EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0422

Kawża T-422/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta' Lulju 2011 — Emme vs Il-Kummissjoni ( “Miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa Garanzija bankarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Dannu finanzjarju — Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali — Nuqqas ta’ urġenza” )

ĠU C 269, 10.9.2011, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/49


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2011 — Emme vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/10 R)

(Miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 269/108

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Emme Hodling SpA (Pescara, l-Italja) (rappreżentanti: G. Visconti, E. Vassallo di Castiglione, M. Siragusa, M. Beretta u P. Ferrari, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Gencarelli, V. Bottka u P. Manzini, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), u talba għal eżenzjoni mill-obbligu li jipprovdu garanzija bankarja sabiex jiġi evitat irkupru immedjat tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top