għall-magni li jaħslu l-platti" għandu jkun "015".

Artikolu 4

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/427/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 3

Id-definizzjoni tal-grupp tal-prodotti u l-kriterji ekoloġiċi għal-grupp tal-prodotti għandha tkun valida sal-31 ta' Mejju 2004."

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2007.

Produtturi ta' prodotti li jaqgħu fil-grupp ta' prodotti "deterġenti għall-magni li jaħslu l-platti" li jkunu diġà ingħataw l-eko-tikketta qabel l-1 ta' Jannar 2003 jistgħu jkomplu jużaw dik it-tikketta sal-31 ta' Mejju 2004.

Produtturi ta' prodotti li jaqgħu fil-grupp ta' prodotti "deterġenti għall-magni li jaħslu l-platti" li jkunu diġà applikaw għall-eko-tikketta qabel l-1 ta' Jannar 2003 jistgħu jingħataw l-eko-tikketta taħt it-termini tad-Deċiżjoni 1999/427/KE. F'dawn il-każi t-tikketta tista' tintuża sal-31 ta' Mejju 2004,

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,

fid-29 ta' Novembru 2002.

Għall-KUMMISSJONI

Margot Wallström

Membru tal-KUMMISSJONI

[1] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 1.

[2] ĠU L 167, tat-2.7.1999, p. 38.

[3] ĠU L 56, tas-27.2.2002, p. 33.

--------------------------------------------------

ANNESS

QAFAS

Il-miri tal-kriterji

Dawn il-kriterji jimmiraw b’mod partikolari li jippromwovu:

- it-tnaqqsi tat-tniġġiż ta’ l-ilma kemm billi titnaqqas il-kwantità ta’ deterġent użata u billi tiġi limitata –kwantità ta’ ingredjenti li jagħmlu l-ħsara,

- tnaqqis fl-użu ta’ enerġija billi jiġu promossi deterġenti ta’ temperatura baxxa,

- it-tnaqqis ta’ fdal billi jitnaqqas l-ammont ta’ pakkeġġar primarju.

B’żieda, l-kriterji jtejjbu l-konsapevolezza ambjentali tal-konsumaturi. Il-kriterji huma ffissati f’livelli li jippromwovu t-tikkettjar ta’ deterġenti għall-magni li jaħslu l-platti li jkollhom impatt ambjentali baxx.

Stima u ħtiġiet ta’ verifikazzjoni

L-istima speċifika u l-ħtiġiet ta’ verifikazzjoni huma ndikati f’kull kriterju.

Fejn l-applikant huma meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew xi evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, huwa miftiehem li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-provditur/i tiegħu u/jew il-provditur/i tagħhom, eċċetra, kif xieraq.

Fejn possibbli, l-ittestjar għndu jitwettaq minn laboratorji li jikkonformaw mal-ħtiġiet ġenerali ta’ EN OSI 17025 jew ekwivalenti.

Fejn xieraq, il-metodi tat-test barra minn dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk il-korp kompetenti li jistma l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazzjoni ta’ sostenn u jistgħu jwettqu verifikazzjonijiet indipendenti.

Fejn xieraq, l-applikant jista’ jużu reviżjonijiet sussegwenti tad-Datatbase ta’ l-Ingredjenti tad-Deterġenti hekk kif issir disponibbli.

Il-korpi kompetenti huma rakkomandati li jagħtu kont ta’ l-implimentazzjoni ta’ skemi rikonoxxuti ambjentali ta’ l-immaniġġar, bħal EMAS jew OSI14001, meta jistmaw applikazzjonijiet jew jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji (nota: mhux meħtieġ li jiġu mplimentati dawk l-iskemi ta’ mmaniġġar.).

Unità funzjonali u doża ta’ referenza

L-unità funzjonali, li għaliha id-dħul u l-ħruġ għandhom ikunu relatati, għandha tkun il-kwantità tal-prodott meħtieġa biex taħsel tnax-il sett bi ħmieġ standard (kif definit b’ DIN jew standards OSI). Id-doża rakkomandata mill-manifattur lill-konsumaturi għal dixxijiet bi ħmieġ normali u tnax-il sett hija meħuda bħala d-doża ta’ referenza taħt kondizzjonijiet standard, kif preskritta fit-test tat-twettieq tal-ħasil IKW imsemmi fil-kriterju 6.

