EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2320

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2320 tas-16 ta' Diċembru 2016 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżjorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 u l-miri ta' emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2015 skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2016) 8583)

C/2016/8583

ĠU L 345, 20.12.2016, p. 96–111 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2320/oj

20.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/96


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2320

tas-16 ta' Diċembru 2016

li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżjorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 u l-miri ta' emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2015 skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2016) 8583)

(It-testi bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bl-Olandiż, bil-Portugiż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011, kull sena l-Kummissjoni tinħtieġ tikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 u l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal kull manifattur tal-vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni. Abbażi ta' dak il-kalkolu, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-manifatturi u l-konsorzji tal-manifatturi jkunux ikkonformaw mal-miri ta' emissjonijiet speċifiċi tagħhom.

(2)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifatturi għall-2015 jiġu kkalkulati skont it-tielet paragrafu ta' dak l-Artikolu u jqisu 75 % mill-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur irreġistrati matul dik is-sena.

(3)

Id-dejta ddettaljata li trid tintuża għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji u tal-miri ta' emissjonijiet speċifiċi hija bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet mill-Istati Membri ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda matul is-sena kalendarja preċedenti. Meta vetturi kummerċjali ħfief jingħataw approvazzjoni tat-tip bħala parti minn proċess maqsum f'diversi stadji, il-manifattur tal-vettura bażi jerfgħa r-responsabbiltà għall-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura kkompletata.

(4)

L-Istati Membri kollha ppreżentaw id-dejta għall-2015 lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011. Fejn il-verifika tad-dejta tal-Kummissjoni, wriet li ċerta dejta kienet nieqsa jew manifestament skorretta, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Istati Membri kkonċernati u, soġġett għall-qbil ta' dawk l-Istati Membri, id-dejta ġiet aġġustata jew mimlija kif xieraq. Fil-każijiet fejn ma seta' jintlaħaq l-ebda ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, id-dejta provviżorja ta' dak l-Istat Membru ma ġietx aġġustata.

(5)

Fis-17 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni ppubblikat id-dejta provviżorja u nnotifikat 60 manifattur dwar il-kalkoli provviżorji tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tagħhom fl-2015 u l-miri ta' emissjonijiet speċifiċi tagħhom. Il-manifatturi ntalbu jivverifikaw id-dejta u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żball li jsibu fi żmien tliet xhur minn meta jkunu rċevew in-notifika. 21 manifattur ippreżentaw notifiki ta' żbalji.

(6)

Għad-39 manifattur l-ieħor li ma nnotifikaw ebda żball fis-settijiet tad-dejta jew li ma bagħtu l-ebda tweġiba oħra, id-dejta provviżorja u l-kalkoli provviżorji tal-emmissjonijiet speċifiċi medji u l-miri ta' emmissjonijiet speċifiċi għandhom jiġu kkonfermati.

(7)

Il-Kummissjoni vverifikat l-iżbalji nnotifikati mill-manifatturi, u r-raġunijiet rispettivi għall-korrezzjoni tagħhom, u s-sett tad-dejta ġie kkonfermat jew emendat.

(8)

Fil-każ ta' rekords mingħajr numri ta' identifikazzjoni li jaqblu, u b'parametri ta' identifikazzjoni nieqsa jew mhux korretti, bħal pereżempju t-tip, il-varjant, il-kodiċi tal-verżjoni jew in-numru ta' approvazzjoni tat-tip, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-manifatturi ma jistgħux jivverifikaw jew jikkoreġu dawk ir-rekords. Bħala konsegwenza, jixraq li jiġi applikat marġni ta' żball lill-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u lill-valuri tal-massa ta' dawk ir-rekords.

(9)

Il-marġni ta' żball irid jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-distanzi mill-mira ta' emissjonijiet speċifiċi (mogħtija bħala l-miri ta' emissjonijiet speċifiċi mnaqqsa mill-emissjonijiet speċifiċi medji) kkalkulata meta jiġu inklużi u esklużi dawk ir-reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi. Kemm jekk dik id-differenza tkun pożittiva kif ukoll jekk tkun negattiva, il-marġni ta' żball għandu dejjem itejjeb il-pożizzjoni tal-manifattur fir-rigward tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu.

