EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC1009(01)

Rapport mill-kummissjoni dwar l-irradjazzjoni tal-ikel għas-sena 2007

ĠU C 242, 9.10.2009, p. 2–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/2


Rapport mill-kummissjoni dwar l-irradjazzjoni tal-ikel għas-sena 2007

2009/C 242/02

1.   IL-BAŻI LEGALI U L-ISFOND

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati b'radjazzjoni li tijonizza (1) jirrikjedi li kull sena l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni:

ir-riżultati tal-kontrolli li saru fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet ta' ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati u d-dożi li ngħataw

kif ukoll

ir-riżultati tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott u l-metodi użati għall-individwazzjoni ta’ trattament b'radjazzjoni li tijonizza.

L-Artikolu 7(4) tal-istess Direttiva jimponi li l-Kummissjoni tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej:

id-dettalji tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri kif ukoll kull bidla fl-istat tagħhom

rapport dwar it-tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza.

Ir-rapport kurrenti jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007. Dan jinkludi ġabra ta' tagħrif mgħoddi lill-Kummissjoni minn 25 Stat Membru.

L-informazzjoni dwar l-aspetti ġenerali tal-irradjazzjoni tal-ikel hija disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Saħħa u l-Konsumatur (2).

1.1.   Il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni

Skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 1999/2/KE, l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel jistgħu jiġu rradjati biss ġewwa faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati. Għall-faċilitajiet fl-UE, l-approvazzjoni hija mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-faċilitajiet tagħhom li huma approvati għall-irradjazzjoni (l-Artikolu 7(1)).

L-irradjazzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel tista' biss issir permezz tas-sorsi li ġejjin:

Raġġi gamma minn radjunuklidi 60Co jew 137Cs

Raġġi-X iġġenerati minn magni mħaddma fi jew taħt livell ta' enerġija nominali (l-enerġija kwantum massima) ta' 5 MeV;

Elettroni ġġenerati minn magni mħaddma fi jew taħt livell ta' enerġija nominali (l-enerġija kwantum massima) ta' 10 MeV;

Il-lista ta' faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri kienet ippubblikata mill-Kummissjoni (3) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tinstab fuq http://ec.europa.eu/food/food/biosafety/irradiation/approved_facilities_en.pdf

1.2.   L-ikel u l-ingredjenti tal-ikel irradjati

L-irradjazzjoni ta’ ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali hija awtorizzata fl-UE fuq livell Komunitarju (id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' ikel u ta' ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni li tijonizza (4)).

Barra minn hekk, seba' Stati Membri nnotifikaw li għandhom awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal ċertu ikel u ingredjenti tal-ikel skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 1999/2/KE. Il-lista tal-awtorizzazzjonijiet nazzjonali ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni (5).

Kull prodott tal-ikel u ikel jew ikel kompost li fih ingredjent tal-ikel wieħed jew aktar irradjat għandu jkun immarkat bil-kliem “irradjat” jew “ittrattat b'radjazzjoni li tijonizza”. Fil-każ ta' prodotti mibjugħa bil-kwantità, dawn il-kliem għandhom jidhru flimkien mal-isem tal-prodott fuq sinjal jew avviż fuq jew maġenb il-kontenitur li fih jitqiegħdu l-prodotti.

Sabiex jiġi nfurzat it-tikkettjar korrett jew biex jiġu individwati prodotti mhux awtorizzati, diversi metodi analitiċi ġew standardizzati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), wara mandat mogħti mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   IR-RIŻULTATI TAL-KONTROLLI MWETTQA FIL-FAĊILITAJIET TAL-IRRADJAZZJONI

Din it-taqsima tar-rapport telenka r-riżultati tal-verifiki mwettqa fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti ttrattati u d-dożi amministrati.

L-Istati Membri ssottomettew l-informazzjoni li ġejja dwar il-faċilitajiet approvati u l-kontrolli mwettqa f'dawk il-faċilitajiet.

2.1.   Il-Belġju

Spezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 ikkonfermaw il-konformità tal-facilità tal-irradjazzjoni Sterigenics S.A. mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati f’din il-faċilità fl-2007.

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Koxox taż-żrinġijiet

1 521

5

Laħam

445

6-8

Tjur tal-irziezet

282

5

Ħut u frott tal-baħar

258

3-5

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

139

6-9

Demm deidratat

16

6-9

Ħxejjex

12

6

Lamtu

11

3

Trab tal-bajd

7

3

Oħrajn

108

0-10

Total

2 799

 

2.2.   Il-Bulgarija

L-ebda informazzjoni ma ntbagħtet mill-Bulgarija.

