EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0519

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/519 tas- 26 ta' Marzu 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

ĠU L 82, 27.3.2015, p. 78–104 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/03/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/519/oj

27.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/78


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/519

tas-26 ta' Marzu 2015

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, wara investigazzjoni ta' antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), permezz tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 (2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 924/2012 (3), impona dazju antidumping definittiv (“il-miżuri oriġinali”) fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar (“QĦA”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Il-miżuri, wara li ġew emendati bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 924/2012, ħadu l-forma ta' dazju ad valorem stabbilit għal produtturi esportaturi Ċiniżi magħżula bħala kampjun individwali fil-livell ta' 0,0 % sa 69,7 %. Fl-istess ħin id-dazju ta' anitidumping għal produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw, mhux inklużi fil-kampjun kien stabbilit f'livell ta' 54,1 % filwaqt li d-dazju residwali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kkoperawx kien jammonta għal 74,1 % (“id-dazji fis-seħħ”).

(3)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 723/2011 (4), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 693/2012 (5), il-miżuri oriġinali kienu estiżi għall-importazzjonijiet ta' QĦA ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le.

2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar l-iskadenza imminenti (6) tal-miżuri tal-antidumping definittivi fis-seħħ, fl-1 ta' Ottubru 2013 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet mill-Istitut Industrijali Ewropew dwar il-Qfiel (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' QĦA.

(5)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu lill-industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(6)

Wara li ddeterminat, sussegwentement għal konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fit-30 ta' Jannar 2014 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (7) (“l-avviż ta' bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   L-investigazzjoni

4.1.   Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(7)

L-investigazzjoni ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2013 (“il-perjodu kkonċernat”).

4.2.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(8)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lill-produtturi l-oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, u lir-rappreżentanti tar-RPĊ dwar it-tnedija tar-rieżami ta' skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità sabiex jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

(9)

Il-partijiet kollha interessati li talbu smigħ u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ingħataw possibbiltà ta' smigħ.

(10)

Fid-dawl tan-numru apparentament kbir ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ u ta' produtturi u importaturi mhux relatati fl-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, ġie ppjanat it-teħid ta' kampjuni fin-notifika ta' bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk hux meħtieġ it-teħid ta' kampjuni u, jekk ikun, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq kienu mitluba jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-rieżami u li jipprovdu t-tagħrif mitlub fl-avviż ta' bidu lill-Kummissjoni.

(11)

Minn 325 produttur Ċiniż magħruf, 24 ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju tat-teħid tal-kampjunar. Madankollu, 13 minn dawn irrappurtaw li ma kienux jesportaw lejn l-UE, filwaqt li tlieta oħra nstabu li ma kinux qed jagħmlu dumping fl-investigazzjoni oriġinali u għalhekk mhumiex soġġetti għall-miżura fis-seħħ. It-tmien kumpaniji li fadal irrapportaw 11 800 tunnellata ta' esportazzjoni lejn l-UE, li skont l-Eurostat kienu jikkorrispondu għal 132 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi totali lejn l-UE fil-Perjodu ta' Investigazzjoni tar-Rieżami (PIR). Kien propost kampjun tat-tliet l-akbar esportaturi. Madankollu, waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun stqarret li kienet irrapportat skorrettament l-esportazzjonijiet tagħha tal-UE fil-formola tal-kampjunar u fil-fatt kellha tirraporta li ma kienx hemm esportazzjonijiet.

(12)

Il-kampjun kien għalhekk stabbilit li jikkonsisti mill-akbar tliet esportaturi li kien fadal. It-tliet kumpaniji fil-kampjun irtiraw il-koperazzjoni tagħhom fi stadji differenti tal-proċedura billi għażlu li ma jweġbux għall-kwestjonarji jew irrifjutaw li ssirilhom verifika fuq il-post. Minħabba f'hekk, intbagħtu xi ittri lil kull waħda mit-tliet kumpaniji li infurmawhom dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ma waslet l-ebda reazzjoni minn dawn il-produtturi esportaturi.

(13)

Il-Kummissjoni eżaminat is-sitwazzjoni tal-erba' produtturi esportaturi l-oħra li wieġbu għall-kwestjonarju tal-kampjunar. L-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni kienu tant baxxi, jiġifieri anqas minn 1 % tal-esportazzjonijiet totali, li ma kienx meqjus xieraq jew rappreżentattiv li jiġi stabbilit kampjun ġdid u li l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni jkunu bbażati fuq is-sitwazzjoni tagħhom. Kien ikkunsidrat aktar xieraq li l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni jkunu bbażati fuq bażi usa' u aktar rappreżentattiva, jiġifieri fuq il-fatti disponibbli minħabba n-nonkoperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun. L-erba' kumpaniji li baqa' kienu infurmati bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża l-fatti disponibbli.

(14)

Minħabba l-koperazzjoni insuffiċjenti l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 18 tħabbret ukoll lill-awtoritajiet Ċiniżi. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti jew talbiet għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq l-ittri rispettivi lill-kumpaniji u lill-awtoritajiet Ċiniżi.

(15)

Fl-istadju preliminari tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet koperazzjoni minn 91 produttur/grupp ta' produtturi tal-Unjoni li kienu jirrappreżentaw madwar 50 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-QĦA. Minħabba n-numru kbir ta' produtturi li kkoperaw il-Kummissjoni ħadet kampjun. Il-kampjun magħżul inizjalment kien jikkonsisti minn disa' kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji fost l-aktar rappreżentattiv f'termini ta' volum, daqs, taħlita ta' tipi ta' prodott u lokalità ġeografika fl-Unjoni. Waħda mill-kumpaniji fil-kampjun irtirat il-koperazzjoni tagħha u għażlet li ma tirrispondix għall-kwestjonarju. Konsegwentement, il-Kummissjoni informat lill-kumpanija bl-esklużjoni tagħha mill-kampjun minħabba nuqqas ta' koperazzjoni. Kampjun imnaqqas għat-tmien kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji li kien baqa' kien madankollu kkunsidrat rappreżentattiv minħabba li kien ikopri 24 % tal-produzzjoni totali stmata tal-QĦA fl-Unjoni matul il-PIR.

(16)

It-tweġibiet gћall-kwestjonarju waslu mingħand żewġ importaturi tal-Unjoni. Minħabba n-numru relattivament limitat ta' kumpaniji, it-teħid ta' kampjuni ma kienx meħtieġ.

(17)

Fir-rigward tal-utenti, l-ebda wieħed minnhom ma ppreżenta ruħu sal-iskadenza mogħtija fl-avviż ta' bidu jew aktar tard fil-proċedura. Għalhekk, huwa meqjus li l-ebda utent ma kkopera fl-investigazzjoni.

(18)

Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin.

(a)

Produtturi tal-Unjoni:

Ħdax-il kumpanija (mill-anqas waħda għal kull wieħed mit-tmien gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun). Dawn il-produtturi tal-Unjoni talbu, fuq il-bażi tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, li l-identitatjiet tagħhom jinżammu kunfidenzjali. Huma sostnew li l-iżvelar tal-identità tagħhom jista' jwassal għal riskju ta' effetti negattivi sinifikanti fuq l-attivitajiet kummerċjali tagħhom. It-talba tagħhom ġiet eżaminata u nstab li kienet ġustifikata. Għaldaqstant, l-ismijiet ta' dawn il-kumpaniji mhumiex elenkati.

(b)

Importaturi tal-Unjoni

 

Adolf Würth GmbH & Co — il-Ġermanja

 

Marcopol z o.o. — Il-Polonja

(c)

Il-produtturi f'pajjiżi b'ekonomija tas-suq:

 

ACKU Metal Industries (M) Sdn. Bhd., Penang, il-Malasja

 

Sofasco Industries (M) Sdn. Bhd., Penang, il-Malasja

 

Kalisma Steel Pvt Ltd, Mumbai, l-Indja

5.   Divulgazzjoni

(19)

Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li wasslu għall-konklużjonijiet ta' dan ir-rieżami tal-iskadenza u ġew mistiedna biex jikkummentaw (divulgazzjoni finali). Dawn ingħataw ukoll perjodu ta' żmien biex jippreżentaw il-kummenti wara d-divulgazzjoni. Waslu preżentazzjonijiet mingħand l-applikant, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi, żewġ importaturi/produtturi tal-Unjoni u l-produttur Ċiniż relatat tagħhom u żewġ assoċjazzjonijiet ta' distributuri tal-Unjoni. Il-preżentazzjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(20)

Il-prodott ikkonċernat huwa ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar, għajr dawk tal-azzar inossidabbli, jiġifieri. viti għall-injam (esklużi i-coach screws — viti b'ras eżagonali biex jiddawru bi spanner), viti li jaqbdu kamin waħedhom (self-tapping), viti u boltijiet oħrajn bir-ras (sew jekk bl-iskorfini u l-woxers tagħhom u sew jekk le, iżda huma esklużi l-viti magħmulin minn 6 mm, u esklużi l-viti u l-boltijiet biex jitwaħħal materjal tal-kostruzzjoni ta' linji tal-ferrovija), kif ukoll woxers, li joriġinaw mir-RPĊ, u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7318 12 90, 7318 14 91, 7318 14 99, 7318 15 59, 7318 15 69, 7318 15 81, 7318 15 89, ex 7318 15 90, ex 7318 21 00 u ex 7318 22 00.

2.   Il-prodott simili

(21)

Il-prodott ikkonċernat u l-qfieli tal-ħadid jew tal-azzar prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-qfieli tal-ħadid jew tal-azzar prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tal-Malasja (“il-pajjiż analogu”) instabu li kellhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-istess użi bażiċi bħal qfieli tal-ħadid jew tal-azzar prodotti fir-RPĊ mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Għalhekk huma meqjusa simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

(22)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tistax twassal biex id-dumping mir-RPĊ ikompli jew jerġa' jseħħ.

