EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0185

Kawża T-185/13: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Marzu 2013 — CWP vs UASI — Continental Reifen Deutschland (CONTINENTAL WIND PARTNERS)

ĠU C 156, 1.6.2013, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/47


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2013 — CWP vs UASI — Continental Reifen Deutschland (CONTINENTAL WIND PARTNERS)

(Kawża T-185/13)

2013/C 156/88

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CWP LLC (Wilmington, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Continental Reifen Deutschland GmbH (Hannover, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 2204/2011-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “CONTINENTAL WIND PARTNERS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 11, 35, 36, 37, 39 u 40 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 445 561

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Continental Reifen Deutschland GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-UE tat-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “Continental”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


Top