KRITERJI

1. Tabella matriċi ambjentali

Il-ħames parametri li ġejjin huma inkludi f’matriċi ambjentali u huma aggregati u stmati fl-intier tagħhom kif presentat hawn taħt:

- total tal-kemikali

- volum kritiku mgħammed, tossiċità (CDVtox),

- fosfati (espressi bħala sodium tripolyphosphate - STPP ),

- organiċi erobiċi mhux bio-degradibbli (aNBDO),

- organiċi anerobiċi mhux bio-degradibbli (anNBDO).

It-tabella li ġejja tagħti sommarju ta’ dawn il-parametri u l-i scoring relatat, l-ostakoli tagħhom ta’ esklussjoni u l-fatturi tal-piżijiet tagħhom. Il-formoli biex jiġi kalkolat l-iscore għal kull parametru u l-ostakoli ta’ esklussjonihuma dettaljati hawn taħt fil-punti (a) sa (f). Il-parametri huma kalkolati għal kull ingredjent billi tiġi konsidrata d-doża għal kull ħasla, il-kontenut ta’ l-ilma u l-perċentwali tal-massa fil-formulazzjoni u huma miżjuda għal kull formulazzjoni tal-prodott.

Nota:

Il-valuri kollha huma espressi g/kull ħasla, ħlief CDVtox li huwa espress f’l/kull ħasla.

Tabella matriċi ambjentali |

Parametru | Score | Eskluż l-ostakolu | Fattur tal-piż |

4 | 3 | 2 | 1 |

Kemikali totali | 16,5 | 18 | 19,5 | 21 | 22,5 | 3 |

volum kritiku ta’ tgħammid | 60 | 120 | 180 | | 200 | 8 |

Fosfati (bħala STPP ) | 0 | 2,5 | 5 | 7,5 | 10 | 2 |

organiċi erobikament mhux bio-degradabbli | 0 | 0,25 | 0,5 | 0,75 | 1 | 1 |

Organiċi anerobikament mhux bio-degradabbli | 0 | 0,05 | 0,10 | 0,15 | 0,2 | 1,5 |

Score minimu meħtieġ | 30 |

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta, inkluża d-deskrizzjoni kimika eżatta ta’ l-ingredjenti (eżempju identifikazzjoni skond UIKPA, CAS No, ssomma u formoli strutturali, purità, tip u perċentwali ta’ impuritajiet, additivi; għal taħlitiet, per eżempju surfactants: In-numru DID, il-komposizzjoni u l-ispectrum tal-homologues ta’ distribuzzjoni, isomeri u ismijiet tan-negozju); evidenza analitika tal-komposizzjoni tas-surfactants, u t-tunellaġġ eżatt ta’ prodott li jitqiegħed fis-suq (rapportar fl-1 ta’ Marzu, relatat mas-sena ta’ qabel).

(a) Tossiċita għal organiżmi akwatiċi

It-tossiċità kritika ta’ diluzzjoni skond il-volum (CDVtox) hija kalkolata għal kull ingredjent (i) bl-użu ta’ l-ekwazzjoni li ġejja:

CDV

=

· 1000

fejn il-piż (i) huwa l-piż ta’ l-ingredjent għal kull doża rakkomandata, LF huwa l-fattur tat-tagħbija u LTE hija l-konċentrazzjoni ta’ l-effett ta’ tossiċità f’tul ta’ żmien ta’ l-ingredjent. Is-CDVtox huwa sommat għal kull ingredjent (i), li jagħmel is-CDVtox għall-prodott:

CDVtox = Σ CDVtox (ingredjent i)

CDVtox għandu jkun ≤ = 200 l/kull ħasla.