1.   Il-kummenti preliminari

(23)

Kif spjegat fil-premessi minn (11) sa (14) hawn fuq, il-produtturi esportaturi Ċiniżi magħżula biex jagħmlu parti mill-kampjun ma kkoperawx fl-investigazzjoni. B'hekk, fin-nuqqas ta' koperazzjoni suffiċjenti mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-analiżi globali, inkluż il-kalkolu tad-dumping, kienet ibbażata fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(24)

Il-probabbiltà li d-dumping ikompli jew jerġa' jseħħ ġiet ivvalutata bl-użu tat-talba għal rieżami tal-iskadenza, flimkien ma' sorsi oħra ta' informazzjoni, bħalma huma l-istatistiċi tal-kummerċ dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (il-Eurostat u d-dejta tal-esportazzjoni Ċiniża) u informazzjoni oħra disponibbli pubblikament (bħal dikjarazzjoni mill-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Industrija tal-Qfiel).

(25)

In-nuqqas ta' koperazzjoni affettwa mix-paragun tal-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni minħabba li t-taħlita preċiża ta' prodotti esportati mill-produtturi Ċiniżi lejn l-Unjoni ma kinitx magħrufa.

2.   Dumping ta' importazzjonijiet matul il-PIR

2.1.   Għażla tal-pajjiż analogu u l-kalkolu tal-Valur Normali

(26)

Fl-avviż ta' bidu, il-Kummissjoni kienet stiednet il-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw dwar il-proposta tagħha li tuża lill-Indja bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq għall-iskop li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-RPĊ. L-Indja kienet intużat bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali.

(27)

Minbarra l-Indja, l-applikant kien issuġġerixxa l-Istati Uniti tal-Amerika bħala pajjiż analogu potenzjali. Partijiet oħra interessati esprimew riżervi dwar il-proposta tal-Indja u ssuġġerew il-Malasja, it-Tajwan, it-Tajlandja u l-Vjetnam bħala pajjiżi analogi alternattivi.

(28)

Minbarra s-suġġerimenti magħmula mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni stess riedet tidentifika pajjiż analogu xieraq. Hija identifikat lill-Ġappun bħala pajjiż analogu potenzjali addizzjonali minħabba l-volum kbir ta' produzzjoni tiegħu ta' qfieli simili għal tar-RPĊ.

(29)

Talbiet għall-koperazzjoni ntbgħatu lill-produtturi magħrufa fl-Indja, il-Ġappun, il-Malasja (produtturi ġenwini nonċirkonventi (8)), it-Tajwan, it-Tajlandja u l-Istati Uniti tal-Amerika. Il-produtturi Vjetnamiti ma ġewx ikkuntattjati peress li l-Vjetnam mhux meqjus bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq. Kien hemm koperazzjoni mill-produtturi esportaturi fl-Indja u l-Malasja u twettqu żjarat ta' verifika f'dawn iż-żewġ pajjiżi.

(30)

Instab li waħda mill-kumpaniji Indjani li kkoperaw ma kinitx produttur iżda kumpanija kummerċjali u li t-tieni kumpanija Indjana li kkoperat kienet bdiet topera biss wara l-PIR. Għalhekk, d-dejta tal-bejgħ u tal-kost mill-Indja ma setgħetx tintuża. Iż-żewġ kumpaniji Malasjani li kkoperaw instabu li kienu produtturi esportaturi b'dejta kompluta disponibbli mill-PIR. Għaldaqstant, il-Malasja intgħażlet bħala l-pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(31)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, l-ewwel ġie eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti magħmul minn produtturi li kkoperaw fil-Malasja kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali tal-esportazzjoni għall-Unjoni, jiġifieri jekk il-volum totali ta' tali bejgħ domestiku kienx jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ f'esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, instab li l-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu kien rappreżentattiv.

(32)

Sussegwentement il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala magħmul fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgћ domestiku lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku li kien profittabbli matul il-PIR. Il-bejgħ domestiku ta' wieħed mill-produtturi nstab li jsir fl-andament normali tal-kummerċ, waqt li l-bejgħ tat-tieni produttur ma kienx.

(33)

Għalhekk, il-valur normali tal-ewwel produttur kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, li ġie kkalkulat bħala prezz b'medja peżata tal-bejgħ domestiku profittabbli li sar matul il-PIR. Il-valur normali tat-tieni produttur inħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(34)

Wara d-divulgazzjoni finali, żewġ partijiet interessati kkumentaw dwar l-għażla tal-pajjiż analogu. Iż-żewġ partijiet sostnew li l-Ġappun ma kellux ikun ikkunsidrat bħala pajjiż analogu potenzjali minħabba l-enfasi tiegħu fuq prodotti ta' kwalità għolja u l-kostijiet għoljin tiegħu. Waħda minn dawn il-partijiet ikkummentat ukoll li t-Tajwan kellha tintgħażel bħala pajjiż analogu minħabba l-għadd kbir ta' produtturi, il-kostijiet kumparabbli maċ-Ċina u l-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-Ewropa u l-Amerika ta' Fuq.

(35)

Il-Kummissjoni tinnota li l-għażla tal-pajjiż analogu saret wara kunsiderazzjoni ta' sitt pajjiżi potenzjali. Intalbet koperazzjoni minn dawn il-pajjiżi kollha. Kien hemm koperazzjoni biss mill-Malasja u l-Indja; ma kien hemm l-ebda koperazzjoni mit-Tajwan u l-Ġappun. Għar-raġunijiet spjegati fil-Premessa (30), ġie deċiż li tintgħażel il-Malasja.

2.2.   Id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni

(36)

Minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun u għalhekk fin-nuqqas ta' informazzjoni speċifika dwar il-prezzijiet Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta' fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal dak l-għan ġew użati sorsi tal-istatistika (Eurostat).

2.3.   Paragun u aġġustamenti

(37)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta' prezz tal-fabbrika. Skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, fejn meħtieġ ingħatat konċessjoni xierqa lill-prezz tal-esportazzjoni f'forma ta' aġġustamenti. Sabiex jiġi espress il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz CIF ibbażat fuq l-Eurostat għall-kostijiet tal-merkanzija, tal-assigurazzjoni, tal-maniġġar u tal-kreditu.

2.4.   Dumping matul il-PIR

(38)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping kien stabbilit fuq bażi ta' tqabbil bejn il-medja differenzjata tal-valur normali u l-medja differenzjata tal-valur ta'esportazzjoni. Il-medja tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Eurostat meta mqabbla mal-valuri normali tal-pajjiż analogu ma writx l-eżistenza ta' dumping.

(39)

Madankollu, fil-PIR volumi negliġibbli ta' 9 000 tunnellata ta' QĦA biss (għal valur ta' 23 miljun EUR) kienu importati fl-Unjoni mir-RPĊ bl-esklużjoni ta' prodotti ta' QĦA mill-produtturi esportaturi li nstabu li ma kienux qed jagħmlu dumping fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, ma kien hemm mix-ebda informazzjoni disponibbli fuq it-taħlita tal-prodott tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u għaldaqstant il-paragun ta' valur normali ta' pajjiż analogu seta' jsir biss fuq bażi aggregata.

(40)

Għalhekk, il-konstatazzjoni ta' nuqqas ta' dumping matul il-PIR hija kkunsidrat ta' rilevanza limitata minħabba mix-ammonti baxxi ta' kwantitajiet importati u n-nuqqas ta' informazzjoni dwar it-taħlita tal-prodott importat, minħabba l-varjetà wiesgħa ta' qfieli prodotti u nnegozjati.

(41)

Wara d-divulgazzjoni finali, tliet partijiet interessati kkummentaw li l-miżuri għandhom jitneħħew għaliex l-ebda dumping ma nstab matul il-PIR. Huma kkunsidraw li minkejja l-volumi żgħar ta' esportazzjonijiet mir-RPĊ, il-konklużjoni tal-ebda dumping hijiex ta' rilevanza sinifikattiva.

(42)

Il-Kummissjoni tinnota li b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet huma bbażati fuq il-probabbiltà li jerġa' jseħħ id-dumping u mhux fuq il-konstatazzjoni dwar l-eżistenza ta' dumping matul il-PIR.

3.   Evidenza tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping

(43)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi (38) sa (40) ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kompliet tanalizza jekk kienx hemm probabbiltà li jerġa' jseħħ id-dumping jekk il-miżuri jiskadu. Meta dan sar, saret analiżi tal-elementi li ġejjin: Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ, il-prezz tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn swieq oħra, prattiki ta' ċirkomvenzjoni, u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni.

3.1.   Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva tar-RPĊ

(44)

Ir-RPĊ hija stmata li hi l-akbar produttur fid-dinja ta' QĦA. Skont id-dejta tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Qfiel Ċiniża (9) (“CFIA — China Fastener Industry Association”), il-kapaċità tal-produzzjoni kienet stmata li hi ta' 6,6 miljun tunnellata metrika fl-2012. Il-kapaċità ġiet stmata li kienet utilizzata fil-livell ta' 75 %, biex b'hekk jifdal kapaċità żejda sinifikanti, komparabbli għall-konsum totali tal-Unjoni.

