EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003R0639-20070101

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 639/2003 tad-9 ta’ April 2003 li jippreskrivi regoli dettaljati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare ta’ l-annimali ta’ l-ifrat ħajjin matul it-trasport

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/639/2007-01-01

2003R0639 — MT — 01.01.2007 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 639/2003

tad-9 ta’ April 2003

li jippreskrivi regoli dettaljati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare ta’ l-annimali ta’ l-ifrat ħajjin matul it-trasport

(ĠU L 093, 10.4.2003, p.10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2187/2003 tal-15 ta’ Diċembru 2003

  L 327

15

16.12.2003

 M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru. 687/2004 ta’ l-14 ta’ April 2004

  L 106

13

15.4.2004

 M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1979/2004 tas-17 ta’ Novembru 2004

  L 342

23

18.11.2004

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 354/2006 tat-28 ta’ Frar 2006

  L 59

10

1.3.2006

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1847/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006

  L 355

21

15.12.2006




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 639/2003

tad-9 ta’ April 2003

li jippreskrivi regoli dettaljati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare ta’ l-annimali ta’ l-ifrat ħajjin matul it-trasport



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella ( 1 ), kif l-aħħar emendata bir-Regolament (EC) Nru 45/2001 ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(12) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 33(9) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jipprovdi li l-ħlas tar-rifużjoni għal esportazzjonijiet ta’ annimali ta’ l-ifrat ħajjin huwa suġġett għall-osservanza tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-welfare u, b’mod partikolari, id-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali matul it-trasport ( 3 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/29/EC ( 4 ).

(2)

Regoli dettaljati dwar il-welfare ta’ annimali ta’ l-ifrat ħajjin matul it-trasport huma preskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/98 ( 5 ). L-esperjenza wriet il-ħtieġa li jittejjeb l-infurzar tar-rekwiżiti għall-welfare ta’ l-annimali biex jingħataw rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ dawk l-annimali. Għalhekk il-kontrolli u pieni li jipprovdi għalihom dak ir-Regolament għandhom ikunu rrinfurzati. Barraminhekk, fl-interessi ta’ ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 615/98 għandu jkun issostitwit.

(3)

Biex ikun iggarantit li jinżammu l-istandards tal-welfare ta’ l-annimali, għandha tkun introdotta sistema ta’ mmonitorjar li tikkomprendi kontrolli fil-punt ta’ ħruġ mill-Komunità u wara t-tluq mit-territorju doganali tal-Komunità fejn ikun hemmbidla ta’ mezzi ta’ trasport u wkoll fil-post ta’ l-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali.

(4)

Biex ikunu ffaċilitati l-kontrolli xierqa mal-ħruġ mill-Komunita, huwa meħtieġ li jkunu indikati punti ta’ ħruġ.

(5)

Il-valutazzjoni tal-kondizzjoni fiżika u stat ta’ saħħa ta’ l-annimali tirrikjedi kompetenza u esperjenza speċifiċi. Il-kontrolli għalhekk għandhom isiru minn veterinarju. Barramindan, l-estensjoni ta’ dawk il-kontrolli għandha tkun iċċarata u rapport mudell għandu jkun stabbilit biex dawk il-kontrolli jintgħamlu b’mod preċiż u armonizzat.

(6)

Kontrolli f’pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu obbligatorji u għandhom jitwettqu minn aġenziji ta’ Stati Membri jew minn aġenziji internazzjonali ta’ kontroll u sorveljanza (minn hawn ‘il quddiem imsejħa SAs) approvati u kontrollati minn Stati Membri skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jippreskrivi regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq prodotti agrikoli ( 6 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2003 ( 7 ). Biex jitwettqu kontrolli għal għanijiet ta’ dan ir-Regolament, is-SAs għandhom b’mod partikolari jissodisfaw ir-rekwiżiti għal approvazzjoni u kontroll iddikjarati fl-Anness VI tar-Regolament (EC) Nru 800/1999 mill-1 ta’ Jannar 2004.