2.3.   Ir-Repubblika Ċeka

L-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 kkonfermaw il-konformità tal-faċilità tal-irradjazzjoni Artim Spol S.R.O. mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati f’din il-faċilità fl-2007.

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali

55

1-10

Total

55

 

2.4.   Il-Ġermanja

Matul il-perjodu ta’ rappurtar, kien hemm erba’ faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fil-Ġermanja. L-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 kkonfermaw il-konformità tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

It-tabelli li ġejjin jelenkaw il-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati fl-2007 għal kull faċilità. B'kollox 331 tunnellata ta' prodotti kienu ttrattati fi tliet faċilitajiet tal-irradjazzjoni fil-Ġermanja fl-2007.

(a)   Gamma Service Produktbestrahlung GmbH, Radeberg

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi

206

<10

Ħxejjex imnixxfin

24

<10

Total

230

 

121 tunnellata ta' prodotti irradjati kienu esportati lejn pajjiżi terzi.

(b)   BGS/Beta-Gamma Service GmbH & Co. KG, Wiehl

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi

21

10-13

Ħxejjex imnixxfa

18

10-32

Total

39

 

Il-prodotti rradjati kollha ġew esportati lejn pajjiżi terzi.

(c)   Isotron Deutschland GmbH, Allershausen

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex

61

5-10

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi

1

5-10

Total

62

 

Il-prodotti rradjati kollha ġew esportati lejn pajjiżi terzi.

(d)   Beta-Gamma-Service Gmbh & Co. KG, Bruchsal

L-ebda prodott ma ġie rradjat f’din il-faċilità fl-2007.

2.5.   Spanja

Fi Spanja, hemm żewġ faċilitajiet approvati għall-irradjazzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel. L-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 kkonfermaw il-konformità tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

(a)   Ionmed Esterilización, S.A.

It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati f’din il-faċilità fl-2007.

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali

216

<10

Total

216

 

(b)   Aragogamma, SA,

L-ebda prodott ma ġie rradjat f’din il-faċilità fl-2007.

2.6.   Franza

Fi Franza, hemm sitt faċilitajiet approvati għall-irradjazzjoni tal-ikel. L-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 kkonfermaw il-konformità ta' ħames faċilitajiet tal-irradjazzjoni mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE. Faċilità waħda kellha kummenti dwar il-kontroll tad-dożi tal-irradjazzjoni u l-istat tal-prodotti qabel u wara t-trattament.

Il-faċilità Ionisos SA, Domaine de Corbeville, 91400 Orsay, (referenza 91471 F) ma rradjatx ikel u ingredjenti tal-ikel matul l-2007. Il-faċilità ngħalqet.

It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati fil-faċilitajiet fl-2007.

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Tjur tal-irziezet

1 239

5

Koxox taż-żrinġijiet iffriżati

687

5

Gomma arabika

131

3

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħxejjex imnixxfin

60

10

Kaseina

22

6

Total

2 139

 

2.7.   L-Ungerija

Fl-Ungerija, hemm faċilità waħda approvata għall-irradjazzjoni tal-ikel. Skont l-ispezzjoni uffiċjali li saret mill-awtorità kompetenti (L-Uffiċċju Ungeriż għall-Agrikoltura) fl-2007, il-faċilità tal-irradjazzjoni AGROSTER Besugárzó Rt. (Budapest, Jászberényi út 5.) kienet f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-ikel irradjat f’din il-faċilità fl-2007.

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar, bżar tal-ħwawar

5,9

4-6

Prodotti deidrati

0,5

3-4

Ħxejjex aromatiċi

14,5

3-6

Total

20,9

 

2.8.   L-Italja

L-unika faċilità tal-irradjazzjoni fl-Italja, Gammarad Italia Spa, kienet spezzjonata b'riżultati favorevoli. Matul l-2007 l-ebda ikel u ingredjenti tal-ikel ma kienu rradjati f'din il-faċilità tal-irradjazzjoni.

2.9.   L-Olanda

L-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-2007 kkonfermaw il-konformità tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

Mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, Isotron NL ittrattat total ta' 2 323 tunnellata ta' ikel u ingredjenti tal-ikel fiż-żewġ faċilitajiet tagħhom fl-ibliet ta' Ede u Etten-Leur. It-tabelli li ġejjin jelenkaw il-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ġew irradjati f'dawn iż-żewġ faċilitajiet fl-2007.

(a)   Isotron NL – il-faċilità tal-irradjazzjoni f'Ede

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar/Ħxejjex aromatiċi

753

EI

Koxox taż-żrinġijiet

197

EI

Laħam tat-tjur tar-razzett (iffriżat)

154

EI

Ħxejjex iddeidrati

88

EI

Abjad tal-bajd

70

EI

Gambli (iffriżati)

45

EI

Kampjuni tal-ikel

10

EI

Total

1 317

 

(EI: Ebda informazzjoni mibgħuta dwar dan il-punt).