(45)

CFIA tistma wkoll li 40 %-50 % tal-produzzjoni ta' QĦA (2,5 miljun tunnellata metrika) ġiet esportata fl-2012. Huwa ċar li din l-esportazzjoni hija parti importanti mill-attività tal-produtturi Ċiniżi tal-QĦA. L-esportazzjonijiet Ċiniżi għalhekk kienu aktar minn 40 % ogħla mill-konsum totali tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

3.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn swieq ta' pajjiżi terzi

(46)

It-talba tinkludi evidenza prima facie dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn swieq oħrajn, bħall-Istati Uniti tal-Amerika u t-Tuneżija. L-evidenza kienet ibbażata fuq il-kwotazzjonijiet ta' prezz miksuba mill-industrija tal-Unjoni. Dawn il-prezzijiet ta' esportazzjoni instabu li huma taħt il-valur normali kif stabbilit hawn fuq. Barra minn hekk, abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni taċ-Ċina lejn il-Kroazja fl-2012 u l-ewwel kwart tal-2013, jiġifieri qabel l-adeżjoni tal-Kroazja fl-UE u l-estensjoni ta' miżuri protettivi tal-UE fuq dan il-pajjiż, jista' jiġi konkluż li l-livell tal-prezzijiet ta' esportazzjoni taċ-Ċina li wassal għall-impożizzjoni tal-miżuri fl-investigazzjoni oriġinali għadu pjuttost simili u, għalhekk, taħt il-valur normali kif stabbilit hawn fuq.

(47)

Miżuri antidumping kontra qfieli mir-RPĊ ġew adottati f'diversi pajjiżi terzi (pereżempju il-Kanada (10), il-Kolumbja (11), il-Messiku (12), l-Afrika t'Isfel (13) u l-Istati Uniti tal-Amerika (14)). Dawn il-miżuri jikkonċernaw diversi sottokategoriji ta' qfieli, inkluż il-prodott ikkonċernat. Dawn il-miżuri antidumping kienu kkunsidrati li jikkostitwixxu indikazzjoni ulterjuri tal-eżistenza ta' dumping lejn swieq ta' pajjiżi terzi.

(48)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-produtturi esportaturi mir-RPĊ bigħu u fil-preżent qed ibigħu QĦA lejn pajjiżi terzi msemmija fil-premessi (46) u (47) bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli li, jekk il-miżuri attwali jiġu mħassra, il-produtturi esportaturi mir-RPĊ jbigħu wkoll il-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

3.3.   Il-prattiki ta' ċirkomvenzjoni

(49)

Investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni (15) kienet ikkonkludiet li ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri applikabbli għal qfieli Ċiniżi kienet qed issir mill-Malasja. Il-miżuri għalhekk ġew estiżi għall-Malasja, ħlief għal disa' produtturi mill-Malasja li kien instab li kienu produtturi ġenwini li mhux qed jagħmlu ċirkomvenzjoni u kienu ġew eżentati mill-miżuri. Prattiki ta' ċirkomvenzjoni jindikaw li esportaturi tad-dumping huma ħerqana biex jaslu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping mingħajr ma jkollhom iħallsu d-dazji. Għalhekk, kieku l-miżuri tħallew jiskadu, x'aktarx li kienu se jkunu ħerqana li jindirizzaw l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping direttament lejn is-suq tal-Unjoni, mingħajr il-ħtieġa li jirrikorru għal ċirkomvenzjoni.

(50)

Wara d-divulgazzjoni finali, żewġ partijiet interessati kkummentaw li r-rati ta' dazju aktar baxxi jnaqqsu r-riskju ta' ċirkomvenzjoni. Il-partijiet argumentaw ukoll li l-miżuri speċjali, spjegati fil-premessa (129), li jesiġu li esportaturi Ċiniżi b'rati ta' dazju individwali jippreżentaw fatturi kienu sinjal li r-rati tad-dazju kienu għoljin wisq u kienu qed jinkoraġġixxu ċ-ċirkomvenzjoni.

(51)

Il-Kummissjoni tinnota li l-livell tar-rati tad-dazju fis-seħħ ma jistax jinbidel fil-kuntest tal- Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-miżuri speċjali għal esportaturi Ċiniżi huma maħsuba biex jindirizzaw ir-riskju potenzjali ta' ċirkomvenzjoni fost il-produtturi Ċiniżi minħabba differenzi fir-rati ta' dazju individwali. B'kuntrast ma' dan, prattiki ta' ċirkomvenzjoni mill-Malasja ġew analizzati bħala indikatur tal-probabbiltà li d-dumping mir-RPĊ lejn l-Unjoni jerġa' jseħħ. Il-Kummissjoni tqis li ż-żewġ kwistjonijiet mhumiex direttament relatati: ir-rekwiżit ta' fatturi mill-produtturi Ċiniżi ma jbiddilx il-konklużjoni li prattiki ta' ċirkomvenzjoni minn pajjiżi oħra huma indikazzjoni tal-probabbiltà li d-dumping jerġa' jseħħ, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.4.   L-attratività tas-suq tal-Unjoni

(52)

Prattiki ta' ċirkomvenzjoni mill-Malasja juru li s-suq tal-Unjoni jibqa' attraenti għall-produtturi Ċiniżi, minħabba l-prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni. L-eżistenza tal-miżuri tal-antidumping fis-swieq l-oħra tal-esportazzjoni tkompli żżid l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħassru. B'hekk, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li, jekk il-miżuri jitħassru, parti sostanzjali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi attwali jerġgħu jiġu diretti lejn l-Unjoni. Ta' min ifakkar li qabel ma ġew imposti l-miżuri oriġinali, is-sehem tas-suq Ċiniż fis-suq tal-Unjoni kien jammonta għal 26 %. Għalhekk, huwa mistenni li, jekk il-miżuri jiskadu, l-esportazzjonijiet Ċiniżi kollha li bħalissa għandhom 0,5 % tas-suq tal-Unjoni se jiżdiedu b'mod sinifikanti billi jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni.

3.5.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping

(53)

L-investigazzjoni wriet li l-esportazzjonijiet ta' qfieli mir-RPĊ lejn diversi pajjiżi terzi ġew esportati bi prezzijiet oġġett ta' dumping u li xi wħud minn dawk il-pajjiżi terzi kienu adottaw miżuri antidumping applikabbli għall-qfieli Ċiniżi. L-imġiba tal-ipprezzar tal-esportazzjonijiet Ċiniżi fi swieq terzi tindika probabbiltà li d-dumping lejn is-suq tal-Unjoni jerġa' jseħħ, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(54)

L-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni tqieset bħala indikazzjoni ulterjuri tal-probabbiltà li d-dumping jerġa' jseħħ.

(55)

Barra minn hekk, l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, u l-fatt li swieq oħra għadhom magħluqa minħabba l-miżuri tal-antidumping, jindika li hemm riskju li l-esportazzjonijiet Ċiniżi jkunu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(56)

Barra minn hekk, il-kapaċità żejda għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ hija sinifikanti meta mqabbla mal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR. Li kieku din il-kapaċità kellha tintuża għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni u biex tikkompeti bil-prezz mal-produtturi tal-Unjoni, hemm probabbiltà qawwija li tali esportazzjonijiet isiru bi prezzijiet oġġett ta' dumping minħabba produzzjoni żejda li tkun teħtieġ li ssib triq għal swieq ta' esportazzjoni, li jipprovdi inċentiv għal dumping.

(57)

Minħabba dak li ssemma aktar 'il fuq, hemm probabbiltà li jekk il-miżuri kellhom jitħallew jiskadu, id-dumping jerġa' jseħħ.

D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(58)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-prodott simili huwa mmanifatturat minn għadd kbir ta' produtturi fl-Unjoni, inklużi bosta intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u ftit kumpaniji akbar. Il-produtturi tal-Unjoni li f'isimhom tressqet talba għar-rieżami tal-iskadenza kkoperaw fl-investigazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' kumpanija waħda kif spjegat fil-premessa (15). Numru ta' produtturi oħra, li appoġġjaw jew opponew it-talba, ipprovdew dejta ġenerali dwar il-volum tagħhom ta' produzzjoni u ta' bejgħ. Minħabba li ħafna produtturi fl-Unjoni, l-aktar l-intrapriżi ż-żgħar, ma kkoperawx fl-investigazzjoni, ma kienx possibbli li jkun iddefinit b'mod preċiż il-volum totali tal-produzzjoni tal-Unjoni u l-għadd ta' produtturi abbażi tad-dejta individwali tal-kumpaniji.

(59)

Konsegwentement, il-volum tal-produzzjoni Komunitarja ġie stmat billi ntużat l-informazzjoni pprovduta fit-talba għar-rieżami tal-iskadenza abbażi tad-dejta tal-Eurostat dwar il-produzzjoni industrijali. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq il-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-PIR hija stmata li hi madwar 1,2 miljun tunnellata metrika.

(60)

Barra minn hekk, it-talba għar-rieżami tal-iskadenza u l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni tippermetti għall-iskop ta' stima li matul il-PIR, il-prodott simili kien manifatturat minn 378 produttur tal-Unjoni. Huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn 'il quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

(61)

Kif indikat fil-premessa (15) hawn fuq, tmien produtturi/gruppi ta' produtturi tal-Unjoni kienu fil-kampjun u pprovdew l-informazzjoni mitluba. Il-kumpaniji fil-kampjun huma stmati li jirrappreżentaw madwar 24 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u s-sitwazzjoni tagħhom hija kkunsidrata rappreżentattiva għall-industrija tal-Unjoni.

E.   IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-kummenti preliminari

(62)

Għall-iskop tal-analiżi tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. L-indikaturi makroekonomiċi għall-perjodu kkunsidrat ġew stabbiliti, analizzati u vverifikati fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni. L-indikaturi mikroekonomiċi ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura u vverifikata fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(63)

Fit-taqsimiet li ġejjin, l-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, stokks, il-volum tal-bejgħ, sehem is-suq u t-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs reali tal-marġini ta' dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti. L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost tal-produzzjoni, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, il-possibbiltà li jiżdied il-kapital u l-kostijiet tal-manodopera.

2.   Konsum tal-Unjoni

(64)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, b'estimu għall-produtturi li ma kkoperawx, u dejta tal-importazzjoni mill-Eurostat, fuq il-livell tal-kodiċi TARIC.