Score (CDVtox) = (5 - (CDVtox/60)) x 8

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta lill-Korp Kompetenti, flimkien mad-dettalji tal-kalkolazzjonijiet tas-CDVtox u l-i score relatat. Għall-ingredjenti kollha inklużi fid-Database ta’ l-Ingredjenti tad-Deterġent (lista DID, ara l-Anness IA), il-valuri relevanti mogħtija fil-lista DID għandhom jintużaw, u n-numru li jikkorrispondi ta’ l-ingredjent għandu jingħata. Fil-każ ta’ kimiċi ġodda jew ingredjenti addizzjonali, li m’humiex elenkati fil-lista DID l-attitudni deskritta fl-Appendiċi LB għandha tiġi segwita.

(b) Kimiċi totali

Kimiċi totali, fi g/kull ħasla, u doża rakkomandata mnaqqsa bil-kontenut ta’ ilma.

It-total tal-kimiċi għandu jkun ≤ = 22,5 g/kull ħasla.

Score (Kimiċi totali) = (15 - (Kimiċi totali/1,5)) x 3

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta lill-korp kompetenti, flimkien tad-dettalji tal-kalkolazzjonijiet tat-total tal-kimiċi u l-i score relatat.

(ċ) Fosfati (bħala STPP - sodium tripolyphosphate)

Il-fosfati huma l-kwanità ta’ fosfati fil-formulazzjoni kalkolati bħala STPP .

Il-fosfati għandhom ikunu ≤ = 10 g/kull ħasla.

Score (Fosfati) = (4 - (Fosfati/2,5)) x 2

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta lill-Korp Kompetenti, flimkien mad-dettalji tal-kalkolazzjonijiet tal-fosfat u l-i score relatat.

(d) Organiċi erobikament mhux bio-degradabbli (aNBDO)

Organiċi erobikament mhux bio-degradabbli huwa l-piż kull ħasla, fi g/kull ħasla, ta’ l-ingredjenti orġaniċi kollha li huma erobikament mhux bio-degradabbli (ara l-lista DID).

aNBDO għandha tkun ≤ = 1 g/kull ħasla

Score(aNBDO) = 4 - (aNBDO/0,25)

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tkun provduta lill-korp kompetenti, flimkien mad-dettalji tal-kalkolazzjonijiet aNBDO u l-i score relatat. Għall-ingredjenti kollha nklużi fil-lista DID (L-Anness IA), it-tagħrif relevanti mogħti fil-lista DID għandu jiġi wżat. Għal ingredjenti li m’humiex inklużi fil-lista DID, l-informazzjoni relevanti minn letteratura jew sorsi oħra, jew riżultati adattati tat-test, li juri li huma erobikament bio-degradibbli għandha tiġi provduta. It-testijiet għal biodegradabilità lesta għandhom ikunu kif imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw mal-klassifikazzjoni, pakkeġġar u tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi [1], u l-emendi sussegwenti tagħha, b’mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4, jew il-metodi tat-test ekwivalenti tagħhom UIKPA 301 A-F, jew it-testijiet ekwivalenti tagħhom OSI. Il-prinċipju tieqa ta’ għaxart ijiem m’għandux japplika. Il-livelli li jgaħddu għandhom ikunu ta’ 70 % għal testijiet imsemmija fl-Anness V.C4-A u C4-B tad-Direttiva 67/548/KEE (u t-testijiet ekwivalenti tagħhom UIKPA 301 A u E u l-ekwivalenti OSI), u għandhom ikunu 60 % għat-testijiet C4-C, D, E u F (u t-testijiet ekwivalenti tagħhom UIKPA 301 B, C, D u F u l-ekwivalenti OSI).

(e) Organiċi anerobikament mhux bio-degradabbli (anNBDO)

Organiċi anerobikament mhux bio-degradabbli huwa l-piż kull ħasla, fi g/kull ħasla, ta’ l-ingredjenti organiċi kollha li huma anerobikament mhux degradabblili jużaw ilk-fatturi ta’ korrezzjoni rispettivi (ara l-lista DID).

anNBDO għandu jkun ≤ = 0,2 g/kull ħasla.