(b)   Isotron NL – il-faċilità tal-irradjazzjoni f'Etten-Leur

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex imnixxfa

791

EI

Koxox taż-żrinġijiet

146

EI

Ħwawar/Ħxejjex aromatiċi

48

EI

Laħam tat-tjur tar-razzett (iffriżat)

21

EI

Total

1 006

 

(EI: Ebda informazzjoni mibgħuta dwar dan il-punt).

2.10.   Il-Polonja

Fil-Polonja, hemm żewġ faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati. It-tabella li ġejja telenka l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-ikel irradjat f’faċilità waħda fl-2007.

(a)   L-Istitut tal-Kimika u t-Teknoloġija Nukleari, Varsavja

Kategorija ta' prodotti

Kwantità trattata (t)

Doża medja assorbita (kGy)

Ħwawar imnixxfin, ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar veġetali

269

7-10

Total

269

 

(b)   L-Istitut tal-Kimika Applikata tar-Radjazzjoni, l-Università Teknika ta’ Lodz

L-ebda informazzjoni ma ntbagħtet dwar din il-faċilità tal-irradjazzjoni.

2.11.   Il-Portugall

L-ebda informazzjoni ma ntbagħtet mill-Portugall.

2.12.   Ir-Rumanija

Fir-Rumanija hemm faċilità tal-irradjazzjoni approvata waħda biss li hija ċ-Ċentru IRASM fl-Istitut Nazzjonali tal-Fiżika u tal-Inġinerija Nukleari ta' Horia Hulubei. Is-sors tar-radjazzjoni li tijonizza huma raġġi Gamma 60Co. Il-faċilita hija awtorizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Attivitajiet Nukleari. Il-faċilità IRASM ma rradjat l-ebda ikel/ingredjenti tal-ikel matul l-2007.

2.13.   Ir-Renju Unit

Fir-Renju Unit, hemm faċilità waħda approvata għall-irradjazzjoni tal-ikel. Il-faċilità ma rradjajt l-ebda ikel skont it-termini tal-liċenzja tagħha fl-2007.

2.14.   Tabella ta' sommarju għall-UE

It-tabella li ġejja tipprovdi sommarju tal-kwantitajiet ta' ikel (f'tunnellati) ittrattat mir-radjazzjoni li tijonizza f'faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Unjoni Ewropea.

Kategorija tal-prodotti

BE

CZ

DE

ES

FR

HU

NL

PL

Total

%

Kaseina

0

0

0

0

22

0

0

0

22

0,27

Demm deidratat

16

0

0

0

0

0

0

0

16

0,20

Trab tal-bajd

7

0

0

0

0

0

0

0

7

0,09

Abjad tal-bajd

0

0

0

0

0

0

70

0

70

0,86

Ħut u frott tal-baħar

258

0

0

0

0

0

45

0

303

3,72

Kampjuni tal-ikel

0

0

0

0

0

0

10

0

10

0,12

Koxox/partijiet taż-żrinġijiet

1 521

0

0

0

687

0

343

0

2 551

31,29

Gomma arabika

0

0

0

0

131

0

0

0

131

1,61

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar

139

55

228

216

60

21

801

269

1 789

21,94

Laħam

445

0

0

0

0

0

0

0

445

5,46

Tjur tal-irziezet

282

0

0

0

1 239

0

175

0

1 696

20,80

Lamtu

11

0

0

0

0

0

0

0

11

0,13

Ħxejjex

12

0

103

0

0

0

879

0

994

12,19

Oħrajn

108

0

0

0

0

1

0

0

109

1,34

Total

2 799

55

331

216

2 139

22

2 323

269

8 154

 

% tat- total

34,33

0,67

4,06

2,65

26,23

0,27

28,49

3,30

100,00

 

3.   IR-RIŻULTATI TAL-KONTROLLI LI SARU FL-ISTADJU TAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-PRODOTT U L-METODI UŻATI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA’ TRATTAMENT B'RADJAZZJONI LI TIJONIZZA

Fir-rigward tar-riżultati tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott u l-metodi użati għall-identifikazzjoni ta’ trattament b'radjazzjoni li tijonizza, l-Istati Membri ppreżentaw l-informazzjoni li ġejja.