(65)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied b'3 %. Kien hemm tkabbir sinifikanti fl-2011, iżda l-konsum tal-Unjoni għadu ferm 'il bogħod mil-livelli rreġistrati matul il-PI tal-investigazzjoni oriġinali meta l-konsum kien ta' aktar minn 2,2 miljun tunnellata metrika.

Tabella 1

Konsum

 

2010

2011

2012

PIR

Konsum (tunnellati)

1 761 591

1 978 967

1 779 434

1 808 139

Indiċi (2010 = 100)

100

112

101

103

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, talba għal rieżami ta' skadenza, il-Eurostat

3.   Volum, prezzijiet u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(66)

Il-volumi u l-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu analizzati abbażi ta' dejta tal-Eurostat u dejta miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku.

(a)   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(67)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni nstab li kienu żviluppaw f'termini ta' volumi u ishma mis-suq kif ġej:

Tabella 2

Il-volum u l-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

 

2010

2011

2012

PIR

RPĊ

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi)

11 108

9 628

6 839

8 214

Indiċi (2010 = 100)

100

87

62

74

Sehem mis-suq (%)

0,6

0,5

0,4

0,5

Indiċi (2010 = 100)

100

77

61

72

Sors: Il-Eurostat

(68)

Il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ naqsu b'mod konsiderevoli mil-livelli rreġistrati fil-perjodu oriġinali ta' investigazzjoni (b'aktar minn 98 % jekk wieħed iqabbel il-PI oriġinali mal-PIR). Skont dan, is-sehem mis-suq Ċiniż naqas ukoll minn 26 % ffil-PI oriġinali għal 0,5 % fil-PIR. Bħala riżultat, l-esportazzjonijiet uffiċjali Ċiniżi kważi waqfu milli jeżistu fis-suq tal-Unjoni. Informazzjoni mogħtija f'din it-tabella u f'dik sussegwenti ma fihiex volumi tal-esportazzjoni għat-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li nstabu li ma kinux qed jagħmlu dumping fl-investigazzjoni oriġinali. Il-volum tal-esportazzjoni tagħhom huwa bħala medja fil-perjodu kkunsidrat madwar 30 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(b)   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u twaqqigħ tal-prezzijiet

(69)

It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ żdied bi 28 %. Madankollu, hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li dan il-prezz (li huwa aktar minn 250 % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi matul il-PI oriġinali) ma jistax jitqies bħala indikatur siewi minħabba l-kwantitajiet żgħar ħafna li huma importati miċ-Ċina. Fil-fatt, jidher, li, meta jkunu kkunsidrati d-dazji antidumping għoljin, volumi żgħar ta' importazzjonijiet u l-evidenza miġbura mill-importaturi li kkoperaw, il-kwantitajiet esportati minn produtturi Ċiniżi fil-PIR ikunu jikkonsistu f'ordnijiet żgħar ħafna u/jew tipi ta' prodott partikolari ħafna, u dan iwassal għal prezzijiet ogħla.

Tabella 3

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

 

2010

2011

2012

PIR

RPĊ

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 975

2 158

3 137

2 524

Indiċi (2010 = 100)

100

109

159

128

Sors: Il-Eurostat

(70)

Minħabba li l-ebda produttur esportatur Ċiniż fil-kampjun ma kkopera fl-investigazzjoni tar-rieżami, u fid-dawl tal-informazzjoni limitata disponibbli minn produtturi esportaturi Ċiniżi oħrajn, it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PIR kien determinat mill-paragun mal-prezzijiet b'medja peżata tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, fuq bażi ta' kif ħarġu mill-fabbrika, mal-prezzijiet medji ta' esportazzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi fuq il-bażi CIF miksuba mill-Eurostat, b'aġġustamenti xierqa għad-dazji tad-dwana.

(71)

Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwali tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PIR, wera marġini ta' twaqqigħ b'medja peżata ta' 12 % fuq is-suq tal-Unjoni. Madankollu, għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (69) hawn fuq, għandu jiġi kkunsidrat li l-prezzijiet irreġistrati għall-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat huma ħafna ogħla minn dak li kienu jkunu fin-nuqqas ta' miżuri. Abbażi ta' dan, hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li, jekk il-miżuri jiġu mħassra, l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ xorta jkunu jistgħu jeżerċitaw pressjoni ta' pprezzar serja fuq il-produtturi tal-Unjoni.

4.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn mhux soġġetti għal miżuri

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

 

2010

2011

2012

PIR

It-Tajwan

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi)

266 795

351 067

323 405

319 326

Indiċi (2010 = 100)

100

132

121

120

Il-prezz EUR/tunnellata metrika

1 805

1 905

2 003

1 895

Indiċi (2010 = 100)

100

106

111

105

Sehem mis-suq (%)

15,1

17,7

18,2

17,7

Indiċi (2010 = 100)

100

117

120

117

Il-Vjetnam

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi)

41 981

59 270

57 704

74 764

Indiċi (2010 = 100)

100

141

137

178

Il-prezz EUR/tunnellata metrika

1 349

1 496

1 528

1 365

Indiċi (2010 = 100)

100

111

113

101

Sehem mis-suq (%)

2,4

3,0

3,2

4,1

Indiċi (2010 = 100)

100

126

136

174

It-Tajlandja

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi)

27 232

59 979

50 226

45 759

Indiċi (2010 = 100)

100

220

184

168

Il-prezz EUR/tunnellata metrika

1 259

1 325

1 362

1 246

Indiċi (2010 = 100)

100

105

108

99

Sehem mis-suq (%)

1,5

3,0

2,8

2,5

Indiċi (2010 = 100)

100

196

183

164

Total ta' pajjiżi terzi oħra  (16)

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi)

228 589

202 362

165 618

165 659

Indiċi (2009 = 100)

100

89

72

72

Il-prezz EUR/tunnellata metrika

2 816

3 232

3 729

3 751

Indiċi (2009 = 100)

100,0

115

132

133

Sehem mis-suq (%)

13,0

10,2

9,3

9,2

Indiċi (2009 = 100)

100,0

79

72

71

Total ta' pajjiżi terzi  (16)

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi)

564 597

672 679

596 954

605 509

Indiċi (2009 = 100)

100

119

106

107

Il-prezz EUR/tunnellata metrika

2 154

2 217

2 382

2 288

Indiċi (2009 = 100)

100

103

111

106

Sehem mis-suq (%)

32,1

34,0

33,5

33,5

Indiċi (2009 = 100)

100

106

105

104

(72)

Il-volumi ta' importazzjoni minn pajjiżi terzi fis-suq tal-Unjoni wrew xejra ta' żieda ħafifa matul il-perjodu kkunsidrat li segwiet ix-xejra ta' żieda fil-konsum. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kollha ta' pajjiżi terzi tal-QĦA baqa' relattivament stabbli fil-perjodu kkunsidrat fil-livell ta' madwar terz tal-konsum tal-Unjoni.

(73)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi baqgħu ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u huma taħt il-livell tal-prezzijiet mill-industrija tal-Unjoni. Minkejja dan, il-prezzijiet minn pajjiżi terzi huma ogħla b'mod sinifikanti mill-prezzijiet li kienu rreġistrati miċ-Ċina matul l-investigazzjoni oriġinali. Għar-raġunijiet dettaljati fil-premessa (69) hawn fuq, il-prezzijiet ta' QĦA Ċiniżi importati lejn l-Unjoni fil-PIR, għalkemm huma ogħla mill-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ma jistgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi.

(74)

Jekk wieħed iqis il-pajjiżi terzi b'mod individwali, huwa ċar li t-Tajwan huwa issal-aktar attur barrani sinifikanti fis-suq tal-Unjoni. Il-volumi ta' esportazzjoni tiegħu żdiedu b'20 % matul il-perjodu kkunsidrat, u waħdu għandu kważi nofs l-importazzjonijiet fis-suq tal-UE. Jekk nikkunsidraw li l-volumi tal-esportazzjoni tiegħu fil-PIR huma 70 % ogħla milli fil-perjodu tal-iinvestigazzjoni oriġinali (u dan minkejja l-fatt li l-konsum fil-PIR huwa aktar baxx), huwa ċar li parti sinifikanti tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina ġew sostitwiti minn prodotti Tajwaniżi. Minkejja dan għandu jkun innutat li l-volumi ta' importazzjoni Tajwaniża fil-PIR kienu jirrepreżentaw biss nofs il-volumi esportati miċ-Ċina matul il-PI oriġinali, u li l-prezzijiet medji Tajwaniżi fil-PIR kienu kważi d-doppju (+ 97,8 %) tal-prezzijiet medji tal-esportazzjonijiet Ċiniżi fil-PI oriġinali. Barra minn hekk, huwa nnutat li l-esportaturi Ċiniżi żammew il-bejgħ bi prezzijiet ta' livell baxx simili lejn is-swieq fl-Ewropa fejn ma kien hemm l-ebda miżura ta' antidumping applikata bħall-Kroazja qabel l-adeżjoni tagħha fl-UE.

(75)

Barra minn hekk, il-Vjetnam u t-Tajlandja jistgħu jkunu identifikati bħala pajjiżi li bbenefikaw minn l-għajbien tal-esportazzjonijiet Ċiniżi, peress li huma rreġistraw żidiet sinifikanti (fil-medda ta' 70-80 %), għalkemm kienu qed jibdew minn volumi ħafna iżgħar.

(76)

Barra minn hekk, għandu jkun ikkunsidrat il-fatt li l-prodotti importati huma rraportati li għandhom firxa ta' prodotti aktar iffokata fuq prodotti standard minn dawk il-prodotti mill-industrija tal-Unjoni.

(77)

Wara d-divulgazzjoni finali, erba' partijiet interessati argumentaw li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-sostituzzjoni parzjali fis-suq tal-Unjoni ta' importazzjonijiet Ċiniżi b'importazzjonijiet mit-Tajwan, it-Tajlandja u l-Vjetnam, għandhom iwasslu għall-konklużjoni li l-prodotti li x'aktarx li jiġu importati miċ-Ċina huma standard u għalhekk mhix se jkunu f'kompetizzjoni diretta ma' prodotti aktar sofistikati li huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni.