(10)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, manifattur għandu jitqies li huwa konformi mal-mira ta' emissjonijiet speċifiċi tiegħu msemmija fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament meta l-emissjonijiet medji indikati f'din id-Deċiżjoni jkunu inqas mill-mira ta' emissjonijiet speċifiċi, espressi bħala distanza negattiva mill-mira. F'każ li l-emissjonijiet medji jeċċedu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi, għandu jiġi impost primjum għall-eċċess ta' emissjonijiet, sakemm il-manifattur ikkonċernat ma jibbenefikax minn eżenzjoni minn dik il-mira jew huwa membru ta' konsorzju u l-konsorzju jikkonforma mal-mira ta' emissjonijiet speċifiċi tiegħu.

(11)

Fit-3 ta' Novembru 2015 il-Volkswagen Group għamel dikjarazzjoni dwar il-fatt li nstabu xi irregolaritajiet waqt id-determinazzjoni tal-livelli ta' CO2 għall-approvazzjoni tat-tip għal uħud mill-vetturi tiegħu. Filwaqt li din il-kwistjoni ġiet investigata sew, il-Kummissjoni madankollu għandha bżonn aktar kjarifiki mill-konsorzju Volkswagen kollu kemm hu kif ukoll konferma mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti nazzjonali dwar in-nuqqas ta' dawn it-tip ta' irregolaritajiet. Konsegwentement il-valuri għall-konsorzju tal-Volkswagen u l-membri tiegħu (Audi AG, Dr. Ing. h.c.F. Porsche AG, Quattro GmbH, Seat S.A., Skoda Auto A.S., u Volkswagen AG) ma jistgħux jiġu kkonfermati jew emendati.

(12)

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevedi l-prestazzjoni tal-manifattur hekk kif inhija kkonfermata jew emendata b'din id-Deċiżjoni, jekk l-awtoritajiet rilevanti nazzjonali jikkonferma l-eżistenza ta' irregolaritajiet fil-valuri tal-emissjonijiet CO2 użati għall-iskop tad-determinazzjoni tal-konformità tal-manifattur mal-mira tal-emissjoni speċifiċi.

(13)

Il-kalkolu provviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2015, il-miri ta' emissjonijiet speċifiċi u d-differenza bejn dawk iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkonfermati jew emendati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-valuri li jirrelataw mar-rendiment tal-manifatturi, kif ikkonfermati jew emendati għal kull manifattur ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda u għal kull konsorzju ta' manifatturi bħal dawn fir-rigward tas-sena kalendarja 2015 skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, huma speċifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil dawn il-manifatturi u konsorzji individwali li ġejjin, li ġew iffurmati b'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011:

(1)

Alfa Romeo S.P.A.

C.so Giovanni Agnelli 200

10135 Torino

L-Italja

(2)

Automobiles Citroen

Route de Gizy

78943 Vélizy-Villacoublay

Cedex France

(3)

Automobiles Peugeot

Route de Gizy

78943 Vélizy-Villacoublay

Cedex France

(4)

AVTOVAZ JSC

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

LADA France S.A.S.

13, Route Nationale 10

78310 Coignieres

Franza

(5)

BLUECAR SAS

31-32 quai de Dion Bouton

92800 Puteaux

Franza

(6)

Bayerische Motoren Werke AG

Petuelring 130

80788 München

Il-Ġermanja

(7)

BMW M GmbH

Petuelring 130

80788 München

Il-Ġermanja

(8)

FCA US LLC

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Fiat Chrysler Automobiles

Building 5 — Ground floor — Room A8N

C.so Settembrini, 40

10135 Torino

L-Italja

(9)

CNG-Technik GmbH

Niehl Plant, building Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(10)

COMARTH ENGINEERING S.L.

Carril Alejandrico 79

ES-30570 Beniajan — Murcia

Spanja

(11)

Automobile Dacia S.A.