Score(anNBDO) = (4 - (anNBDO/0,05)) x 1,5

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta lill-Korp Kompetenti, flimkien tad-dettalji tal-kalkolazzjonijiet anNBDO u l-i score relatat. Għall-ingredjenti kollha nklużi fil-lista DID (L-Anness IA), it-tagħrif relevanti mogħti fil-lista DID għandu jiġi wżat. Għall-ingredjenti li m’humiex inkużi fil-lista DID, l-informazzjoni relevanti minn letteratura jew sorsi oħra, jew ir-riżultati adattati tat-test, li juri li huma anerobikament biodegradabbli għandha tiġi provduta. It-test ta’ referenza għal degradabilità anerobika għandu jkun OSI 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988) jew metodu ta’ test ekwivalenti, bil-ħtieġa ta’ 60 % degradabilità aħħarija taħt kondizzjonijiet anerobiċi. Medtodu tat-test li jissimulaw il-kondizzjonijiet f’ambjent relevanti anerobiku jistgħu wkoll jintużaw biex jiddokumentaw li 60 % tad-degradabilità aħħarija tkun inkisbet taħt kondizzjonijiet anerobiċi (ara Appendiċi IC).

(f) Score totali

Is-somma ta’ l-I score (CDVtox) + Score (kimiċi totali) + Score (Fosfati) + Score (aNBDO) + Score (anNBDO) għandha tkun ≥ = 30.

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tkun provduta lill-Korp Kompetenti, flimkien mad-dettalji tal-kalkolazzjonijiet totali ta’ l-i score.

2. Biodegradabilità ta’ surfactants

(a) Biodegradabilità erobika lesta

Kull surfactant użat fil-prodott għandu jkun biodegradabbli malajr.

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta għandha tkun provduta lill-korp kompetenti. Il-lista DID (ara Appendiċi IA) tindika jekk surfactant speċifiku huwiex erobikament biodegradabbli jew le (jiġifieri dawk li jkollhom daħla ta’ "Y" fil-kolonna dwar il-bio-degradabilità erobika m’għandhomx jintużaw). Għal surfactants li m’humiex inklużi fil-lista DID, l-informazzjoni relevanti minn letteratura jew sorsi oħra, jew ir-riżultati adattati tat-test, li turi li huma erobikament biodegradabbli għandha tiġi provduta. It-testijiet għal biodegradabilità lesta għandhom ikunu kif imsemmija fid-Direttiva 67/548/KEE, u l-emendi sussegwenti tagħha, b’mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4, jew il-metodi tat-testijiet ekwivalenti tagħhm UIKPA 301 A-F, jew it-testijiet ekwivalenti OSI. Il-prinċipju tieqa ta’ għaxart ijiem m’għandux japplika. Il-livelli li jgħaddu għandhom ikunu ta’ 70 % għal testijiet imsemmija fl-Anness V.C4-A u C4-B tad-Direttiva 67/548/KEE (u t-testijiet ekwivalenti tagħhom UIKPA 301 A u E u l-ekwivalenti OSI), u għandhom ikunu 60 % għat-testijiet C4-C, D, E u F (u t-testijiet ekwivalenti tagħhom UIKPA 301 B, C, D u F u l-ekwivalenti OSI).

(b) Biodegradabilità anerobika

Kull surfactant użat fil-prodott għandu jkun anerobikament biodegradabbli.

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta. Il-lista DID (ara Appendiċi IA) tindika jekk surfactant speċifiku ikunx anerobikament biodegradabbli jew le (jiġifieri dawk li jkollhom id-daħla "Y" fil-kolonna dwar il-biodegradabilità anerobika m’għandhomx jintużaw). Għal surfactants li m’humiex inklużi fil-lista DID, l-informazzjoni relevanti minn letteratura jew sorsi oħra, jew ir-riżultati adattati tat-test, li juri li huma anerobikament biodegradabbli għandha tiġi provduta. It-test ta’ referenza għad-degradabilità anerobika għandu jkun OSI 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988) jew metodu ta’ test ekwivalenti, bil-ħtieġa ta’ 60 % ta’ degradabilità aħħarija taħt kondizzjonijiet anerobiċi. Medtodu tat-test li jissimulaw il-kondizzjonijiet f’ambjent relevanti anerobiku jistgħu wkoll jintużaw biex jiddokumentaw li 60 % tad-degradabilità aħħarija tkun inkisbet taħt kondizzjonijiet anerobiċi (ara Appendiċi IC).