(78)

Bi tweġiba għal dan l-argument, huwa nnutat li l-fatt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jidher li tabilħaqq qed jimlew is-sehem tas-suq abbandunat mill-esportaturi Ċiniżi ma jfissirx li fil-ġejjieni, l-importazzjonijiet miċ-Ċina mhux probabbli li jikkawżaw dannu. L-ewwel nett, kif spjegat f'aktar dettall fil-premessa (115), l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn produtturi involuti kemm fil-qfiel standard kif ukoll f'dawk speċjali. It-tieni, hemm indikazzjonijiet li l-esportazzjonijiet futuri miċ-Ċina jikkonsistu wkoll minn prodotti aktar speċjalizzati u ta' livell ogħla. L-informazzjoni disponibbli dwar il-pjanijiet ta' żvilupp, fid-diskors tal-President tal-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Industrija tal-Qfieli (“CFIA”) (17), jindikaw b'mod ċar li s-settur tal-prodotti tal-qfieli Ċiniż jipprevedi l-iżvilupp ta' prodotti aktar varji, kumplessi u ta' livell għoli. Għalhekk, l-argument ta' hawn fuq għandu jiġi miċħud.

5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-unjoni

(79)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(80)

Għall-fini tal-analiżi tad-dannu, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni hija vvalutata abbażi ta' tali indikaturi bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġini effettiv tad-dumping u l-irkupru mid-dumping preċedenti, il-prezzijiet medji tal-bejgħ, prezz tal-unità, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital, l-istokks u l-kostijiet tal-manodopera.

(a)   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(81)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa mfakkar li d-domanda għall-prodott ikkonċernat hija dipendenti ħafna fuq setturi bħal dak awtomobilistiku u l-industrija tal-kostruzzjoni, kif ukoll prodotti oħra tal-konsumatur. Fil-fatt, minkejja żieda żgħira matul l-2011, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, b'konformità ma' domanda li qed tikber bil-mod fl-ekonomija Ewropea.

Tabella 5

Produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni

 

2010

2011

2012

PIR

Produzzjoni (tunnellati mettriċi)

1 204 336

1 376 855

1 208 232

1 197 189

Indiċi (2010 = 100)

100

114

100

99

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u talba għal rieżami

(82)

Barra minn hekk, il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli waqt il-perjodu kkunsidrat b'żieda żgħira fl-2011 u fil-PIR. F'konformità mal-fatt li l-produzzjoni baqgħet stabbli fil-perjodu 2010-2013, anki l-użu tal-kapaċità baqgħet sostanzjalment stabbli, u laħqet quċċata relattiva fl-2011.

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità

 

2010

2011

2012

PIR

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati mettriċi)

2 510 509

2 527 863

2 497 078

2 535 889

Indiċi (2010 = 100)

100

101

99

101

Utilizzazzjoni tal-kapaċità (%)

48

54

48

47

Indiċi (2010 = 100)

100

114

101

98

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u talba għal rieżami

(b)   Volum ta' bejgħ, sehem mis-suq u tkabbir

Tabella 7

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati

 

2010

2011

2012

PIR

Volum (tunnellati metriċi)

914 869

1 031 862

931 956

939 395

Indiċi (2010 = 100)

100

113

102

103

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u talba għal rieżami

(83)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għal konsumaturi mhux relatati segwa x-xejra ta' konsum u produzzjoni fis-snin mill-2010 sal-2013, bi ftit tkabbir tul il-perjodu kkunsidrat, minkejja żieda sinifikanti bejn l-2010 u l-2011.

Tabella 8

Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u tkabbir

 

2010

2011

2012

RIP

Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni (%)

67

66

66

66

Indiċi (2010 = 100)

100

97

98

98

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarji, il-Eurostat

(84)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien stabbli (li huwa kkalkulat fil-kunsiderazzjoni tal-bejgħ lill-partijiet relatati) matul il-perjodu kkunsidrat li jirrappreżenta madwar żewġ terzi tas-suq. Dan ir-riżultat huwa konformi ma' tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni meta mqabbel mal-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali fuq naħa u mas-sostituzzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi minn importazzjonijiet minn sorsi oħra min-naħa l-oħra.

(c)   L-impjiegi u l-produttività

(85)

L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni relatati mal-prodott ikkonċernat baqgħu ġeneralment stabbli fil-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda żgħira rreġistrata fl-2011 hija konformi ma' produzzjoni ogħla li hija rreġistrata matul dik is-sena. Fid-dawl li l-produttività hija ogħla wkoll matul l-2011, dan juri li l-industrija tal-Unjoni wieġbet għal domanda ogħla parzjalment permezz ta' reklutaġġi ġodda u parzjalment billi żiedet il-produzzjoni eżistenti tal-impjegati (is-sahra). Meta l-volumi reġgħu naqsu fis-snin segwenti, dawn iż-żewġ effetti sparixxew, u s-sitwazzjoni reġgħet lura għal-livell tal-2010.

Tabella 9

L-impjiegi u l-produttività

 

2010

2011

2012

PIR

Numru ta' impjegati

20 036

20 854

20 238

19 950

Indiċi (2010 = 100)

100

104

101

100

Produttività (unità/impjegat)

60

66

60

60

Indiċi (2010 = 100)

100

110

99

100

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, talba għal rieżami

(d)   Id-daqs tal-marġini ta' dumping effettiv u l-irkupru mid-dumping preċedenti

(86)

Kif indikat fil-premessa (36) hawn fuq, minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni mill-produtturi esportaturi fil-kampjun mir-RPĊ il-marġini tad-dumping għar-RPĊ ma setgħux jiġu kkalkulati bi preċiżjoni suffiċjenti u għalhekk il-konklużjoni tal-ebda dumping matul il-PIR hija kkunsidrata ta' rilevanza limitata. L-analiżi tal-indikaturi tad-dannu provdiet evidenza li l-industrija qed tirkupra minn prattiki preċedenti ta' dumping. Madankollu, l-irkupru naqqas ir-rata minħabba domanda staġnata għas-setturi downstream ewlenin. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-kundizzjoni relattivament stabbli li hija nnutatat matul il-perjodu kkunsidrat isseħ taħt il-ħarsien tal-miżuri tal-antidumping attwali. Jekk il-miżuri jitħassru, l-impatt tal-importazzjoni oġġett ta' dumping mir-RPĊ fuq l-industrija tal-Unjoni mistenni jkun sinifikanti.

(e)   Prezzijiet medji tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u kostijiet unitarji tal-produzzjoni

(87)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdiedu bi 8 % bejn l-2010 u l-2013, wara li laħqu quċċata relattiva fl-2012. Il-prezz medju tal-bejgħ huwa ġeneralment f'pożizzjoni li jkopri l-kostijiet ta' produzzjoni u li jiggarantixxu profitt żgħir għall-industrija tal-Unjoni.

Tabella 10

Prezzijiet tal-bejgħ u l-kostijiet

 

2010

2011

2012

PIR

Prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (EUR/tunnellata)

2 748

2 953

3 049

2 974

Indiċi (2010 = 100)

100

107

111

108

Kost għal kull unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata metrika)

2 528

2 811

2 937

2 765

Indiċi (2010 = 100)

100

111

116

109

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(f)   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital

(88)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jżidu l-kapital tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 11

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redittu fuq l-investiment

 

2010

2011

2012

PIR

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tad-dħul tal-bejgħ)

1,5

1,1

2,0

3,6

Fluss tal-flus (EUR)

39 046 890

30 835 484

68 050 584

56 369 460

Investimenti (EUR)

48 809 766

58 881 586

38 561 986

39 453 739

Indiċi (2010 = 100)

100

121

79

81

Redditu fuq l-investimenti (%)

1,0

2,6

5,3

7,5

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(89)

Il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienet stabbilita billi ġie espress il-profitt qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tad-dħul rilevanti. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-marġini ta' profitt baqa' baxx, u kien ukoll negattiv għal xi produtturi tal-Unjoni; b'mod partikulari, ta' min wieħed jinnota li f'ebda waħda mis-snin ikkunsidrati ma l-marġini tal-profitt laħaq il-livell irreġistrat fil-perjodu tal-istħarriġ oriġinali (4,4 %). Minkejja xejra stabbli fil-bejgħ u l-produzzjoni, u parti sinifikattiva mis-suq għall-industrija tal-Unjoni, il-marġinijiet ta' profitt għadhom relattivament baxxi għal din l-industrija. B'mod partikolari, għandu jiġi nnotat, li fl-2011, il-marġini ta' profitt kien baxx ħafna minkejja l-fatt li l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni laħqu l-ogħla punt tagħhom fil-perjodu kkunsidrat. Dan iqajjem tħassib dwar l-evoluzzjoni futura tal-marġini tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni, jekk is-sitwazzjoni ekonomika tibqa' staġnanta. Għandu jiġi nnutat ukoll li l-marġini ta' profitt matul il-perjodu kkunsidrat, ukoll dejjem baqa' taħt il-profitt fil-mira indikat fl-investigazzjoni oriġinali (5 %).

(90)

Il-fluss tal-flus, li huwa l-kapaċità tal-industrija li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, kien pożittiv matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Madankollu, dan l-indikatur tjieb biss fl-2012, u rreġistra tnaqqis sinifikanti ta' 17 % fil-PIR. Dan iqajjem tħassib dwar il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tkompli għaddejja bl-iffinanzjar proprju neċessarju tal-attivitajiet tagħha.

