EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XC0118(01)

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u/jew l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tagħhom (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/0012

ĠU C 16, 18.1.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/2


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u/jew l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tagħhom

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 16/02)

Id-Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni

Ir-referenza tad-Deċiżjoni (2)

Id-data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

In-numru tal-awtorizzazzjoni

L-użu awtorizzat

Id-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2018) 12

Il-11 ta’ Jannar 2018

Trijossidu tal-kromju

Nru tal-KE 215-607-8, Nru tal-CAS 1333-82-0

Abloy Oy, Wahlforssinkatu 20, 80100 Joensuu, il-Finlandja

REACH/17/29/0

L-użu tat-trijossidu tal-kromju fl-elettroplejtjar taċ-ċilindri mekkaniċi u elettromekkaniċi, tas-serraturi u l-katnazzi bil-kam, l-oqfsa tas-serraturi elettromekkaniċi u tal-hardware arkitettoniku. Dan l-użu ma jkoprix l-elettroplejtjar tal-pumi tal-bibien ta’ ġewwa, tas-serraturi fl-għamara tal-uffiċini u tal-pjanċi tal-bibien ta’ ġewwa.

Il-21 ta’ Settembru 2029

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jiġi mill-użu tas-sustanza u ma hemm ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa li jista’ juża l-applikant qabel id-data tat-terminazzjoni

REACH/17/29/1

L-użu tat-trijossidu tal-kromju fl-elettroplejtjar tal-pumi tal-bibien ta’ ġewwa, tas-serraturi fl-għamara tal-uffiċini u tal-pjanċi tal-bibien ta’ ġewwa.

Il-31 ta’ Diċembru 2019


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm


Top