3.1.   L-Awstrija

B’kollox, 115-il kampjun ġew analizzati. Fl-ebda minn dawn il-kampjuni ma seta' jkun ippruvat trattament b'radjazzjoni li tijonizza.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 115

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u Ħwawar

39

0

0

EN 1788, EN 13751

Te tal-ħxejjex aromatiċi

38

0

0

EN 1788, EN 13751

Tjur tal-irziezet

38

0

0

EN 1786

Total

115

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.2.   Il-Belġju

B’kollox, 89 kampjun ġew analizzati. Kampjun minnhom instab li huwa rradjat.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 89

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Instant noodles

21

0

1

EN 1788 (6)

Krustaċji u molluski

15

0

0

Ħxejjex aromatiċi ffriżati

15

0

0

Gambli

15

0

0

Ħxejjex imnixxfa

11

0

0

Frott

11

0

0

Total

88

0

1

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

98,88 %

00,00 %

1,12 %

 

3.3.   Il-Bulgarija

L-ebda informazzjoni dwar kontrolli fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel ma kienu mibgħuta mill-Bulgarija għall-2007.

3.4.   Ċipru

L-ebda kontroll analitiku fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel ma twettaq fl-2007.

3.5.   Ir-Repubblika Ċeka

B’kollox, 60 kampjun ġew analizzati. Żewġ kampjuni nstabu mhux konformi (pożittivi għall-irradjazzjoni u mhux immarkati b'mod xieraq).

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 60

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Frott frisk

15

0

0

EN 1788/EN 1785

Ħwawar

12

0

0

EN 1788

Supplimenti tal-ikel

8

0

1

EN 1788

Ħut u frott tal-baħar

7

0

0

EN 1785

Prodotti tat-te tal-ħxejjex aromatiċi

5

0

0

EN 1788

Instant noodles

3

0

1

EN 1788/EN 1785

Tjur tal-irziezet

6

0

0

EN 1785

Gambli

2

0

0

EN 1785

Total

58

0

2

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

96,67 %

00,00 %

3,33 %

 

3.6.   Il-Ġermanja

B'kollox 3 744 kampjun tal-ikel kienu eżaminati li minnhom 77 kienu rradjati. Żewġ kampjuni kienu rradjati u konformi mad-Direttivi tal-UE: Kampjun li jagħmel mal-kategorija “Ħwawar u Ħxejjex aromatiċi” u kampjun li jagħmel mal-kategorija “Sopop, zlazi, instant noodles”. Il-75 kampjun li jifdal ma kinux konformi.

21 kampjun jagħmlu ma' kategoriji li għalihom l-irradjazzjoni hija awtorizzata iżda dawn kellhom immarkar mhux konformi;

34 kampjun jagħmlu ma' kategoriji li għalihom l-irradjazzjoni mhix awtorizzata;

20 kampjun (l-aktar noodles u sopop imnixxfa) kienu rradjati, madankollu ma setax ikun iddeterminat liema ingredjenti f'dan l-ikel kompost kienu rradjati sabiex ikun iddeterminat jekk l-irradjazzjoni hijiex awtorizzata jew le.

Il-kategoriji bl-ogħla perċentwali ta' kampjuni mhux konformi kienu supplimenti tal-ikel, (16 %) u sopop u zlazi (11 %).

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 3744

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi

1 022

0

2

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Te, prodotti simili għat-te

328

3

0

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Taħwir

288

0

2

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Sopop, zlazi, instant noodles

239

12

17

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Krustaċji, frott tal-baħar, annimali akwatiċi oħrajn inklużi l-prodotti tagħhom

180

1

2

EN 1786, EN 1788, EN 13751 (7)

Frott frisk

174

0

2

EN 1784, EN 1787, EN 1788, EN 13751

Mżiewed, ġewż u żrieragħ li fihom iż-żejt

162

0

0

EN 1784, EN 1787, EN 1788, EN 13751

Faqqiegħ, imnixxef jew prodotti tal-faqqiegħ

149

0

5

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Supplimenti tal-ikel

147

4

23

EN 1786, EN 1787, EN 1788, EN 13751

Frott imnixxef jew prodotti ta’ frott

134

0

0

EN 1788, EN 13708 (7)

Ħut u prodotti tas-sajd

130

0

0

EN 1786, EN 1788

Ċereali u prodotti taċ-ċereali

93

0

0

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Ħxejjex imnixxfin, prodotti tal-ħxejjex

88

0

0

EN 1787, EN 1788, EN 13751 (7)

Tjur tal-irziezet

75

0

0

EN 1784, EN 1786, EN 1788

Ikliet li huma lesti biex jiġu servuti

72

0

1

EN 1786, EN 1788, EN 13751

Zalzett

67

0

0

EN 1784, EN 1786, EN 1787, EN 1788

Ħaxix frisk

52

0

0

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Faqqiegħ, frisk

47

0

0

EN 1787, EN 1788 EN 13751

Ġobon bil-ħxejjex aromatiċi

46

0

0

EN 1787, EN 1788

Patata, partijiet ta’ pjanti li fihom kontenut għoli ta’ lamtu

42

0

0

EN 1787, EN 1788, EN 13751

Prodotti tal-laħam (ħlief iz-zalzett)