(7)

Flimkien man-non-pagament tar-refużjoni ta’ esportazzjoni, meta jkun hemm xhieda li d-Direttiva 91/628/KEE ma ġietx osservata għal numru kbir ta’ annimali, pieni xierqa għandhom ikunu appplikati. Barra minhekk, fejn nuqqas ta’ osservanza bħal din huwa dovut għal nuqqas komplet ta’ rispett għar-rekwiżiti ta’ welfare ta’ l-annimali, it-telf totali tar-rifużjoni għandu jkun stabbilit.

(8)

Stati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għal għanijiet ta’ sorveljanza u rapportar dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Ambitu

Ħlas ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni għal annimali ta’ l-ifrat ħajjin li jaqgħu fil-kodiċi NK (Nomenklura Kkombinata) 0102 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala l-annimali), skond l-Artikolu 33(9), it-tieni sub-paragrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, għandu jkun suġġett għall-osservanza, matul it-trasport ta’ l-annimali għall-ewwel post tal-ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/628/KEE u ta’ dan ir-Regolament.

▼M1

Għar-raġunijiet f’dan ir-Regolament, fil-każ ta’ trasport bit-triq,’ l-ewwel post ta’ ħatt fil-pajjiż terz ta’ l-aħħar destinazzjoni’ jfisser il-post fejn l-ewwel animal inħatt minn veikolu tat-triq, għalhekk jeskludi post fejn il-vjaġġ ġie mwaqqaaf għall-mistrieħ, jitimgħu u jagħtu x’jixorbu lill-annimali.

▼B

Artikolu 2

Kontrolli ġewwa l-Komunita

1.  Il-ħruġ ta’ l-annimali mit-territorju doganali tal-Komunità jista’ jsir biss mill-punti ta’ ħruġ li ġejjin:

(a) post ta’ spezzjoni fil-konfini miftiehem b’deċiżjoni tal-Kummissjoni għal kontrolli veterinarji fuq ungulates ħajjin minn pajjiżi terzi;

jew

(b) punt ta’ ħruġ indikat mill-Istat Membru.

2.  Il-veterinarju uffiċjali fil-punt ta’ ħruġ mill-Komunità għandu jivverifika skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE ( 8 ) għal dawk l-annimal li għalihom dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni hija aċċettata jekk:

(a) ir-rekwiżiti preskritti fid-Direttiva 91/628/KEE kinux osservati mill-post tat-tluq, kif iddefinit fl-Artikolu 2(2)(e) ta’ dik id-Direttiva, sal-punt ta’ ħruġ; u

(b) il-kondizzjonijiet tat-trasport għal bqija tal-vjaġġ jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/628/KEE u li l-arranġamenti meħtieġa ttieħdu biex tkun żgurata l-osservanza tagħhom sa’ l-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali.

L-uffiċjal veterinarju li jkun mexxa l-kontrolli għandu jimla rapport skond il-mudell miġjub fl-Anness I li jiċċertifika jekk ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa skond l-ewwel subparagrafu humiex sodisfaċenti jew mhux sodisfaċenti.

▼M4

L-awtorità veterinarja responsabbli għall-punt tal-ħruġ għandha żżomm dan ir-rapport għall-anqas għal tliet snin. Kopja ta’ dan ir-rapport għandha tinbagħat lill-aġenżija tal-ħlas.

▼M5

3.  Jekk il-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ ikun sodisfat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 2 intlaħqu, hu għandu jiċċertifika dan b’waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness Ia u billi jiġi ttimbrat u jiġi ffirmat id-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità, jew fis-Sezzjoni J tal-kopja ta’ kontroll T5 jew fl-iktar post adattat fid-dokument nazzjonali.

▼B

4.  L-uffiċjal veterinarju fil-punt tal-ħruġ għandu jendorsja fuq id-dokument li jirreferi għalih il-paragrafu 3 in-numru totali ta’ l-annimali li għalihom dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni kienet aċċettata bi tnaqqis tan-numru ta’ annimali li welldu jew kellhom abort matul it-trasport, mietu jew li għalihom ir-rekwiżiti tad-Direttiva 91/628/KEE ma kinux osservati.