3. Sustanzi jew preparazzjonijiet perikolużi, riskjużi jew tossiċi

(a) Ebda ingredjent m’għandu jiġi nkluż fi prodott li, fiż-żmien ta’ l-applikazzjoni, ikun jew jista’ jiġi assenjat xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew kombinazzjoni tagħhom):

R40 (evidenza limitata ta’ effett karċinoġeniku)

R45 (jista’ jikkawża l-kanċer)

R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tintiret)

R49 (jista’ jikkawża l-kanċer meta jinġibed ġol-pulmuni)

R50-53 (tossiku ħafna għall-organiżmi akwatiċi u jista’ jikkawża effetti kuntrarji fit-tul fl-ambjent akwatiku)

R51-53 (tossiku għall-organiżmi akwatiċi u jista’ jikkawża effetti kuntrarji fit-tul fl-ambjent akwatiku)

R60 (jista’ jfixkel il-fertilità)

R61 (jista’ jikkawża ħsara lit-tarbija mhux imwielda)

R62 (riskju possibbli ta’ tfixkil fil-fertilità)

R63 (riskju possibbli ta’ħsara għal tarbija mhux imwielda)

R64 (jista’ jikkawża ħsara għal trabri li jerdgħu)

R68 (riskji possibbli ta’ effetti irriversibbli)

kif preskritt fid-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi sussegwenti tagħha, jew fid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-31 ta’ Mejju 1999 li tikkonċerna l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Isati Membri li jirrelataw mal-klassifikazzjoni, pakkeġġar u tikkettjar ta’ preparazzjonijiet perikolużi

[2]

, u l-emedi sussegwenti tagħha.

Kull ingredjent ta’ xi preparazzjoni wżat fil-formulazzjoni li teċċedi 0,01 % skond il-piż tal-prodott finali għandu wkoll iħares din il-ħtieġa.

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta lill-korp kompetenti, fliemkien ma’ kopji tal-folji tad-data dwar is-sigurezza tal-materjal ta’ kull ingredjent u dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Ir-riżultati tat-test jew referenzi għal data ippublikata għandhom jingħataw.

(b) Ebda preservattivi m’għandhom jintużaw li huma jew jistgħu jiġu klassifikati bħala R50-53, kif preskritt fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE u l-emendi sussegwenti tagħha, ikunu x’ikun l-ammont tagħhom.

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tkun provduta lill-korp kompetenti, flimkien ma’ kopji tal-folji tad-data dwar il-materjal ta’ sigurezza għal dawk l-ingredjenti (sew jekk sustanzi jew preparazzjonijiet) u dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Ir-riżultati tat-test jew referenzi għal data ippublikata għandhom jingħataw.

(ċ) APEOs, APDs, EDTA, NTA

L-ingredjenti li ġejjin m’għandhomx ikunu nklużi fil-prodott, sew bħala parti tal-formulazzjoni jew bħala parti ta’ xi preparazzjoni nkluża fil-formulazzjoni:

- alkylphenolethoxylates (APEOs) jew derivattivi oħra alkyl phenol (APDs).

- EDTA (ethylene-diamine-tetra-acetate)

- NTA (nitrilotriacetate)

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tkun provduta lill-korp kompetenti, flimkien ma’ dikjarazzjoni dwar l-assenza ta’ dawn il-kimiċi komposti.

(d) Fosfonati

Il-kwantità ta’ fosfonati li m’humiex biodegradabbli malajr (erobikament) m’għandhiex teċċedi ż-0,2 g/kull ħasla.

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tkun provduta lill-korp kompetenti, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

4. Fwejjaħ

(a) Nitromusks u polycyclic musks.