41

0

0

EN 1784, EN 1786

Laħam (minbarra tjur tal-irziezet, tajr salvaġġ)

15

0

1

EN 1786

Ġobon mingħajr ħxejjex aromatiċi

12

0

0

 (7)

Butir bil-ħxejjex aromatiċi

10

0

0

EN 1787, EN 1788

Kawkaw

10

0

0

EN 1787

Bajd u prodotti tal-bajd

9

0

0

EN 1784, EN 1785

Ħalib/prodotti tal-ħalib

8

0

0

EN 1787

Kafè

1

0

0

EN 13751

Oħrajn

28

0

0

EN 1787, EN 1788

Total

3 669

20

55

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

98,00 %

0,53 %

1,47 %

 

3.7.   Id-Danimarka

Fl-2007 ma saru l-ebda kontrolli analitiċi fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel fl-istadju tat-tqegħid fis-suq.

L-impriżi Daniżi huma, madankollu, obbligati jagħmlu l-kontrolli huma stess biex jiżguraw li jkunu konformi mar-regoli. L-Amministrazzjoni Daniża Veterinarja u dik għall-Ikel ivverifikat dawn l-attivitajiet ta' kontroll individwali permezz ta' kontrolli tad-dokumenti.

3.8.   L-Estonja

L-ebda kontroll analitiku fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel ma twettaq fl-2007.

Fl-2007 ma sar l-ebda kontroll analitiku fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel fl-istadju ta' tqegħid fis-suq fl-Estonja.

3.9.   Il-Greċja

B'kollox ġew analizzati 92 kampjun, u l-ebda wieħed minnhom ma ttestja pożittiv għall-irradjazzjoni.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 92

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

81

0

0

EN 13751 (PPSL)

Kawkaw

8

0

0

EN 13751 (PPSL)

Ċereali

2

0

0

EN 13751 (PPSL)

Soppa mnixxfa

1

0

0

EN 13751 (PPSL)

Total

92

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.10.   Spanja

B'kollox ġew analizzati 130 kampjun, tlieta minnhom ttestjaw pożittivi għall-irradjazzjoni. Il-kampjuni kollha mhux konformi kienu koxox taż-żrinġijiet.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 130

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

88

0

0

EN 1787, EN 1788

Frott imnixxef

25

0

0

EN 1786, EN 13708

Ħut, krustaċji u annimali akwatiċi oħrajn

9

0

3

EN 1786

Ħxejjex

5

0

0

EN 1787, EN 1788

Total

127

0

3

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

97,70 %

00,00 %

2,30 %

 

3.11.   Il-Finlandja

B'kollox 94 kampjun ġew analizzati. Ħames kampjuni ttestjaw pożittivi u ma kinux immarkati tali.

L-ebda wieħed mill-kampjuni pożittivi ma kien ittikkettjat kif suppost u l-faċilitajiet tal-irradjazzjoni ma kellhomx l-approvazzjoni tal-UE.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 94

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin

73

0

1

EN 1788, EN 13751

Supplimenti tal-ikel

17

0

4

EN 1788, EN 13751

Frott tal-bosk

4

0

0

EN 1788

Total

89

0

5

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

94,68 %

00,00 %

5,32 %

 

3.12.   Franza

B'kollox, 117-il kampjun ġew analizzati u sitt kampjuni ttestjaw pożittivi għall-irradjazzjoni u ma kinux ittikkettjati korrettament.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 117

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Frott imnixxef

19

0

0

EN 1788

Patata

12

0

0

EN 1788

Sopop u zlazi deidratati

11

0

0

EN 1788

Ħxejjex

10

0

0

EN 1788

Instant noodles

9

0

3

EN 1788

Ġewż

9

0

0

EN 1788

Frott tal-baħar

7

0

1

EN 1788

Qastan

6

0

0

EN 1788

Laħam mit-tjur tal-irziezet irkuprat mekkanikament

6

0

0

EN 1788

Koxox taż-żrinġijiet iffriżati

5

0

2

EN 1788

Tejiet

5

0

0

EN 1788

Laqx taċ-ċereali għall-prodotti tal-ħalib

4

0

0

EN 1788

Żinżel

4

0

0

EN 1788

Ħut imnixxef

2

0

0

EN 1788

Ħwawar

2

0

0

EN 1788

Total

111

0

6

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

94,87 %

00,00 %

5,13 %

 

