EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DP0334

Ix-xogħol tal-Plenarja u r-rapporti ta' inizjattiva Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Lulju 2008 dwar emenda għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl tal-proposti mill-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari dwar il-ħidma tar-rapporti Plenarji u r-rapporti ta' inizjattiva (2007/2272(REG))

ĠU C 294E, 3.12.2009, p. 86–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 294/86


It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2008
Ix-xogħol tal-Plenarja u r-rapporti ta' inizjattiva

P6_TA(2008)0334

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar emenda għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl tal-proposti mill-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari dwar il-ħidma tar-rapporti Plenarji u r-rapporti ta' inizjattiva (2007/2272(REG))

2009/C 294 E/22

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti tal-25 ta' Ottubru u tat-12 ta' Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-ittri mibgħuta mill-President tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 u tal-31 ta' Jannar 2008,

wara li kkunsidra l-Ewwel Rapport Interim tal-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari rigward “Il-plenarja u l-kalendarju tal-attivitajiet” ippreżentat lill-Konferenza tal-Presidenti fis-6 ta' Settembru 2007 u l-konklużjonijiet tiegħu rigward ir-rapporti ta' inizjattiva,

wara li kkunsidra l-Artikolu 199 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0197/2008),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Jinnota li l-emendi se jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li ġejja, barra l-punti 2 u 3 tal-Anness IIa l-ġdid, li se jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tal-leġislatura parlamentari tiegħu li tibda f'Lulju 2008; jinnota li l-Artikolu 45(1a) għandu japplika bl-istess mod għar-rapporti awtorizzati qabel ma tidħol fis-seħħ din id-dispożizzjoni;

3.

Jiddeċiedi li l-Emenda 5 rigward l-Artikolu 39(2) fid-deċiżjoni tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-emenda għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl tal-Istatut għall-Membri (1) se tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li ġejja;

4.

Jiddeċiedi, skond l-Artikolu 204(c), li jippubblika d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti dwar ir-Regoli u l-Prassi dwar rapporti fuq inizjattiva proprja kif mibdula mid-deċiżjonijiet tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2007 u tal-14 Frar 2008 bħala anness għar-Regoli tal-Proċedura; jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex jaġġorna dan l-anness skond deċiżjonijiet fil-ġejjieni mill-Konferenza tal-Presidenti dwar din il-kwistjoni;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

TEST PREŻENTI

EMENDA

Emenda 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 38 a (ġdid)

 

Artikolu 38a

Id-drittijiet ta' inizjattiva mogħtija lill-Parlament mit-Trattati

F'każijiet fejn it-Trattati jagħtu dritt ta' inizjattiva lill-Parlament, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jfassal rapport fuq inizjattiva proprja

Ir-rapport għandu jinkludi:

a)

mozzjoni għal riżoluzzjoni;

b)

fejn hu xieraq, abbozz ta' deċiżjoni jew abbozz ta' proposta;

c)

stqarrija spjegattiva li tinkludi, fejn ikun xieraq, dikjarazzjoni finanzjarja.

Fejn l-adozzjoni ta' att mill-Parlament jeħtieġ l-approvazzjoni jew il-kunsens tal-Kunsill u l-opinjoni jew il-kunsens tal-Kummissjoni, il-Parlament jista', wara l-votazzjoni għall-att propost, u fuq proposta tar-rapporteur, jiddeċiedi li jipposponi l-votazzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni sakemm il-Kunsill jew il-Kummissjoni jkunu ddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom.

Emenda 2

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 45 — paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jkunu f' rapporti fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skond il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 131a. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoniijiet bħal dawn m'humiex ammissibbli biex jitqiesu fil-plenarja kemm-il darba ma jkunux imressqa mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid, imma mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet alternattivi jistgħu jitressqu skond l-Artikolu 151(4). Dan il-paragrafu m'għandux japplika fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skond id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 38a jew 39, jew fejn ir-rapport jista' jitqies bħala rapport strateġiku skond il-kriterji stipulati mill-Konferenza tal-Presidenti. (2)

Emenda 3

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 45 — paragrafu 2 — subparagrafu 1

2.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw “mutatis mutandis” f'każi fejn it-Trattati jagħtu d-dritt ta' inizjattiva lill-Parlament.

2.

Fejn is-suġġett tar-rapport jaqa' taħt id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikolu 38a, l-awtorizzazzjoni tista' tinżamm biss fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattati ma ġewx sodisfatti.

Emenda 4

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 45 — paragrafu 2 — subparagrafu 2

F'dawn il-każi, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn.

2a.

Fil-każijiet imsemmija fl-artikolu 38a u l-Artikolu 39 , il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn.

Emenda 5

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 110 — paragrafu 1

1.

Mistoqsijiet li jitolbu tweġiba bil-miktub lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni jistgħu jsiru minn kull Membru. L-interpellanti jkunu esklussivament responsabbli esklussiva tal-kontenut tal-mistoqsija.

1.

Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni skond linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (3) . L-interpellanti jkunu esklussivament responsabbli esklussiva tal-kontenut tal-mistoqsija.