Nitromusks u polycyclic musks m’għandhomx ikunu nklużi fil-prodott, sew bħala parti tal-formulazzjoni jew bħala parti ta’ xi preparazzjoni nkluża fil-formulazzjoni. Dan jikkonċerna, fost ħwejjeġ oħra, dan li ġej:

musk xylene: | 5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene |

musk ambrette: | 4-tert-butyl-3-methoxy-2,6-dinitrotoluene |

moskene: | 1,1,3,3,5-pentamethyl-4,6-dinitroindan |

musk tibetine: | 1-tert-butyl-3,4,5-trimethyl-2,6-dinitrobenzene |

musk ketone: | 4 -tert-butyl-2,6 -dimethyl-3,5 -dinitroacetaphenone |

HHCB: | 1,3,4,6,7,8-Hexahydro-4,6,6,7,8,8-hexamethylcyclopenta(g)-2-benzopyran |

AHTN: | 6-Acetyl-1,1,2,4,4,7-hexamethyltetralin |

(b) Kodiċi ta’ prattika

Kull ingredjent miżjud mal-prodott bħala fwieħa għandu jkun ġie manifatturat u/jew itrattat billi jsegwi l-kodiċi ta’ prattika ta’ l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwieħa..

Stima u verifikazzjoni: Il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta lill-korp kompetenti, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull taqsima (a) u (b) ta’ dan il-kriterju.

5. Pakkeġġar

(a) L-ippakkeġġar primarju m’għandux jeċċedi 2,5 grammi għal kull unità funzjonali.

(b) Pakkeġġar primarju tal-kartun għandu jikkonsisti fi ≥ = 80 % ta’ materjal riċiklat.

(ċ) Pakkeġġar primarju tal-plastik għandu jkun tikkettjat skond OSI 1043.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jissupplixxi lill-korp kompetenti li jistma l-applikazzjoni b’kampjun ta’ l-ippakkeġġar. Kalkolazzjoni tal-kwantità ta’ pakkeġġar primarju u dikjarazzjoni fir-rigward tal-perċentwali ta’ materjal riċiklat f’pakkeġġar tal-kartun għandha tintbagħat lill-korp kompetenti.

6. Esekuzzjoni tal-ħasil

Il-prodott għandu jkollu esekuzzjoni sodisfaċenti tal-ħasil fid-doża rakkomandata skond it-test standard żviluppat mill-IKW jew l-EN 50242 (modifikat kif muri hawn taħt).

It-testijiet għandhom jitwettqu f’55 °C jew f’temperatura aktar baxxa.

Stima u verifikazzjoni: Ir-rapport tat-test għandu jintbagħat lill-korp kompetenti. Test li ma jkunx test IKW jew il-verżjoni modifikata ta’ EN 50242 jista’ jintuża jekk il-korp kompetenti li jistma l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tiegħu.

If EN 50242: 1998 jintuża, il-modifikazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: It-tewstijiet għandhom jitwettqu f’55 °C ± 2 °C b’ħasla kiesħa minn qabel mingħajr deterġent; il-magna wżata fit-test għandha tkun imqabbda ma’ ilma kiesaħ u għandha żżomm 12-il sett b’indiċi tal-ħasil ta’ bejn 3,35 and 3,75; il-programm ta’ tnixxif tal-magna għandu jintuża, iżda l-indafa biss tad-dixxijiet għandha tiġi stmata; aġent aċidiku dgħajjef tat-tlaħliħ skond l-i standard (formula III) għandu jintuża; l-issettjar ta’ l-aġent tat-tlaħliħ għandu jkun bejn 2 u 3; id-doża tad-deterġent tal-magna tal-ħasil tal-platti għandha tkun kif rakkomandata mill-manifattur; għandhom jitwettqu tlett provi bilma li ma jigħax minħabba l-kontenut tal-melħ skond l-i standard; prova tikkonsisti f’ħames ħasliet fejn ir-riżultat jinqara wara l-ħġames ħasla mingħajr ma jinħaslu d-dixxijiet bejn il-ħasliet; ir-riżultat għandu jkun aħjar minn jew identiku għad-deterġent ta’ referenza wara l-ħames ħasla; riċetta għad-deterġent ta’ referenza (Deterġent B I EC 436) u aġent tat-tlaħliħ (formula III), ara Appendiċi B fl-i standard EN 50242: 1998 (it-tensidi għandhom jinħażnu f’post frisk f’kontenituri li ma jagħmlux ilma li ma jeċċedux il-kilogramma u għandhom jintużaw fi żmien tlett xhur).