3.13.   L-Ungerija

B'kollox ġew analizzati 139 kampjun u kampjun wieħed ittestja pożittiv għall-irradjazzjoni

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 139

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħwawar

49

10

0

EN 1788

Tejiet

43

2

1 (8)

Supplimenti tal-ikel

26

8

0

Total

118

20

1

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

84,89 %

14,39 %

0,72 %

 

3.14.   L-Irlanda

L-analizi ta' 580 kampjun tal-ikel fl-2007 identifikat 21 prodott tal-ikel li kien irradjat u li ma kellux l-ittikkettjar skont ir-rekwiżiti.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 580

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

217

0

5

EN 13751 (eżaminar), EN 1788 (konferma)

Kafejiet u tejiet

115

0

0

Noodles

66

0

4

Frott u ħaxix

42

0

2

Sopop u zlazi

25

0

0

Taħwir u Stokk

22

0

2

Prodotti tal-goji berry

14

0

4

Żrieragħ

13

0

0

Supplimenti tal-ikel

12

0

1

Prodotti taċ-ċereali u tal-ħami

7

0

1

Diversi

26

0

2

Total

559

0

21

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

96,38 %

00,00 %

3,62 %

 

3.15.   L-Italja

105 kampjuni ġew analizzati. L-ebda wieħed minnhom ma nstab li huwa irradjat. Ir-riżultati kienu inkonklużivi fi 11-il każ.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 105

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħwawar, ħxejjex aromatiċi u estratti veġetali

79

11

0

EN 13783, EN 1788

Ħxejjex ikkaboċċjati

7

0

0

EN 13783

Frott imnixxef

2

0

0

EN 13783

Frott - diversi

2

0

0

EN 13783

Taħlit ta' ħxejjex aromatiċi

2

0

0

EN 13783

Ġewż

2

0

0

EN 13783

Total

94

11

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

89,52 %

10,48 %

0,00 %

 

3.16.   Il-Latvja

Ġew meħuda żewġ kampjuni; Iż-żewġ kampjuni nstabu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 2

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Soppa mnixxfa għal preparazzjoni ta' malajr

1

0

0

EN 1788

Te tal-ħxejjex aromatiċi

1

0

0

Total

2

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

0,00 %

0,00 %

 

3.17.   Il-Litwanja

Kienu ttestjati 89 kampjun, kull kampjun kien konformi.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 89

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, kampjuni ta' te, kampjuni ta' ħwawar

89

0

0

EN 13783:2004

Total

89

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.18.   Il-Lussemburgu

B’kollox, 20 kampjun ta' supplimenti tal-ikel ġew analizzati. Sitt kampjuni nstabu li huma rradjati. Ir-riżultati kienu inkonklużivi f'sitt każijiet.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 20

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Supplimenti tal-ikel

8

6

6

EN 1788

Total

8

6

6

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

40,00 %

30,00 %

30,00 %

 

3.19.   Malta

B'kollox ġew analizzati 25 kampjun ta' ħxejjex aromatiċi u ħwawar. 21 kampjun instabu rradjati iżda ma kienux ittikkettjati bħala tali.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 25

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

4

0

21

EN 13751

Total

4

0

21

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

16,00 %

0,00 %

84,00 %

 

3.20.   L-Olanda

Fl-2007, ittieħdu u ġew analizzati 416-il kampjun. 33 kampjun nstabu li huma rradjati. Tlieta mill-kampjuni rradjati, kull suppliment djetetiku, kienu ttikkettjati korrettament bħala tali.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 416

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Supplimenti tal-ikel

201

0

29

EN 1788, EN 13751

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar

185

0

1

EN 1788, EN 13751

Total

386

0

30

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

92,79 %

00,00 %

7,21 %

 

3.21.   Il-Polonja

B'kollox, ġew analizzati 150 kampjun u kampjun minnhom ittestja pożittiv għall-irradjazzjoni u ma kienx ittikkettjat korrettament.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 150

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali

66

0

0

EN 1786, EN 1787, EN 1788, EN 13751

Ġewż inkluż karawett

25

0

0

EN 1786, EN 1787, EN 1788

Ħxejjex

20

0

1

EN 1786, EN 1787, EN 1788

Frott

19

0

0

EN 1786, EN 1787, EN 1788

Ħut u frott tal-baħar

13

0

0

EN 1786, EN 1787, EN 1788

Tjur tal-irziezet u prodotti tagħhom, bajd u prodotti tal-bajd

7

0

0

EN 1786, EN 1787, EN 1788

Total

149

0

1

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

99,33 %

00,00 %

0,67 %

 

3.22.   Il-Portugall

L-ebda informazzjoni ma ntbagħtet mill-Portugall.