Emenda 6

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 110 — paragrafu 2

2.

Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom lill-istituzzjoni konċernata.

2.

Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom lill-istituzzjoni konċernata. Dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandha tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-President. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun innotifikata lill-persuna lil tagħmel il-mistoqsija.

Emenda 7

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 111 — paragrafu 1

1.

Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet li jitolbu tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew.

1.

Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet li jitolbu tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew skond linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (4)

Emenda 8

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 131 a (ġdid)

 

Artikolu 131a

Preżentazzjoni qasira

Fuq talba tar-rapporteur jew fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' wkoll jiddeċiedi li punt li ma jkunx jeħtieġ dibattitu sħiħ jiġi ttrattat permezz ta' preżentazzjoni qasira fil-plenarja mir-rapporteur. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandu jkollha l-opportunità li tintervjeni u kwalunkwe Membru għandu jkollu d-dritt li jirreaġixxi billi jippreżenta stqarrija bil-miktub addizzjonali skond l-Artikolu 142(7).

Emenda 9

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 142 — paragrafu 5

5.

Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom, bħala regola, jingħataw l-attenzjoni fid-dibattitu dwar rapport preċiż wara l-preżentazzjoni tiegħu mir-rapporteur. Madankollu, f'dibattitu dwar xi proposta tal-Kummissjoni, il-President għandu jistieden lill-Kummissjoni sabiex titkellem l-ewwel biex tippreżenta l-proposta tagħha fil-qosor, u meta d-dibattitu jkun dwar test li joriġina mill-Kunsill, il-President jista' jistieden lill-Kunsill sabiex jitkellem l-ewwel, u f'kull każ ir-rapporteur għandu jieħu l-kelma wara. Il-Kummissjoni u l-Kunsill u r-rapporteur jistgħu jiġu mismugħa mill-ġdid, b'mod partikolari biex jirrispondu għad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Membri.

5.

Fid-dibattitu fuq xi rapport il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinstemgħu, bħala regola, minnufih wara l-preżentazzjoni tiegħu mir-rapporteur. Il-Kummissjoni, il-Kunsill u r-rapporteur jistgħu jinstemgħu mill-ġdid, b'mod partikolari biex jirrispondu għall-istqarrijiet magħmula mill-Membri.

Emenda 10

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 151 — paragrafu 4

4.

Grupp politiku jista' jqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni li tkun tfittex li tissostitwixxi riżoluzzjoni għal mozzjoni mhux leġiżlattiva li tkun tinsab f'xi rapport ta' kumitat.

4.

Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva għal mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva li tkun f' xi rapport ta' kumitat.

F'każ bħal dan, il-grupp ma jistax iqiegħed fuq il-Mejda emendi għal mozzjoni għal riżoluzzjoni mill-kumitat responsabbli. Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-grupp ma tistax tkun itwal mill-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-kumitat. Fuq din għandu jittieħed vot uniku mingħajr emendi fil-Parlament.

F'każ bħal dan, il-grupp jew il-Membri kkonċernati ma jistgħux iressqu emendi għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni mill-kumitat responsabbli. Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva ma tistax tkun itwal mill-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-kumitat. Fuq din għandu jittieħed vot wieħed fil-Parlament mingħajr emendi.

 

L-Artikolu 103(4) għandu japplika mutatis mutandis .

Emenda 11

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Anness II a (ġdid)

 

ANNESS II a

Linji gwida għal mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub skond l-Artikoli 110 u 111

1.

Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub għandhom:

jaqgħu taħt il-kompetenza u r-responsabilità tal-istituzzjoni kkonċernata u jkunu ta' interess ġenerali;

ikunu konċiżi u jkollhom interrogazzjoni li tinftiehem sew;

ma jkunx fihom lingwaġġ offensiv;

ma jkollhomx x'jaqsmu ma' kwistjonijiet strettament personali;

2.

Jekk mistoqsija ma tkunx konformi ma' dawn il-linji gwida, is-Segretarjat għandu jipprovdi lill-awtur b'parir dwar kif il-mistoqsija tista' titfassal sabiex tkun ammissibbli.

3.

Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel lill-awtur. Il-mistoqsija ripetuta m'għandhiex tiġi mgħoddija lill-istituzzjoni kkonċernata ħlief jekk l-awtur isemmi żviluppi ġodda sinifikanti jew ħlief jekk ikun qed ifittex aktar tagħrif .

4.

Jekk mistoqsija tfittex tagħrif fattwali jew statistika li diġà tkun disponibbli fil-librerija tal-Parlament, dan tal-aħħar għandu jinforma lill-Membru, li jista' jirtira l-mistoqsija.

5.

Mistoqsijiet dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma xulxin jistgħu jitwieġbu flimkien.

(1)  Testi Adottati. ta' dik id-data, P6_TA(2007)0500.

(2)   Ara d-deċiżjoni relevanti tal-Konferenza tal-Presidenti, riprodotta fl-Anness[…] tar-Regoli ta' Proċedura.

(3)   Ara l-Anness IIa.

(4)   Ara l-Anness IIa.


Top