(91)

Il-livell ta' investiment baqa' relattivament għoli u stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bil-livell massimu jintlaħaq fl-2011. Ir-redditu fuq l-investiment, espress bħala l-profitt f'perċentwali tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti, isegwi xejra simili bħall-marġini tal-profitt. Għalhekk, dan l-indikatur ukoll laħaq l-ogħla livell tiegħu fil-PIR. Dan is-sinjal jista' jiġi interpretat bħala ambivalenti, peress li, minn naħa, huwa jirrifletti l-ogħla punt tal-marġini ta' profitt fost dawk irreġistrati fil-perjodu kkunsidrat, iżda, min-naħa l-oħra, huwa jirrifletti wkoll livell baxx ta' investimenti, li huwa sinjal li l-prospetti tal-industrija għall-perspettivi ekonomiċi tas-settur għadhom inċerti.

(92)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jista' jiġi konkluż li, għalkemm il-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu meqjus, xorta waħda, bl-eċċezzjoni ta' investimenti, ma laħqitx il-livelli tal-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali.

(g)   L-istokkijiet

(93)

Il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni li kkoperaw segwa mill-qrib it-tendenza osservata diġà fil-produzzjoni u l-bejgħ, b'tendenza pjuttost stabbli u quċċata relattiva fl-2011. Barra minn hekk, billi l-produzzjoni ta' prodott simili fl-Unjoni hija predominantement b'ordni, il-livell tal-istokkijiet ma jikkostitwixxix indikatur sinifikanti ħafna.

Tabella 12

Stokk tal-għeluq

 

2010

2011

2012

PIR

Stokk tal-għeluq (tunnellati metriċi)

283 330

321 795

315 784

292 740

Indiċi (2010 = 100)

100

114

111

103

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(h)   Kostijiet tal-manodopera

(94)

Il-paga medja tal-impjegati rreġistrat żieda kostanti ta' 4 % kull sena fil-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dan it-tkabbir jista' jiġi spjegat b'aġġustament għall-inflazzjoni u, sa ċertu punt, permezz ta' rikors għal aktar żmien ta' ħidma (kif jidher fl-2011 b'żieda fil-produttività għal kull impjegat).

Tabella 13

Kostijiet tal-manodopera

 

2010

2011

2012

PIR

Kostijiet medji tal-manodopera għal kull impjegat (EUR)

41 604

43 300

45 006

46 742

Indiċi (2010 = 100)

100

104

108

112

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

6.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(95)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet ta' prodotti mir-RPĊ kważi sparixxiet mis-suq tal-Unjoni wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali fl-2009. Dan ippermetta li l-industrija tal-Unjoni tikseb livell tajjeb u stabbli ta' produzzjoni, volum ta' bejgħ u sehem tas-suq. Min-naħa l-oħra, il-profittabilità għadha taħt il-livelli milħuqa matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll il-profitt fil-mira għas-settur.

(96)

Huwa għalhekk konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-PIR. Madankollu, minħabba tkabbir kajman fil-konsum u l-fatt li l-marġini tal-profitt jibqgħu anqas minn dak li hemm bżonn għal vijabbiltà fit-tul, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha tista' titqies bħala vulnerabbli.

(97)

Wara d-divulgazzjoni finali, tliet partijiet interessati argumentaw li l-fatt li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx dannu materjali matul il-PIR għandu jwassal għat-tmiem tal-miżuri. Il-Kummissjoni fil-fatt stabbiliet in-nuqqas ta' eżistenza ta' dannu materjali matul il-PIR. Madankollu, id-deċiżjoni biex il-miżuri jiġu estiċi mhijiex ibbażata fuq dannu materjali matul il-PIR iżda fuq il-konklużjonijiet fir-rigward tal-probabbiltà li l-dannu jerġa' jseħħ, f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

F.   IL-PROBABBILTÀ LI D-DANNU JERĠA' JSEĦĦ

1.   Il-kummenti preliminari

(98)

Għall-valutazzjoni tal-probabbiltà li d-dannu jerġa' jseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-impatt potenzjali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni u fl-industrija tal-Unjoni kien analizzat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku.

(99)

L-analiżi ffokat fuq ix-xejra tal-konsum tas-suq tal-Unjoni, il-kapaċità żejda, il-flussi tal-kummerċ u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, u l-imġiba tal-prezzijiet tal-RPĊ. Minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, l-analiżi hija bbażata fuq il-fatti disponibbli li jinkludu statistika (l-istatistika tal-kummerċ tal-Eurostat u dik Ċiniża) u dokumenti industrijali (bħad-diskors mill-President taċ-CFIA msemmi fil-premessa (78) hawn fuq) ipprovdut fit-talba dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza.

2.   Il-konsum fl-Unjoni

(100)

Kif indikat fil-premessi (64) u (65) il-konsum tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni kellu tendenza kumplessivament stabbli fil-perjodu meqjus. Fl-istess waqt il-konsum fil-PIR xorta huwa aktar baxx bi kważi 20 % meta mqabbel mal-livell ta' qabel il-kriżi tal-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali. It-tnaqqis fil-konsum tal-prodott ikkonċernat huwa kkawżat minn tnaqqis fil-produzzjoni fis-setturi awtomobilistiċi u ta' kostruzzjoni fl-Unjoni, kif ukoll f'setturi oħra ta' prodotti għall-konsumatur li jagħmlu użu sinifikanti tal-prodott ikkonċernat (tagħmir elettroniku u tad-dar, għamara, eċċ.). F'din iċ-ċirkustanza, huwa għalhekk ikkunsidrat li r-ritorn ta' importazzjonijiet miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi ħafna jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, ikollu impatt f'daqqa u drammatiku fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet ikunu mistennija jwaqqgħu u, fi kwalunkwe każ, jeżerċitaw pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet tal-Unjoni u joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq. Bħala konsegwenza, huwa probabbli li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, id-dannu lill-industrija tal-Unjoni jerġa jseħħ.

3.   Il-kapaċità żejda, il-flussi tal-kummerċ u l-ġibda tas-suq tal-Unjoni, u l-imġiba tal-prezzijiet tar-RPĊ

(101)

Kif deskritt fil-premessa (44), il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża ta' QĦA fl-2012 ammontat għal 6,6 miljun tunnellata. Ta' min jinnota li l-2012 kienet meqjusa bħala sena diffiċli mill-industrija tal-qfieli Ċiniża peress li minħabba l-impatt negattiv ta' diversi fatturi ekonomiċi (inflazzjoni, tnaqqis fl-ekonomija Ċiniża u l-kriżi taż-Żona tal-Ewro), din kienet l-ewwel sena mill-2000 li fiha l-kapaċità ta' produzzjoni Ċiniża rreġsitrat tnaqqis (minn 6,8 miljun tunnellata fl-2011).

(102)

Fi kwalunkwe każ, indipendentement mix-xenarji futuri (staġnar jew tkabbir) wieħed xorta jrid jinnotali anke l-kapaċità Ċiniża attwali ta' produzzjoni ta' 6,6-6,8 miljun tunnellata metrika kienet sfruttata għal 75 % biss bejn l-2010 u l-2012. Dan iħalli kapaċità żejda fiċ-Ċina (1,6-1,7 miljun tunnellata metrika) li hija diġà għolja ħafna, u eżattament fl-istess firxa bħall-konsum totali rreġistrat fis-suq tal-Unjoni fl-istess sena.

(103)

L-esportazzjoni globali Ċiniża ta' QĦA kienet relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, f'livell ta' 2,2-2,6 miljun tunnellata metrika li jikkorrispondu għal 40-50 % tal-bejgħ Ċiniż. Għalhekk huwa ċar li l-esportazzjoni tikkostitwixxi parti importanti mill-attività tal-produtturi Ċiniżi tal-QĦA. Skont il-pjani ta' żvilupp imħabbra mis-CFIA għas-settur, żieda mistennija fid-domanda fis-suq domestiku x'aktarx se twassal biex is-sehem tal-esportazzjonijiet jaqa' sal-livell ta' 30-40 % tal-produzzjoni. Madankollu, dan it-tnaqqis għandu jitqies fl-isfond ta' żieda ġenerali fil-kapaċità tal-produzzjoni kif spjegat fil-premessa (101) u l-fatt li din il-kapaċità żejda fi kwalunkwe każ hija kbira daqs l-konsum kollu tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-tbassir mis-CFIA ma jipprovdi l-ebda qafas ta' żmien għat-tnaqqis fis-sehem tal-esportazzjonijiet Ċiniżi, u lanqas ma jagħti indikazzjoni konkreta li din il-bidla diġà bdiet. B'konsegwenza ta' dan, il-pjan ta' żvilupp irrappurtat mis-CFIA għandu jitqies bħala vag wisq u bħala programm indeterminat, speċjalment jekk jitqiegħed kontra l-iskadenza eventwali ta' miżuri, li jkollhom effett immedjat. Għalhekk, il-preżenza ta' dan il-pjan f'dan l-istadju ma tistax taffettwa l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà li d-dannu jerġa jseħħ, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(104)

Attwalment, il-preżenza Ċiniża fis-suq tal-Unjoni hija limitata ħafna u ma taqbiżx iż-0,5 % tas-sehem tas-suq f'termini ta' volum. Madankollu, is-suq tal-Unjoni jibqa' attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, minħabba l-prezzijiet ogħla fis-suq tal-UE. Dan jista' jiġi ppruvat bit-tentattivi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li jiċċirkomventu l-miżuri antidumping tal-UE. Kif indikat fil-premessa (3) din l-imġiba diġà rriżultat f'estensjoni tal-miżuri fuq l-esportazzjonijiet Ċiniżi mill-Malasja.

(105)

Barra minn hekk, l-industrija Ċiniża orjentata lejn l-esportazzjoni qed tħabbat wiċċha ma' aktar u aktar problemi biex issib mezzi għas-swieq tal-esportazzjoni hekk kif numru dejjem jikber tagħhom reċentement imponew miżuri antidumping fuq esportazzjonijiet ta' tipi differenti ta' QĦA miċ-Ċina kif spjegat fil-premessa (47).