3.23.   Ir-Rumanija

Fl-2007, saru kontrolli fuq id-dokumenti (inkluż ittikkettjar) ta' prodotti tal-ikel (ħxejjex aromatiċi mnixxfa, ħwawar, taħwir veġetali) f'2 014-il ħanut tal-bejgħ bl-imnut. Il-prodotti tal-ikel kollha li kienu spezzjonati ma kinux immarkati bħala rradjati. L-ebda kontroll analitiku fir-rigward tal-irradjazzjoni tal-ikel ma twettaq fl-2007.

3.24.   L-Iżvezja

Matul l-2007, b'kollox kienu analizzati sitt kampjuni: laħam tal-biżonti, ptarmigan, żrinġijiet, kukkudrilli, u żewġ tipi differenti ta' ġobon. Il-metodu wżat biex jiġi analizzat l-ikel irradjat huwa skont EN 1784. L-ebda mill-kampjuni ma nstabu rradjati.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 6

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Laħam

4

0

0

EN 1784

Ġobon

2

0

0

EN 1784

Total

6

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.25.   Ir-Repubblika tas-Slovakkja

B'kollox 41 kampjun ġew analizzati fir-Repubblika tas-Slovakkja fl-2007, u ebda wieħed minnhom ma ttestja pożittiv għall-irradjazzjoni

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 41

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Karawett u ġewż ieħor

25

0

0

EN 1784

Ġobon

12

0

0

EN 1784

Laħam (tiġieġ, papri)

3

0

0

EN 1784

Żerriegħa tal-peprin

1

0

0

EN 1784

Total

41

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.26.   Is-Slovenja

Mal-20 kampjun ġew ikkontrollati għat-trattament tar-radjazzjoni li tijonizza. Ebda kampjun ma nstab rradjat.

Ikel analizzat

Numru ta' kampjuni: 20

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħwawar

10

0

0

EN 13751

Supplimenti tal-ikel

10

0

0

EN 1788, EN 13751

Total

20

0

0

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

100,00 %

00,00 %

00,00 %

 

3.27.   Ir-Renju Unit

Fl-2007, ġew analizzati 407 kampjuni. Numru minn dawn il-prodotti kienu analizzati bħala komponenti separati (pereżempju noodles u l-pakkett ta' taħwir li jkun inkluż man-noodles) u kull parti ttrattata bħala kampjun individwali. Għaldaqstant, total ta’ 429 kampjun ġew analizzati li minnhom 48 instabu li kienu rradjati. Il-kampjuni rrappurtati bħala “inkonklużivi” ġew identifikati bħala intermedji permezz tal-metodu CEN EN 13751:2002 u ma ġewx analizzati aktar; jew kienu kampjuni ta' “sensittività baxxa” tant li l-proporzjon ta’ kontenut minerali tal-kampjuni ma kienx biżżejjed biex titwettaq analiżi preċiża.

Ikel analizzat

Numru ta' prodotti: 407

Għadd ta' kampjuni analizzati: 429

Metodu CEN użat

Konformi

Inkonklużiv

Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali

163

18

6

EN 13751, EN 1778

Supplimenti tal-ikel

83

7

31

EN 13751, EN 1778

Noodles u ikel Ażjatiku deidratat

30

2

4

EN 13751, EN 1778

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar friski u ppriservati (għajr dawk imnixxfa)

27

0

0

EN 13751, EN 1778

Frott (inkluż frott frisk u frott imnixxef)

23

0

1

EN 13751, EN 1778

Tejiet

14

0

3

EN 13751, EN 1778

Faqqiegħ

7

0

0

EN 13751

Ħut/ikel tal-baħar (gambli mnixxfin)

2

0

0

EN 13751

Zlazi (likwidi/iffriżati)

2

0

0

EN 13751

Laħam imnixxef

1

0

0

EN 13751

Għasel u prodotti oħrajn tan-naħal

1

0

3

EN 13751, EN 1778

Ħxejjex (basal imnixxef)

1

0

0

EN 13751

Total

354

27

48

 

Total f' % tal-kampjuni analizzati

82,52 %

6,29 %

11,19 %

 

3.28.   Sommarju għall-UE

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-kampjuni analizzati u r-riżultati miksuba għall-UE kollha kemm hi.