Guyancourt

1 avenue du Golf

78288 Guyancourt Cedex

Franza

(12)

Daimler AG

Mercedesstr 137/1 Zimmer 229

HPC F403

70327 Stuttgart

Il-Ġermanja

(13)

DFSK MOTOR CO., LTD.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Giotti Victoria Srl

Sr.l. Pissana Road 11/a 50021

Barberino Val D' Elsa (Florence)

L-Italja

(14)

Esagono Energia S.r.l.

Via Puecher 9

20060 Pozzuolo Martesana (MI)

L-Italja

(15)

FCA Italy S.p.A.

Building 5 — Ground floor — Room A8N

C.so Settembrini, 40

10135 Torino

L-Italja

(16)

Ford Motor Company of Awstralja Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Ford Werke GmbH

Niehl Plant, building Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(17)

Ford Motor Company

Niehl Plant, building Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(18)

Ford Werke GmbH

Niehl Plant, building Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(19)

Fuji Heavy Industries Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Subaru Europe NV/SA

Leuvensesteenweg 555 B/8

1930 Zaventem

Il-Belġju

(20)

Mitsubishi Fuso Truck & Bus Corporation

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Daimler AG,

Mercedesstr 137/1 Zimmer 229

HPC F403

70327 Stuttgart

Il-Ġermanja

(21)

Mitsubishi Fuso Truck Europe SA

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Daimler AG,

Mercedesstr 137/1 Zimmer 229

HPC F403

70327 Stuttgart

Il-Ġermanja

(22)

LLC Automobile Plant Gaz

Poe 2

Lähte Tartumaa

60502

L-Estonja

(23)

General Motors Company

Adam Opel AG

Bahnhofsplatz 1 IPC 39-12

65423 Rüsselsheim

Il-Ġermanja

(24)

GAC Gonow Auto Co. Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

AUTORIMESSA MONTE MARIO SRL

Via della Muratella, 797

00054 Maccarese (RM)

L-Italja

(25)

Great Wall Motor Company Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Great Wall Motor Europe Technical Center GmbH

Otto-Hahn-Str. 5

63128 Dietzenbach

Il-Ġermanja

(26)

Honda Motor Co., Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Aalst Office

Wijngaardveld 1 (Noord V)

B-9300 Aalst

Il-Belġju

(27)

Honda of the UK Manufacturing Ltd.

Aalst Office

Wijngaardveld 1 (Noord V)

B-9300 Aalst

Il-Belġju

(28)

Hyundai Motor Company

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Hyundai Motor Europe GmbH

Kaiserleipromenade 5

63067 Offenbach

Il-Ġermanja

(29)

Hyundai Assan Otomotiv Sanayi Ve Ticaret A.S.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Hyundai Motor Europe GmbH

Kaiserleipromenade 5

63067 Offenbach

Il-Ġermanja

(30)

Hyundai Motor Manufacturing Czech s.r.o.

Kaiserleipromenade 5

63067 Offenbach

Il-Ġermanja

(31)

Isuzu Motors Limited

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Isuzu Motors Europe NV

Bist 12

2630 Aartselaar

Il-Belġju

(32)

IVECO S.p.A.

Via Puglia 35

10156 Torino

L-Italja

(33)

Jaguar Land Rover Limited

Abbey Road

Whitley

Coventry

CV3 4LF

United Kingdom

(34)

KIA Motors Corporation

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Kia Motors Europe GmbH

Theodor-Heuss-Allee 11

60486 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

(35)

KIA Motors Slovakia s.r.o.

Theodor-Heuss-Allee 11

60486 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

(36)

LADA Automobile GmbH

Erlengrund 7-11

21614 Buxtehude

Il-Ġermanja

(37)

Magyar Suzuki Corporation Ltd.

Legal Department Suzuki-Allee 7

64625 Bensheim

Il-Ġermanja

(38)

Mahindra & Mahindra Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Mahindra Europe S.r.l.