(106)

B'hekk, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li, bħala konsegwenza għall-attrattività tas-suq tal-Unjoni mad-daqs u l-livelli tal-prezzijiet tiegħu, jekk il-miżuri jiġu mħassra, parti sostanzjali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi attwali jerġgħu jiġu diretti lejn l-Unjoni. Ta' min ifakkar li qabel ma ġew imposti l-miżuri oriġinali, is-sehem tas-suq Ċiniż fis-suq tal-Unjoni kien jammonta għal 26 %.

(107)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-livell tal-prezzijiet Ċiniżi ta' esportazzjoni, ta' min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali nstabu livelli għolja ta' dumping u l-marġini tad-dannu kkalkulati fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi. Abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni taċ-Ċina lejn il-Kroazja fl-2012 u l-ewwel kwart tal-2013, jiġifieri qabel l-adeżjoni tal-Kroazja fl-UE u l-estensjoni ta' miżuri protettivi tal-UE fuq dan il-pajjiż, jista' jiġi konkluż li l-livell tal-prezzijiet ta' esportazzjoni taċ-Ċina li wassal għall-impożizzjoni tal-miżuri fl-investigazzjoni oriġinali għadu pjuttost simili. Barra minn hekk, azzjonijiet ta' difiża kummerċjali meħuda minn pajjiżi terzi kontra l-esportazzjoni ta' QĦA Ċiniżi jikkonfermaw li mġiba inġusta fil-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi hija kontinwa u mhijiex limitata biss fis-suq tal-Unjoni.

4.   Konklużjoni

(108)

Il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni enfasizzaw diversi elementi ta' tħassib, inklużi l-kapaċità żejda kbira disponibbli fir-RPĊ, il-kontinwazzjoni ta' dumping u prattiki ta' bejgħ taħt il-prezz mad-dinja kollha, l-iżvilupp ippjanat ta' kapaċità ta' produzzjoni, il-firxa ta' prodotti u l-kumplessità tal-prodott fir-RPĊ, kif ukoll ostakli dejjem jikbru għall-kummerċ fi swieq ta' pajjiżi terzi ewlenin oħra. Min-naħa l-oħra, il-konsum tal-Unjoni kien qed jistaġna f'dawn l-aħħar ħames snin, minħabba domanda baxxa f'ħafna setturi downstream. Dan wassal għal stat ta' vulnerabbiltà tal-industrija tal-Unjoni li huwa kkaratterizzat minn ċertu livell ta' kapaċità żejda, profitti baxxi u inċertezza kummerċjali (kif jidher b'mod partikolari mill-investimenti li qegħdin dejjem jonqsu). F'dan ix-xenarju, huwa kkunsidrat li t-tħassir tal-miżuri x'aktarx iwasslu għar-ritorn f'daqqa tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping Ċiniżi, u li dan jista' jdgħajjef il-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq prinċipali tagħhom, filwaqt li jitfa' lill-industrija tal-Unjoni għal darb'oħra f'sitwazzjoni ta' dannu.

(109)

Il-partijiet sostnew li l-industrija tal-Unjoni rdoppjat il-profitt u l-fluss tal-flus meta mqabbla mal-2010 u li għalhekk il-profitt tagħha ma jistax ikun ikkwalifikat bħala baxx. Barra minn hekk, huwa osservat li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx teħtieġ aktar investimenti minħabba li investiet b'mod sinifikanti fl-imgħoddi.

(110)

Għalkemm l-industrija tal-Unjoni tabilħaqq irdoppjat il-profitt tagħha, dan tal-aħħar baqa' anqas mill-profitt fil-PI oriġinali (4,4 %) u l-profitt fil-mira ta' 5 %. L-istess raġunament japplika għall-fluss tal-flus li baqa' 14 % taħt il-livell tal-PI oriġinali. Finalment, il-vijabilità tal-industrija tal-Unjoni tiddependi fuq investimenti kontinwi f'makkinarju aġġornat u firxa usa' ta' prodotti. Il-pretensjonijiet għalhekk ma ntlaqgħux.

(111)

Jekk il-miżuri jiġu revokati, skont is-sitwazzjoni preżenti tas-suq, x'aktarx li dan it-titjib temporanju fil-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni malajr jiddeterjora. Kif diskuss hawn fuq, il-kundizzjonijiet ikunu estremament favorevoli għal żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping u f'volumi konsiderevoli. Dan x'aktarx jipperikola l-iżviluppi pożittivi li ntlaħqu fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping x'aktarx ikunu jistgħu jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u jġegħluha titlef sehem mis-suq u bħala konsegwenza ta' dan ikollhom impatt negattiv fuq il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni li għadha vulnerabbli. Wieħed ifakkar li fil-perjodu meqjus fl-investigazzjoni oriġinali (mill-1 ta' Jannar 2003 sat-30 ta' Settembru 2007), jiġifieri qabel l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping, l-industrija tal-Unjoni kellha tillimita l-produzzjoni f'ċerti segmenti tal-prodott ikkonċernat minħabba importazzjonijiet massivi miċ-Ċina (18). Dan kellu impatt negattiv sinifikanti fuq l-utilizzazzjoni tal-kapaċità u l-profittabilità.

(112)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata iddikjarat li fl-analiżi tagħha tad-dannu tal-probabbiltà ta' rikorrenza l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi l-effett tal-volum tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u r-rabta tiegħu mal-miżuri. Il-parti interessata argumentat li:

(i)

l-importazzjonijiet minn sorsi oħra ħadu post l-importazzjonijiet miċ-Ċina; dawn l-importazzjonijiet jinbiegħu bi prezzijiet taħt dawk tal-industrija tal-Unjoni u madankollu l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali,

(ii)

it-tnaqqis tal-livell tal-miżuri wara l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tad-WTO ma rriżultawx f'żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fis-suq tal-Unjoni,

(iii)

importazzjonijiet ta' tipi oħra ta' qfieli miċ-Ċina, li mhumiex suġġett tal-miżuri antidumping ukoll rreġistraw tnaqqis serju fil-volumi mill-2009 meta l-miżuri oriġinali ġew imposti,

(iv)

meta wieħed jikkunsidra d-domanda dejjem tikber fis-suq domestiku Ċiniż, il-probabbiltà ta' żieda futura tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni hija limitata, u

(v)

is-suq għall-qfieli se jkompli jikber fiċ-Ċina u wkoll fi swieq Asjatiċi oħra li se jnaqqsu l-probabbiltà ta' żieda sinifikanti ta' esportazzjonijiet lejn l-UE.

(113)

Bi tweġiba għal dawn l-argumenti, ta' min jinnota li:

(i)

l-effett dannuż probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma jistax jiġi pparagunat mal-effett tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, bħat-Tajwan, il-Vjetnam u t-Tajlandja. Fil-fatt, kif indikat fil-premessa (74) hawn fuq, hemm evidenza li tissuġġerixxi li l-esportaturi Ċiniżi kienu għadhom qed ibiegħu fis-suq Kroat (qabel l-adeżjoni ta' dan il-pajjiż mal-UE) fuq il-prezzijiet medji simili bħal dawk irreġistrati fl-investigazzjoni oriġinali; dawn il-prezzijiet għalhekk huma ħafna anqas minn dawk irrapportati minn dawn il-pajjiżi terzi matul il-PIR. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (115) hawn taħt, l-industrija tal-Unjoni qed tbiegħ volumi sinifikanti kemm tal-prodotti standard kkif ukoll tal-prodotti speċjali, u għalhekk huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Ċiniżi (li jikkonsistu kemm mill-prodotti standard kif ukoll mill-prodotti speċjali,) se jkunu jistgħu jikkawżaw dannu jekk jintemmu d-dazji fis-seħħ;

(ii)

filwaqt li jitqies it-tnaqqis limitat fil-livell tad-dazji fis-seħħ wara l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tad-WTO jiġifieri minn 85 % qabel l-emenda għal 74,1 % wara, ma kinitx mistennija żieda importanti fl-importazzjonijiet miċ-Ċina;

(iii)

l-allegat tnaqqis fil-volumi ta' importazzjoni ta' qfieli mhux soġġetti għall-miżuri mhuwiex sostnut minn dejta statistika disponibbli. Fil-fatt, inżamm ammont mensili stabbli ta' 20-30 elf tunnellata metrika fil-perjodu 2009-2013, filwaqt li l-volum ta' importazzjoni ta' qfieli soġġetti għall-miżuri naqas immedjatament fi Frar 2009 minn aktar minn 60 elf tunnellata metrika fix-xahar għal livell kważi ineżistenti;

(iv)

il-bidla mistennija ta' proporzjon ta' volum ta' bejgħ domestiku Ċiniż vs. bejgħ tal-esportazzjonijiet, li tirrifletti t-tkabbir fid-domanda domestika Ċiniża, se tkun kontrobilanċjata b'żieda tat-total tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ Ċiniżi, kif spjegat fil-premessa (101); kif ukoll

(v)

l-affermazzjoni li d-domanda għal qfieli Asjatiċi qed tiżdied, hija bbażata fuq sorsi skaduti, li jbassru li d-domanda dinjija għall-qfieli se tkun ta' USD 83 biljun fl-2016. Riċerka tas-suq ġdida ppubblikata minn Fastener Industry News Inc. f'Diċembru 2014 (19) turi d-domanda tas-suq dinji għal USD 81 biljun fl-2018 għalhekk tipprevedi tkabbir iżgħar fuq perjodu itwal ta' żmien. Barra minn hekk, iż-żieda fid-domanda fir-reġjun tal-Asja u l-Paċifiku hija akkumpanjata b'żieda fil-kapaċità f'bosta pajjiżi għajr iċ-Ċina (pereżemmpju l-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajlandja u l-Vjetnam). Barra minn hekk, l-installazzjoni ta' kapaċità ta' produzzjoni addizzjonali għall-qfieli għandha relattivament ftit ostakoli għad-dħul (f'termini ta' żmien, kapital u għarfien) u għalhekk il-provvista tista' tirreaġixxi għad-domanda li dejjem qed tikber relattivament malajr.