Stat Membru

Kampjuni konformi

Inkonklużivi

Kampjuni mhux konformi

Total tal-kampjuni

% mit-total tal-kampjuni tal-UE

AT

115

0

0

115

1,78

BE

88

0

1

89

1,38

BG

EI

EI

EI

EI

EI

CY

EKA

EKA

EKA

EKA

EKA

CZ

58

0

2

60

0,93

DE

3 669

20

55

3 744

57,93

DK

EKA

EKA

EKA

EKA

EKA

EE

EKA

EKA

EKA

EKA

EKA

EL

92

0

0

92

1,42

ES

127

0

3

130

2,01

FI

89

0

5

94

1,45

FR

111

0

6

117

1,81

HU

118

20

1

139

2,15

IE

559

0

21

580

8,97

IT

94

11

0

105

1,62

LV

2

0

0

2

0,03

LT

89

0

0

89

1,38

LU

8

6

6

20

0,31

MT

4

0

21

25

0,39

NL

383

0

33

416

6,44

PL

149

0

1

150

2,32

PT

EI

EI

EI

EI

EI

RO

EKA

EKA

EKA

EKA

EKA

SE

6

0

0

6

0,09

SK

41

0

0

41

0,63

SI

20

0

0

20

0,31

UK

354

27

48

429

6,64

EU TOTALI

6 176

84

203

6 463

 

F' %

95,56

1,30

3,14

 

 

EI: Ma ntbagħtet l-ebda informazzjoni mill-Istat Membru.

EKA: Ma twettqu l-ebda kontrolli analitiċi fl-2007.

4.   SINTEŻI

Dan ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007. Dan jinkludi ġabra ta' tagħrif mgħoddi lill-Kummissjoni minn 25 Stat Membru.

Skont l-informazzjoni li ntbagħtet, kien hemm 22 faċilità tal-irradjazzjoni approvati operattivi fi 11-il Stat Membru skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 1999/2/KE. Faċilita tal-irradjazzjoni approvata ngħalqet. L-ebda faċilità tal-irradjazzjoni ġdida ma kienet approvata fl-2007, iżda żdiedet faċilità tal-irradjazzjoni mal-lista minħabba l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija. Sitt faċilitajiet tal-irradjazzjoni ma rradjaw l-ebda ikel jew ingredjenti tal-ikel matul l-2007; ma ntbagħtitx informazzjoni dwar faċilità tal-irradjazzjoni waħda.

Matul l-2007, kwantità totali ta' 8 154 tunnellata ta' prodotti kienu ttrattati b'irradjazjoni li tijonizza f'16-il faċilità tal-irradjazzjoni approvata fi tmien Stati Membri. 89,29 % kienu rradjati fi tliet Stati Membri: il-Belġju (34,33 %), l-Olanda (28,49 %) u Franza (26,23 %). L-akbar tliet frazzjonijiet fil-kategoriji tal-prodotti rradjati kienu koxox taż-żrinġijiet (31,29 %), ħxejjex aromatiċi u ħwawar (21,94 %) u tiġieġ (20,80 %).

Fir-rigward tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti, 25 minn 27 Stat Membru bagħtu informazzjoni. Erba' Stati Membri ma wettqu l-ebda kontrolli analitiċi fil-kontroll u spezzjoni uffiċjali. Stat Membru ġibed l-attenzjoni li skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, l-operaturi fil-kummerċ tal-ikel għandhom iwettqu kontrolli huma stess biex jiżguraw konformità mar-regoli dwar l-irradjazzjoni tal-ikel.

Total ta' 6 463 kampjun kienu meħuda minn 21 Stat Membru. 6 176 kampjun (95,56 %) kienu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. 203 kampjuni (3,14 %) ma kinux konformi. Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità spiss kienu relatati ma' ttikkettjar mhux korrett u l-irradjazzjoni ta' kategoriji li għalihom din mhix awtorizzata. 84 kampjun (1,30 %) ma wasslux għal riżultati konklużivi. Dan ġara l-aktar f'taħlit ta' ingredjenti fejn kien kultant impossibbli li wieħed jiddetermina liema mill-ingredjenti kienu rradjati biex jinstab jekk l-irradjazzjoni kinitx awtorizzata jew le.


(1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

(2)  http://ec.europa.eu./food/food/biosafety/irradiation/index_en.htm

(3)  ĠU C 187, 7.8.2003, p. 13.

(4)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24.

(5)  ĠU C 112, 12.5.2006, p. 6.

(6)  L-irradjazzjoni hija identifikata permezz tat-thermoluminescence dderivat mill-EN 1788.

(7)  Metodi oħrajn (pereżempju ir-riżonanza paramanjetika tal-elettroni) kienu wżati wkoll biex tkun identifikata r-radjazzjoni.

(8)  Il-kampjun tat-te li ttestja pożittiv għall-irradjazzjoni kien ittikkettjat bħala tali, madankollu l-irradjazzjoni tat-te mhix awtorizzata fl-Ungerija.


Top