EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0028

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2012 tal- 10 ta’ Frar 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 161, 21.6.2012, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/28(2)/oj

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 28/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2008/1/KE tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (4) li hija inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentament għandha tiġi rrevokata mill-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jiddaħħal fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE):

“—

32003 L 0035: Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 (Edizzjoni Speċjali tal-ĠU bil-Malti: Kapitolu 15 Volum 07 pp. 466-473).”

2.

It-test fil-punt 1f (id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32008 L 0001: Id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8).

L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi ta’ mal-Att tal-Adeżjoni tas-16 ta’ April 2003 tal-Islovakkja (l-Anness XIV, il-Kapitolu 9, it-Taqsima D, il-punt 2) dwar id-Direttiva 96/61/KE japplikaw mutatis mutandis.

L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi ta’ mal-Att tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005 jew, skont x’ikun il-każ, ta’ mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005 tal-Bulgarija (l-Anness VI, il-Kapitolu 10, it-Taqsima D, il-punt 1) u tar-Rumanija (l-Anness VII, il-Kapitolu 9, it-Taqsima D, il-punt 1) dwar id-Direttiva 96/61/KE japplikaw mutatis mutandis.”

3.

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 1jb (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/442/KE):

“1k.

32003 L 0035: Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE (Edizzjoni Speċjali tal-ĠU bil-Malti: Kapitolu 15 Volum 07 pp. 466-473).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2003/35/KE u 2008/1/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 76, 15.3.2012, p. 45.

(2)  Edizzjoni Speċjali tal-ĠU bil-Malti: Kapitolu 15 Volum 07 pp. 466-473.

(3)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(4)  Edizzjoni Speċjali tal-ĠU bil-Malti: Kapitolu 15 Volum 03 pp. 80-94.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


Dikjarazzjoni Konġunta min-naħa tal-Partijiet Kontraenti għad-Deċiżjoni Nru 28/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 li tinkorpora d-Direttivi 2003/35/KE u 2008/1/KE fil-Ftehim

“L-inkorporazzjoni tad-Direttivi 2003/35/KE u 2008/1/KE fil-Ftehim dwar iż-ŻEE tkun bla ħsara għall-opinjoni li r-regoli proċedurali ċivili ma jagħmlux parti mill-Ftehim dwar iż-ŻEE.”


Top