EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D0673

Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ [2015/673]

ĠU L 110, 29.4.2015, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/673/oj

29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/40


DEĊIŻJONI Nru 3/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

tas-16 ta' Diċembru 2014

dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ [2015/673]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 436(3) u l-Artikolu 438(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati proviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 434(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni huwa responsabbli għas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 438(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat li għandu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(4)

Skont l-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jilħaq konfigurazzjoni speċifika biex jindirizza l-kwistjonijiet kollha relatati mat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u f'waqtha tal-parti tal-Ftehim relatata maż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim li jirrelataw mal-Kapitoli 1, 3, 5, 6 u 8 tat-Titlu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, safejn ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika f'dawk il-Kapitoli relatata mal-aġġornament jew l-emendar ta' dawk l-Annessi.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu b'dan jiddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim li jirrelataw mal-Kapitoli 1, 3, 5, 6 u 8 tat-Titlu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, safejn ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika f'dawk il-Kapitoli relatata mal-aġġornament jew l-emendar ta' dawk l-Annessi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.


Top