Via Cancelliera 35

00040 Ariccia (Roma)

L-Italja

(39)

Mazda Motor Corporation

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Mazda Motor Europe GmbH

European R&D Centre

Hiroshimastr 1

D-61440 Oberursel/Ts

Il-Ġermanja

(40)

M.F.T.B.C.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Daimler AG,

Mercedesstr 137/1 Zimmer 229

HPC F403

70327 Stuttgart

Il-Ġermanja

(41)

Mitsubishi Motors Corporation MMC

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Mitsubishi Motors Europe B.V. MME

Mitsubishi Avenue 21

6121 SG Born

In-Netherlands

(42)

Mitsubishi Motors Thailand Co., Ltd. MMTh

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Mitsubishi Motors Europe BV MME

Mitsubishi Avenue 21

6121 SG Born

In-Netherlands

(43)

Nissan International SA

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Renault Nissan Representation Office

Av des Arts 40

1040 Bruxelles

Il-Belġju

(44)

Adam Opel AG

Bahnhofsplatz 1IPC 39-12

65423 Rüsselsheim

Il-Ġermanja

(45)

Piaggio & C S.p.A.

Viale Rinaldo Piaggio 25

56025 Pontedera (PI)

L-Italja

(46)

Renault S.A.S.

Guyancourt

1 avenue du Golf

78288 Guyancourt Cedex

Franza

(47)

Renault Trucks

99 Route de Lyon TER L10 0 01

69802 Saint Priest Cedex

Franza

(48)

SAIC MAXUS Automotive Co. Ltd. (SAIC Motor Commercial Vehicle Co. Ltd.)

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

SAIC Luc, S.a.r.l.

President Building

37 A avenue J.F. Kennedy

1855 Lussemburgu

Il-Lussemburgu

(49)

SsangYong Motor Company

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

SsangYong Motor Europe Office

Herriotstrasse 1

60528 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

(50)

StreetScooter GmbH

Jülicher Straße 191

52070 Aachen

Il-Ġermanja

(51)

Suzuki Motor Corporation

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Suzuki Deutschland GmbH

Legal Department Suzuki-Allee 7

64625 Bensheim

Il-Ġermanja

(52)

Tata Motors Limited

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Tata Motors European Technical Centre Plc.

Internal Automotive Research Centre

University of Warwick

Coventry

CV4 7AL

United Kingdom

(53)

Toyota Motor Europe NV/SA

Avenue du Bourget, 60

1140 Brussels

Il-Belġju

(54)

Toyota Caetano Portugal S.A.

Avenida Vasco de Gama 1410

4431-956 Vila Nova de Gaia

Il-Portugall

(55)

Volvo Car Corporation

VAK building Assar Gabrielssons väg

SE-405 31 Göteborg

L-Iżvezja

(56)

Konsorzju għal: Daimler AG

Mercedesstr 137/1

Zimmer 229

70546 Stuttgart

Il-Ġermanja

(57)

Konsorzju għal: FCA Italy S.p.A.

Building 5 — Ground floor — Room A8N

C.so Settembrini, 40

10135 Torino

L-Italja

(58)

Konsorzju għal: Ford-Werke GmbH

Neihl Plant, building Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(59)

Konsorzju għal: General Motors

Bahnhofsplatz 1 IPC 39-12

65423 Rüsselsheim

Il-Ġermanja

(60)

Konsorzju għal: Kia

Theodor-Heuss-Allee 11

60486 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

(61)

Konsorzju għal: Mitsubishi Motors

Mitsubishi Avenue 21

6121 SG Born

In-Netherlands

(62)

Il-konsorzju Renault

1 Avenue du Golf

78288

Guyancourt Cedex

Franza

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.


ANNESS

Tabella 1

Valuri relatati mar-rendiment tal-manifatturi kkonfermati jew emendati skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-manifattur

Konsorzji u derogi

Għadd ta' reġistrazzjonijiet

Emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 (75 %)

Mira ta' emissjonijiet speċifiċi

Distanza mill-mira

Distanza mill-mira aġġustata

Massa medja

Emissjonijiet ta' CO2 (100 %) medji

ALFA ROMEO SPA

 

9

111,833

147,482

– 35,649

– 35,649

1 410,11

128,000

AUTOMOBILES CITROEN

 

