EUR-Lex Baza aktów prawnych Unii Europejskiej

Powrót na stronę główną portalu EUR-Lex

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 52001XC1222(02)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-istati membri Qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment Kodiċi ta' l-għajnuna lill-industrija tal-fibri sintetiċi Qafas tal-Komunità għal għajnuna ta' l-Istat lill-industrija tal-karrozzi bil-mutur(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 368, 22.12.2001, str. 10—10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 08 Volum 002 P. 124 - 124

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LV, LT, HU, MT, SK, SL)

52001XC1222(02)



Official Journal C 368 , 22/12/2001 P. 0010 - 0010


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-istati membri

Qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment

Kodiċi ta' l-għajnuna lill-industrija tal-fibri sintetiċi

Qafas tal-Komunità għal għajnuna ta' l-Istat lill-industrija tal-karrozzi bil-mutur

(2001/K 368/03)

(Test b'relevanza ghaż-ŻEE

Il-qafas multisettorjali kurrenti dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment kien adottat fl-1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru, 1998 għal perjodu ta' prova inizjali ta' tliet snin. Qabel tmiem il-perjodu ta' prova, il-Kummissjoni għandha tmexxi reviżjoni kompluta ta' l-utilità u ta' l-iskop tal-qafas, li għandha inter alia tikkonsidra l-kwistjoni jekk għandux jiġġedded, jiġi rivedut jew jiġi abolit. F'Lulju, 2001, il-validità tiegħu kienet estiża sal-31 ta' Diċembru, 2001, biex ikun possibbli għal-Kummissjoni li tispiċċa r-reviżjoni tagħha.

Il-kodiċi dwar l-għajnuna lill-industrija tal-fibri sintetiċi daħal fis-seħħ fl-1 ta' April, 1996 b'perjodu ta' validita għal tliet snin. Il-validita tiegħu kienet estiża sal-31 ta' Diċembru, 2001, biex ikun possibbli għall-Kummissjoni li tagħmel stima fil-kuntest tar-reviżjoni tal-qasam multisettorjali jekk il-qasam settorjali għall-industrija tal-fibri sintetiċi jibqax iktar xieraq jew le.

Fl-1989, il-Kummissjoni introduċiet qafas ta' għajnuna ta' l-Istat għall-industrija tal-karrozzi bil-mutur. Il-validità tiegħu kienet estiża sal-31 ta' Diċembru, 2001, biex ikun possibbli għall-Kummissjoni tagħmel stima fil-kuntest tar-reviżjoni tal-qafas multisettorjali jekk qasam settorjali għal għajnuna ta' l-Istat lill-industrija tal-karrozzi bil-mutur jibqax iktar xieraq jew le.

L-ewwel laqgħa multilaterali tas-servizzi tal-Kummissjoni ma' l-esperti ta' Istati Membri saret fit-13 ta' Lulju, 2001 biex tiddiskuti r-reviżjoni preliminari ta' l-utilità u l-iskop tal-qafas multisettorjali kif ukoll biex teżamina għażliet għall-futur. Laqgħa oħra multilaterali għandha ssir fit-13 ta' Novembru, 2001 biex tiddiskuti abbozz ġdid tal-qafas multisettorjali.

Fil-frattemp hemm bżonn li tkun estiża l-validità tal-qafas multisettorjali kurrenti dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment, il-kodiċi dwar l-għajnuna għall-industrija tal-fibri sintetiċi u l-qafas tal-Komunità għal għajnuna ta' l-Istat fil-qafas kurrenti lill-industrija tal-karrozzi bil-mutur sal-31 ta' Diċembru, 2002, biex tippermetti proċedura ta' konsultazzjoni adegwata ma' l l-Istati Membri, filwaqt li tinżamm dixxiplina stretta dwar l-għajnuna.

B'ittra datata t-12 ta' Ottubru, 2001, il-Gvern tiegħek kien infurmat li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li testendi l-validità tal-qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment, tal-kodiċi dwar l-għajnuna lill-industrija tal-fibri sintetiċi u tal-qafas tal-Komunità għal għajnuna ta' l-Istat lill-industrija tal-karrozzi bil-mutur sal-31 ta' Diċembru, 2002 biex tippermetti konsultazzjoniijiet bejn l-Istati Membri dwar il-qafas multisettorjali futur. Jekk il-qafas multisettorjali ġdid jidħol fis-seħħ qabel il-31 ta' Diċembru, 2001, hu għandu jissostitwixxi t-tliet oqfsa mtawwlin mid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ.

Fil-laqgħa tagħha tat-13 ta' Novembru, 2001, il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li testendi l-validità tal-qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment, tal-kodiċi dwar l-għajnuna lill-industrija tal-fibri sintetiċi u l-qafas tal-Komunità dwar l-għajnuna ta' l-Istat lill-industrija tal-karrozzi bil-mutur sal-31 Diċembru, 2002.

Fl-istess laqgħa l-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi, fil-forma ta' miżura xierqa fis-sens ta' l-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE, li l-Istati Membri jħarsu r-regoli tal-qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment, tal-kodiċi dwar l-għajnuna għall-industrija tal-fibri sintetiċi u tal-qafas tal-Komunità għal għajnuna ta' l-Istat lill-industrija tal-karrozzi bil-mutur bħala riżultat ta' din l-estenzjoni, u b'mod partikolari n-notifika tal-ħtiġiet stipulati fihom.

Il-Gvern tiegħek huwa mitlub jinforma lill-Kummissjoni sas-26 ta' Novembru, 2001 jekk jaqbilx mal-proposti hawn fuq imsemmija. Jekk il-Gvern tiegħek ma jagħtix il-qbil tiegħu f'dak il-perjodu, l-Kummissjoni tkun obbligata kostretta tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE dwar l-iskemi tal-għajnuna kollha approvati li jistgħu japplikaw għas-setturi koperti bil-qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment, bil-kodiċi dwar l-għajnuna lill-industrija tal-fibri sintetiċi u bil-qafas tal-Komunità għal għajnuna ta' l-Istat lill-industrija tal-karrozzi bil-mutur.

--------------------------------------------------

Góra