7. Purità ta’ l-enzimi

Il-mikro-organiżmu ta’ produzzjoni ta’ l-enżimi għandu jkun assenti mill-preparazzjoni finali ta’ l-enżimi.

Stima u verifikazzjoni: Rapport tat-test jew ċertifikat mill-produttur ta’l-enżimi għandu jiġi provdut lill-korp kompetenti.

8. Informazzjoni għall-konsumatur

(a) Informazzjoni dwar il-pakkeġġar

It-test li ġej (jew ekwivalenti) għandu jidher fuq jew fil-prodott:

"Dan id-deterġent bl-eko-tikketta jaħdem tajjeb f’temperaturi baxxi [5] L-applikant għandu jdaħħal hawn it-temperatura rakkomandata jew firxa ta’ temperaturi li m’għandhomx jeċċedu 55 °C.. Għażel ċikli tal-ħasil b’temperatura baxxa fuq il-magna tal-ħasil tal-platti u teċċedix id-doża rakkomandata. Dan jimminimizza kemm l-enerġija u l-konsum ta’ l-ilma u jnaqqas it-tniġġiż ta’ l-ilma.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Fjura:

http://europa.eu.int/ecolabel."

(b) Struzzjonijiet tad-doża

L-istruzzjonijiet tad-doża għandhom jidhru fuq il-pakketti tal-prodott. Id-dożi rakkomandati għandhom ikunu speċifikat għal dixxijiet bi ħmieġ "normali" u "ħafna", u għall-firxiet ta’ ilma li ma jirgħax minħabba l-melħ adattati għall-fejn il-prodott huwa marketed. L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw dwar kif għandu jsir l-aħjar użu tal-prodott skond il-ħmieġ.

L-applikant għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jgħin lill-konsumatur jirrispetta d-doża rakkomandata, per eżempju billi jagħmel disponibbli apparat tad-doża (għal prodotti f’forma ta’ trab jew f’forma likwida), u/jew billi jindika d-doża rakkomandata ta’ l-anqas f’ml (għal prodotti f’forma ta’ tarb jew f’forma likwida). Għandha tidher rakkomandazzjoni fuq il-pakkett biex il-konsumaturi jikkuntattjaw lill-rovditur ta’ l-ilma tagħhom jew l-awtorità lokali biex isibu l-grad ta’ ebusija ta’ l-ilma tal-vit tagħhom.

(ċ) Informazzjoni u tikkettjar ta’ l-ingredjenti

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 89/542/KEE tat-13 ta’ Settembru 1989 li tikkonċerna t-tikkettjar ta’ deterġenti u aġenti tad-tindif [4] għandha tiġi applikata u l-gruppi ta’ ingredjenti li ġejjin għandhom ikunu tikkettjati:

Enżimi: | indikazzjoni tat-tip ta’ enżimi |

Aġenti ta’ preservazzjoni: | karatterizzazzjoni u tikkettjar skond UIKPA (Unjoni Internazzjonali to Kemistrija Pura u Applikata) nomenklatura. |

Jekk il-prodottmikun fiħ il-fwieħa, dan għandu jiġi indikat fuq il-pakkett.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi kampjun ta’ l-ippakkeġġar tal-prodott flimkiem ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull taqsima (a), (b) u (ċ) ta’ dan il-kriterju.

9. Informazzjoni li tidher fuq it-tikketta eko

Il-kaxxa 2 ta’ l-eko-tikketta għandu jkun fiha t-test li ġej

"— jgħin biex jitnaqqas it-tniġġiż ta’ l-ilma,

— jgħin biex jitnaqqas il-pakkeġġar."

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti li jistma l-applikazzjoni b’kampjun ta’ l-ippakkeġġar tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

[1] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1.

[2] ĠU L 200, tat-30.7.1999, p. 1.

[4] ĠU L 291, ta’ l-10.10.1989, p. 55.

--------------------------------------------------

Top