145 739

133,123

164,595

– 31,472

– 31,472

1 594,12

149,771

AUTOMOBILES PEUGEOT

 

147 199

133,424

165,947

– 32,523

– 32,523

1 608,66

151,046

AVTOVAZ JSC

P7

23

209,471

136,757

72,714

72,714

1 294,78

211,957

BLUECAR SAS

 

236

0,000

137,697

– 137,697

– 137,697

1 304,89

0,000

BAYERISCHE MOTOREN WERKE AG

 

537

125,376

173,786

– 48,410

– 48,410

1 692,95

135,836

BMW M GMBH

 

348

133,253

185,755

– 52,502

– 52,502

1 821,64

140,974

FCA US LLC

P2

943

197,222

207,485

– 10,263

– 10,276

2 055,30

210,082

CNG-TECHNIK GMBH

P3

659

118,526

155,176

– 36,650

– 36,650

1 492,84

121,299

COMARTH ENGINEERING SL

 

3

0,000

92,509

– 92,509

– 92,509

819,00

0,000

AUTOMOBILE DACIA SA

P7

23 348

120,846

135,495

– 14,649

– 14,655

1 281,22

132,506

DAIMLER AG

P1

132 571

177,569

211,675

– 34,106

– 34,216

2 100,36

189,404

DFSK MOTOR CO LTD

DMD

287

162,572

 

 

 

1 150,46

168,010

ESAGONO ENERGIA SRL

 

14

0,000

133,987

– 133,987

– 133,987

1 265,00

0,000

FCA ITALY SPA

P2

130 731

145,481

173,839

– 28,358

– 28,371

1 693,52

157,915

FORD MOTOR COMPANY OF AUSTRALIA LIMITED

P3

23 786

224,791

221,618

3,173

3,173

2 207,27

235,541

FORD MOTOR COMPANY

P3

48

186,639

215,917

– 29,278

– 29,676

2 145,97

205,583

FORD-WERKE GMBH

P3

199 794

157,473

191,136

– 33,663

– 33,664

1 879,51

170,806

FUJI HEAVY INDUSTRIES LTD

 

62

152,783

169,848

– 17,065

– 17,065

1 650,60

157,065

MITSUBISHI FUSO TRUCK & BUS CORPORATION

P1

500

235,821

265,154

– 29,333

– 29,494

2 675,40

238,206

MITSUBISHI FUSO TRUCK EUROPE SA

P1

3

235,000

276,432

– 41,432

– 41,432

2 796,67

237,667

LLC AUTOMOBILE PLANT GAZ

DMD

13

285,000

 

 

 

2 218,08

285,000

GENERAL MOTORS COMPANY

P4

10

280,000

256,933

23,067

23,067

2 587,00

302,100

GONOW AUTO CO LTD

D

65

157,333

175,000

– 17,667

– 17,667

1 194,15

177,246

GREAT WALL MOTOR COMPANY LIMITED

DMD

217

197,179

 

 

 

1 851,72

204,065

HONDA MOTOR CO LTD

 

4

145,333

161,376

– 16,043

– 16,043

1 559,50

153,750

HONDA OF THE UK MANUFACTURING LTD

 

97

120,722

166,185

– 45,463

– 45,463

1 611,22

133,588

HYUNDAI MOTOR COMPANY

 

1 375

189,669

211,403

– 21,734

– 21,734

2 097,43

198,119

HYUNDAI ASSAN OTOMOTIV SANAYI VE

 

118

109,693

111,275

– 1,582

– 1,582

1 020,78

110,788

HYUNDAI MOTOR MANUFACTURING CZECH SRO

 

232

119,494

160,712

– 41,218

– 41,218

1 552,37

140,629

ISUZU MOTORS LIMITED

 

12 765

194,373

209,025

– 14,652

– 14,652

2 071,86

201,294

IVECO SPA

 

31 685

211,664

229,635

– 17,971

– 17,971

2 293,47

219,356

JAGUAR LAND ROVER LIMITED

D

18 460

258,906

276,930

– 18,024

– 18,024

2 044,31

267,932

KIA MOTORS CORPORATION

P5

460

110,509

141,711

– 31,202

– 31,202

1 348,05

121,196

KIA MOTORS SLOVAKIA SRO

P5

327

117,331

151,588

– 34,257

– 34,257

1 454,26

126,994

LADA AUTOMOBILE GMBH

DMD

55

216,000

 

