EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FA0050

Kawża F-50/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 18 ta’ April 2012 — Buxton vs Il-Parlament ( “Servizz pubbliku — Uffiċjali — Allokazzjoni ta’ punti ta’ mertu — Rapport ta’ evalwazzjoni — Xogħol part-time — Trattament ugwali” )

ĠU C 184, 23.6.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/21


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2012 — Buxton vs Il-Parlament

(Kawża F-50/11) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allokazzjoni ta’ punti ta’ mertu - Rapport ta’ evalwazzjoni - Xogħol part-time - Trattament ugwali)

2012/C 184/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dawn Cheryl Buxton (Lussemburgu, il-Lussemburgu), (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u N. B. Rasmussen, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li biha tagħti lir-rikorrenti punt wieħed ta’ mertu biss għar-rapport ta’ evalwazzjoni 2009.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

D. Buxton għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 186, 25.06.11, p. 36.


Top