5.  L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-esportatur javża min qabel rigward il-wasla tal-kunsinna fil-punt tal-ħruġ lill-veterinarju uffiċjali f dak il-post.

6.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn tapplika l-proċedura komunitarja ssimplifikata ta’ transitu għal ġarr bil-ferrovija jew kontenituri kbar li jirreferi għaliha l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, l-uffiċjal veterinarju għandu jwettaq kontrolli fl-uffiċċju fejn l-annimali jitqiegħdu taħt proċedura tali.

Iċ-ċertifikazzjoni u endorsements li jirreferu għalihom il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru fuq id-dokument użat għall-għan ta’ ħlas tar-rifużjoni jew tal-kopja ta’ kontroll T5 fil-każ deskritt fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Artikolu 3

Kontrolli f’pajjiżi terzi

1.  Wara li jħallu t-territorju doganali tal-Komunita, l-esportatur għandu jiżgura li l-annimali għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli:

(a) f kull post fejn ikun hemm bidla fil-mezzi ta’ trasport ħlief fejn bidla tali ma kenitx ippjanata u hija dovuta għal ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli;

(b) fil-post ta’ l-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali.

2.  Aġenzija internazzjonali ta’ kontroll u sorveljanza, approvata u kontrollata għal dan il-għan minn Stat Membru skond l-Artikoli 16(a) sa 16(f) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jew aġenzija uffiċjali ta’ Stat Membru għandha tkun responsabbli biex twettaq kontrolli li jipprovdi għalihom il-paragrafu 1.

▼M4

Il-kontrolli previsti fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn veterinarju li għandu diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifika formali fil-mediċina veterinarja kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/1026/KEE ( 9 ). Madankollu, l-Istati Membri, li approvaw l-aġenziji internazzjonali tal-kontroll u tas-sorveljanza, msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jivverifikaw li dawn l-aġenziji jikkontrollaw li l-veterinarji li għandhom kwalifika mhux koperta minn dik id-Direttiva, għandhom l-għarfien tar-rekwiżiti imposti mid-Direttiva 91/628/KEE. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu b’mod raġjonevoli, oġġettiv u imparzjali permezz ta’ proċeduri xierqa.

▼B

Rapport ta’ kull kontroll imwettaq skond il-paragrafu 1 għandu jimtela skond il-mudelli miġjuba fl-Annessi II u III mill-veterinarju li jkun wettaq il-kontroll.

Artikolu 4

Proċedura għal ħlas ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni

1.  L-esportatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni hija aċċettat dwar id-dettalji meħtieġa kollha tal-vjaġġ, l-iktar tard meta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni tkun iddepożitata.

Fl-istess żmien, jew l-iktar tard meta jsir jaf b’dan, l-esportatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar kull bidla possibbli fil-mezzi ta’ trasport.

2.  Applikazzjonijiet għall-ħlas ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni kompletati skond l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandhom ikunu ssupplimentati fil-limitu ta’ żmien preskritt f’dak l-Artikolu:

(a) bid-dokument li jirreferi għalih l-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament mimli b’mod dovut; u

(b) ir-rapporti li jipprovdi għalihom l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.  Fejn il-kontrolli li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(1) ma setgħux jitwettqu minħabba ċirkostanzi barra l-kontroll ta’ l-esportatur, l-awtorità kompetenti, wara talba rraġunata mill-esportatur, tista’ taċċetta dokumenti oħra li jipprovaw għas-sodisfazzjon tagħha li d-Direttiva 91/628/KEE ġiet osservata.