 

 

1 232,45

216,164

MAGYAR SUZUKI CORPORATION LTD

 

72

116,370

133,814

– 17,444

– 17,444

1 263,14

119,833

MAHINDRA & MAHINDRA LTD

DMD

215

204,311

 

 

 

2 016,34

208,544

MAZDA MOTOR CORPORATION

DMD

323

149,533

 

 

 

1 797,72

167,241

MFTBC

P1

33

236,000

264,418

– 28,418

– 28,418

2 667,48

239,364

MITSUBISHI MOTORS CORPORATION MMC

P6/D

940

162,221

210,000

– 47,779

– 47,779

1 915,75

179,735

MITSUBISHI MOTORS THAILAND CO LTD MMTH

P6/D

15 226

189,604

210,000

– 20,396

– 20,396

1 948,99

194,682

NISSAN INTERNATIONAL SA

 

38 535

127,710

187,288

– 59,578

– 59,578

1 838,13

176,384

ADAM OPEL AG

P4

91 895

149,226

178,934

– 29,708

– 29,708

1 748,30

160,767

PIAGGIO & C SPA

D

2 621

117,812

155,000

– 37,188

– 37,188

1 099,63

146,263

RENAULT SAS

P7

214 368

121,899

171,206

– 49,307

– 49,307

1 665,20

148,006

RENAULT TRUCKS

 

7 334

198,444

226,246

– 27,802

– 27,802

2 257,03

210,868

SAIC MOTOR COMMERCIAL VEHICLE CO LTD

DMD

63

250,000

 

 

 

2 181,90

250,000

SSANGYONG MOTOR COMPANY

D

711

196,533

210,000

– 13,467

– 13,467

2 055,36

199,992

STREETSCOOTER GMBH

 

237

0,000

147,216

– 147,216

– 147,216

1 407,25

0,000

SUZUKI MOTOR CORPORATION

DMD

337

136,849

 

 

 

1 201,79

143,650

TATA MOTORS LIMITED

 

53

196,000

202,176

– 6,176

– 6,176

1 998,21

196,000

TOYOTA MOTOR EUROPE NV SA

 

32 764

178,014

193,955

– 15,941

– 16,108

1 909,82

188,484

TOYOTA CAETANO PORTUGAL SA

DMD

42

245,839

 

 

 

1 870,16

250,762

VOLVO CAR CORPORATION

 

751

116,297

169,633

– 53,336

– 53,336

1 648,29

127,759


Tabella 2

Valuri relatati mar-rendiment tal-konsorzji kkonfermati jew emendati skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-konsorzju

Konsorzju

Għadd ta' reġistrazzjonijiet

Emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 (75 %)

Mira ta' emissjonijiet speċifiċi

Distanza mill-mira

Distanza mill-mira aġġustata

Massa medja

Emissjonijiet ta' CO2 (100 %) medji

DAIMLER AG

P1

133 107

177,711

211,891

– 34,180

– 34,291

2 102,68

189,600

FCA ITALY SPA

P2

131 674

145,707

174,080

– 28,373

– 28,385

1 696,11

158,288

FORD-WERKE GMBH

P3

224 287

161,830

194,269

– 32,439

– 32,440

1 913,19

177,533

GENERAL MOTORS

P4

91 906

149,228

178,942

– 29,714

– 29,714

1 748,39

160,782

KIA

P5

787

113,330

145,815

– 32,485

– 32,485

1 392,18

123,605

MITSUBISHI MOTORS

P6/D

16 167

187,871

210,000

– 22,129

– 22,129

1 947,06

193,813

POOL RENAULT

P7

237 739

121,542

167,696

– 46,154

– 46,158

1 627,46

146,490

Noti ta' spjega għat-Tabelli 1 u 2

Kolonna A:

Tabella 1: “Isem il-manifattur” tfisser l-isem tal-manifattur kif innotifikat lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat jew, meta ma tkunx saret din in-notifika, l-isem irreġistrat mill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-Istat Membru.

Tabella 2: “Isem il-konsorzju” tfisser l-isem tal-konsorzju kif iddikjarat mill-maniġer tal-konsorzju.

Kolonna B:

“D” tfisser li ngħatat deroga marbuta ma' manifattur ta' volumi żgħar skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, b'effett għas-sena kalendarja 2015.

“DMD” tfisser li tapplika l-eżenzjoni de minimis, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, jiġifieri manifattur li flimkien mal-impriżi konnessi kollha tiegħu kien responsabbli għal inqas minn 1 000 vettura ġdida rreġistrata fl-2015 m'hemmx għalfejn jissodisfa mira ta' emissjonijiet speċifiċi;

“P” tfisser li l-manifattur huwa membru ta' konsorzju (imniżżel fit-Tabella Nru 2) iffurmat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, u li l-ftehim tal-konsorzju jkun validu għas-sena kalendarja tal-2015.

Kolonna C:

“Għadd ta' reġistrazzjonijiet” tfisser l-għadd totali ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati minn Stat Membru f'sena kalendarja, mingħajr ma jingħaddu dawk ir-reġistrazzjonijiet li jirrelataw ma' rekords li fihom il-valuri għall-massa u/jew ta' CO2 kienu neqsin u dawk ir-rekords li l-manifattur ma jirrikonoxxix. L-għadd ta' reġistrazzjonijiet irrappurtati mill-Istati Membri ma jista' jinbidel għall-ebda raġuni oħra.

Kolonna D:

“Valur medju ta' emissjonijiet ta' CO2 (75 %)” tfisser l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 li jkunu ġew ikkalkulati abbażi tal-75 % tal-vetturi li jerħu l-inqas emissjonijiet fil-flotta tal-manifattur skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011. Fejn ikun hemm bżonn, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżbalji nnotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Ir-rekords użati għall-kalkolu jinkludu dawk li fihom valur validu għall-massa u ta' emissjonijiet ta' CO2. L-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 jinkludu tnaqqis fl-emissjonijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet dwar is-superkrediti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, l-użu ta' E85 fl-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament jew l-ekoinnovazzjonijiet fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament.

Kolonna E:

“Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi” tfisser il-mira tal-emissjonijiet ikkalkulata abbażi tal-valur medju tal-massa tal-vetturi kollha attribwiti lil manifattur billi tintuża l-formula stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

Kolonna F:

“Distanza mill-mira” tfisser id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 speċifikati fil-kolonna D u l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi fil-kolonna E. Fejn il-valur fil-kolonna F huwa pożittiv l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 jeċċedu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi.

Kolonna G:

“Distanza mill-mira aġġustata” tfisser li, meta l-valuri mogħtija f'din il-kolonna jkunu differenti minn dawk mogħtija fil-kolonna F, il-valuri f'dik il-kolonna jkunu ġew aġġustati biex jitqies marġni ta' żball. Il-marġni ta' żball jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Żball

=

valur assolut ta' [(AC1 – TG1) – (AC2 – TG2)]

AC1

=

il-valur medju ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilit fil-kolonna D);

TG1

=

il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilita fil-kolonna E);

AC2

=

il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, minbarra l-vetturi mhux identifikabbli;

TG2

=

il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi, bl-esklużjoni tal-vetturi mhux identifikabbli.

Kolonna I:

“Emmissjonijiet ta' CO2 (100 %) medji” tfisser l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 li ġew ikkalkulati abbażi ta' 100 % tal-vetturi attribwiti lill-manifattur. Fejn ikun hemm bżonn, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżbalji nnotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Ir-rekords użati għall-kalkolu jinkludu dawk li fihom valur validu għall-massa u ta' emissjonijiet tas-CO2, iżda li jeskludu t-tnaqqis ta' emissjonijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet dwar is-superkrediti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, l-użu ta' E85 fl-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament jew l-ekoinnovazzjonijiet fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament.


Top