Artikolu 5

Nuqqas ta’ pagament ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni

1.  Ir-rifużjoni ta’ esportazzjoni m’għandhiex titħallas għal:

(a) Annimali li jkunu mietu matul it-trasport, ħlief kif jipprovdi l-paragrafu 2;

(b) Annimali li welldu jew kellhom abort matul it-trasport qabel l-ewwel ħatt tagħhom fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali;

(ċ) Annimali li għalihom l-awtorità kompetenti tqis li d-Direttiva 91/628/KEE ma kenitx osservata, fid-dawl tad-dokumenti li jirreferi għalihom l-Artikolu 4(2) u/jew l-elementi l-oħra kollha għad-dispożizzjoni tagħha dwar konformità ma’ dan ir-Regolament.

Il-peżati ta annimali li ma titħallsilhomx rifużjoni jkunu determinati permezz ta rata bażika stabbilita minn diviżjoni tat-total tal-peżati f kilogrammi mogħtija fid-dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni ta l-ammont totali ta annimali li tingħata fl-istess dikjarazzjoni.

2.  Fejn l-annimali jkunu mietu matul trasport b’riżultat ta’ forza maġġuri wara li ħallew it-territorju doganali tal-Komunita:

(a) fil-każ ta’ rifużjoni mhux diffirenzjata, ir-rifużjoni totali għandha titħallas;

(b) fil-każ ta’ rifużjoni diffirenzjata, il-parti tar-rifużjoni iddefinita skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandha titħallas.

Artikolu 6

Pieni

1.  Ir-rifużjoni għandha titnaqqas iktar b’ammont ugwali għal rifużjoni li ma titħallasx skond l-artikolu 5(1), jekk in-numru ta’ l-annimali li għalihom ebda rifużjoni ta’ esportazzjoni ma tħallset jammonta għal:

(a) aktar minn 1 % tan-numru endorsjat fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni aċċettata, iżda għall-inqas żewġ annimali; jew

(b) aktar minn ħames annimali.

2.  Ir-rifużjoni għall-annimali kollha indikati fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tkun irrifjutata jekk in-numru ta’ annimali li għalihom ebda rifużjoni ma titħallas skond l-Artikolu 5(1) jammonta għal:

(a) aktar minn 5 % tan-numru endorsjat fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni aċċettata, iżda għall-inqas tliet annimali; jew

(b) 10 annimali, iżda għall-anqas 2 % ta’ dak in-numru endorsjat fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni aċċettata.

3.  Għall-għan tal-paragrafi 1 u 2, l-annimali li mietu matul it-trasport u l-annimali li welldu jew kellhom abort qabel l-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali li għalihom l-esportatur jipprova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-mewt jew twelid jew abort tagħħom kien ir-riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità mad-Direttiva 91/628/KEE m’għandhomx jitqiesu.

4.  Il-piena li jirreferi għaliha l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 m’għandhiex tkun applikata fuq l-ammont mhux imħallas u l-ammont tat-tnaqqis skond l-Artikolu 5 u l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Irkuprar ta’ ammonti mħallsin aktar milli ħaqqhom

Fejn ikun stabbilit wara l-ħlas tar-rifużjoni li d-Direttiva 91/628/KEE ma ġietx osservata, il-parti relevanti tar-rifużjoni, inkluża fejn xieraq il-piena skond l-Artikolu 6 ta’dan ir-Regolament, għandha titqies li kienet tħallset mingħajr raġuni u għandha tkun irkuprata skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Artikolu 8

Komunikazzjoni ta’ informazzjoni

Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena l-informazzjoni li ġejja konnessa ma’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti:

(a) in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni għal annimali ħajjin li għalihom ir-rifużjoni tħallset u n-numru ta’ annimali ħajjin li għalihom ir-rifużjoni tħallset;

(b) in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni li għalihom ir-rifużjoni totalment jew parzjalment ma tħallsitx u n-numru ta’ annimali li għalihom ir-rifużjoni ma tħallsitx;

(ċ) in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni li għalihom ir-rifużjoni totalment jew parzjalment kienet irkuprata u n-numru ta’ annimali li għalihom ir-rifużjoni kienet irkuprata, inklużi dawk li għalihom l-irkupru tar-rifużjonijiet huwa konness ma’ operazzjonijiet ta’ esportazzjoni mwettqa qabel il-perjodu kkonċernat;

▼M4

(d) ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ ħlas u l-irkupru tar-rifużjoni għall-annimali msemmija fil-punti (b) u (c), kif ukoll l-għadd ta’ dawk l-annimali rreġistrati taħt il-kategorija B, C u D rispetttivament kif imsemmi fl-Annessi I, II u III;

▼M4

(da) l-għadd ta’ penali għal kull kategorija definita fl-Artikolu 6(1) u (2) bl-għadd ta’ annimali u l-ammonti ta’ rifużjonijiet mhux imħallsa korrispondenti;

▼B

(e) l-ammonti tar-rifużjonijiet f’euro li ma tħallsux u l-ammonti li kienu rkuprati, inklużi l-ammonti rkuprati li jikkorrispondu ma’ operazzjonijiet ta’ esportazzjoni mwettqa qabel il-perjodu kkonċernat;

(f) in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni u l-ammonti li għalihom il-proċedura ta’ rkupru għadha għaddejja;

(g) kull informazzjoni oħra Stati Membri jqisu relevanti dwar il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Revoka

Regolament (KE) Nru 615/98 huwa revokat. Madankollu, dak ir-Regolament għandu jissokta japplika għal dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni aċċettati qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Referenzi għar-Regolament revokat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni miġjuba fl-Anness IV.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika għal dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni aċċettati mill-1 ta’ Ottubru 2003.

Madankollu, ir-rekwiżit li l-approvazzjoni u kontroll ta’ l-aġenzija internazzjonali ta’ kontroll u sorveljanza li jirreferi għaliha l-Artikolu 3(2) jkun skond l-Artikolu 16(a) sa 16(f) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandu japplika għal dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni aċċettati mill-1 ta’ Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS I

image

▼M5




ANNESS Ia

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(5):

Bil-Bulgaru

:

Взета проба

Bl-Ispanjol

:

muestra recogida

Biċ-Ċekożlovakk

:

odebraný vzorek

Bid-Daniż

:

udtaget prøve

Bil-Ġermaniż

:

Probe gezogen

Bl-Eston

:

võetud proov

Bil-Grieg

:

ελήφθη δείγμα

Bl-Ingliż

:

Sample taken

Bil-Franċiż

:

échantillon prélevé

Bit-Taljan

:

campione prelevato

Bil-Latviju

:

paraugs paņemts

Bil-Litwan

:

Bandinys paimtas

Bl-Ungeriż

:

ellenőrzési mintavétel megtörtént

Bil-Malti

:

kampjun meħud

Bl-Olandiż

:

monster genomen

Bil-Pollakk

:

pobrana próbka

Bil-Portugiż

:

Amostra colhida

Bir-Rumen

:

Eșantion prelevat

Bis-Slovakk

:

odobratá vzorka

Bis-Sloven

:

vzorec odvzet

Bil-Finlandiż

:

näyte otettu

Bl-Iżvediż

:

varuprov.

▼B




L-ANNESS II

image




L-ANNESS III

image




L-ANNESS IV



Tabella tal-korrelazzjoni

Dan ir-Regolament

Regolament (KE) Nru 615/98

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

L-Artikolu 5(1), (2) u (6)

Artikolu 5

L-Artikolu 5(3)

Artikolu 6

L-Artikolu 5(4) u (5)

Artikolu 7

L-Artikolu 5(7)

Artikolu 8

 

Artikolu 9

 

Artikolu 10

Artikolu 6



( 1 ) ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

( 2 ) ĠU L 315, ta’ l-1.12.2001, p. 29.

( 3 ) ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17.

( 4 ) ĠU L 148, tat-30.6.1995, p. 52.

( 5 ) ĠU L 82, tad-19.3.1998, p. 19.

( 6 ) ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.

( 7 ) ĠU L 67, tat-12.3.2003, p. 3.

( 8 ) ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 28.

( 9 ) ĠU L 362, 23.12.1978, p. 1.

Top