Għalhekk, l-affermazzjonijiet ta' hawn fuq kellhom jiġu miċħuda.

(114)

L-istess parti interessata argumentat li l-probabbiltà ta' rikorrenza tal-analiżi tad-dannu tal-Kummissjoni ma kkunsidratx il-fatt li l-prodotti ta' kwalità baxxa importati miċ-Ċina ma jistgħux jeżerċitaw pressjoni ta' prezz fuq prodotti ta' kwalità għolja, prinċipalment prodotti mill-produtturi tal-Unjoni.

(115)

B'risposta għal dan l-argument, għandu jiġi mfakkar li l-produzzjoni tal-Unjoni tkopri l-firxa kollha ta' qfieli, b'xi kumpaniji li jiffokaw fuq tipi speċifiċi (standard jew speċjali) filwaqt li oħrajn joffru l-firxa sħiħa. B'mod partikolari, fil-kumpaniji fil-kampjun, parti sinifikanti tal-bejgħ hija magħmula minn qfieli standard u għal tlieta minnhom, il-maġġoranza tal-bejgħ matul il-PIR huwa kostitwit minn prodotti standard. Għaldaqstant, l-allegazzjoni li l-industrija Ewropea tipproduċi biss qfieli speċjali jew ta' kwalità għolja, u għalhekk hija protetta minn dannu minn importazzjonijiet miċ-Ċina, hija manifestament żbaljata, peress li l-evidenza miġbura u vverifikata matul l-investigazzjoni turi mod ieħor. Barra minn hekk, huwa magħruf ukoll li s-settur tal-qfieli Ċiniżi jipprevedi l-iżvilupp ta' prodotti ta' kwalità aktar għolja, kif spjegat fil-premessa (78). Għalhekk, huwa tassew probabbli mix t-taħlita tal-prodotti tal-esportazzjonijiet Ċiniżi futuri bl-istess mod se jikkonsistu f'firxa sħiħa minn prodotti ta' kwalità baxxa għal dawk ta' kwalità għolja, u l-pressjoni tal-prezz se tinħass mill-industrija tal-Unjoni fl-intier tagħha, biex b'hekk taffettwa l-kapaċità tal-utilizzazzjoni tal-produzzjoni tagħha. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

(116)

Fl-aħħar nett, żewġ partijiet oħra interessati qajmu l-argument li fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni assumiet b'mod żbaljat li l-prezzijiet miċ-Ċina se jkunu baxxi bħal ma kienu fl-investigazzjoni oriġinali. Skont il-partijiet inkwistjoni, dan ma jkunx il-każ minħabba li kien hemm żieda sinifikanti fil-prezzijiet irreġistrati fiċ-Ċina l-aktar minħabba ż-żieda fil-kost tal-materja prima u tal-manodopera u l-iżvilupp ta' standards ambjentali. Għaldaqstant kwalunkwe twaqqigħ fil-prezz se jkun anqas u mhux se jiġġustifika l-estensjoni tal-miżuri f'livelli daqshekk għolja.

(117)

Mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-livell ta' miżuri ma jistax jiġi mmodifikat fil-kuntest ta' reviżjoni ta' skadenza u li l-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi Ċiniżi kienu meqjusa inaffidabbli fl-investigazzjoni oriġinali minħabba li l-produtturi Ċiniżi naqsu li jiksbu t-trattament tal-ekonomija tas-suq, għandu jiġi osservat dan li ġej. L-ewwel nett, in-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi ma ppermettiex li l-Kummissjoni tivverifika l-kost tagħhom u l-allegati bidliet li seħħew fiċ-Ċina. Il-partijiet interessati kkonċernati ma pprovdew l-ebda evidenza jew fatti sustanzjati fis-sottomissjonijiet tagħhom. It-tieni nett, wieħed jiġbed l-attenzjoni għal-livell tal-prezzijiet osservati fil-Kroazja qabel l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni, li indikat b'mod ċar li l-esportaturi Ċiniżi komplew iżommu l-prezzijiet imposti simili ħafna għal dawk osservati matul l-investigazzjoni oriġinali (ara l-premessa 74). Għalhekk, l-argument ta' hawn fuq kellu jkun miċħud.

G.   INTERESS TAL-UNJONI

1.   Introduzzjoni

(118)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. Il-kalkolu tal-interess tal-Unjoni kien ibbażat fuq apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(119)

Minħabba li din l-investigazzjoni hija rieżami tal-miżuri eżistenti, hija ppermettiet l-evalwazzjoni ta' kull impatt negattiv mhux mistħoqq tal-miżuri tal-antidumping eżistenti fuq il-partijiet interessati.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(120)

Ġie konkluż fil-premessa (108) hawn fuq li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorazzjoni serja tas-sitwazzjoni tagħha fil-każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri għandha tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni minħabba li l-produtturi tal-Unjoni għandhom ikunu kapaċi jżommu l-volumi tagħhom tal-bejgħ, is-sehem fis-suq, il-profittabbilità u s-sitwazzjoni ekonomika pożittiva ġenerali tagħhom. B'kuntrast, il-waqfien tal-miżuri jhedded serjament il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni għax ikun hemm raġunijiet biex wieħed jistenna bidla tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping u f'volumi konsiderevoli li jikkawżaw li d-d-dannu jerġa' jseħħ.

3.   L-interess tal-importaturi

(121)

L-importaturi kollha magħrufa ġew infurmati dwar il-bidu tar-rieżami. Madankollu, kienu biss żewġ importaturi li kkoperaw fl-investigazzjoni u wieġbu għall-kwestjonarji tal-Kummissjoni. L-investigazzjoni żvelat li l-importaturi jistgħu faċilment jixtru minn sorsi differenti li huma attwalment disponibbli fis-suq, b'mod partikolari mill-industrija tal-Unjoni u minn esportaturi ewlenin ta' pajjiżi terzi li jbigħu bi prezzijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping. Barra minn hekk, l-ebda wieħed miż-żewġ importaturi li kkoperaw ma oġġezzjonaw għall-estensjoni tal-miżuri antidumping attwali għalkemm urew tħassib dwar il-livelli għoljin tagħhom. F'dan ir-rigward huwa nnutat li l-investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ma tistax twassal għal modifika tal-livell tal-miżuri. Meta wieħed jikkunsidra dan ta' hawn fuq u kif ukoll fin-nuqqas ta' interess mill-importaturi inġenerali, ġie konkluż li ma jkunx kontra l-interess tagħhom li l-miżuri jibqgħu fis-seħħ.

(122)

Wara d-divulgazzjoni finali, żewġ partijiet interessati, jiġifieri żewġ assoċjazzjonijiet ta' distributuri tal-qfieli fl-Unjoni, sostnew li l-impożizzjoni tad-dazji fis-seħħ f'dan it-tip ta' livell għoli ma twassalx biex tkun restawrata kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni iżda pjuttost tiprevjeni l-importazzjonijiet Ċiniżi milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Dawn il-partijiet interessati sostnew li kwalunkwe estensjoni tal-miżuri se tirriżulta f'aktar tnaqqis tal-għażliet tas-sorsi internazzjonali disponibbli għall-utenti u l-importaturi tal-Unjoni. B'reazzjoni għal dan l-argument, huwa primarjament innutat li miżuri antidumping mhumiex imposti biex jipprevjenu jew jibblukkaw l-importazzjonijiet minn pajjiż fil-mira iżda primarjament biex jirrestawraw il-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Il-livell ta' dazji fis-seħħ huwa r-riżultat tal-kalkoli tal-marġini tad-dumping u d-dannu li ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-konklużjoinjiet li saru matul l-investigazzjoni oriġinali. It-tieni nett, il-Kummissjoni ma taqbilx mad-dikjarazzjoni li d-dazji fis-seħħ qed jillimitaw is-sorsi ta' forniment fis-suq tal-Unjoni. L-istatistika tal-importazzjoni disponibbli turi li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu wara li ġew introdotti l-miżuri fuq iċ-Ċina. L-investigazzjoni ma sabitx elementi li jindikaw il-fatt li dawn ix-xejriet mhux se jkomplu fil-futur. Għalhekk, l-argumenti ta' hawn fuq għandhom jkunu miċħuda.

(123)

Barra minn hekk, waħda minn dawn l-assoċjazzjonijiet iddikjarat li, għalkemm hija tqis li il-miżuri oriġinali mhumiex xierqa għal kollox u li kkawżaw distorsjoni radikali u inutli tas-suq tal-qfiel, it-tneħħija f'daqqa tagħhom issa se tkun ta' tfixkil kbir daqs l-impożizzjoni oriġinali tagħhom. Dan jindika li d-distributuri tal-qfiel kienu kapaċi jaġġustaw l-ktajjen ta' provvista tagħhom, filwaqt li jqisu l-miżuri fis-seħħ.

4.   L-interess tal-utenti

(124)

Minkejja li l-utenti ma kkoperawx, madankollu kien possibbli li jiġu identifikati l-opinjonijiet u l-pożizzjoni tal-utenti mill-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u mill-importaturi. Jidher li l-utenti jistgħu primarjament ikunu diviżi f'żewġ kategoriji: l-utenti ta' livell għoli, li jeħtieġu qfieli bi standards ta' kwalità għolja ħafna, u utenti oħra. L-utenti ta' livell għoli normalment isibu l-prodotti li għandhom bżonn mill-produtturi tal-Unjoni u minn xi produtturi esportaturi speċjalizzati ħafna. Min-naħa l-oħra, il-kategorija tal-utenti l-oħra (li jistgħu jinkludu wkoll l-utenti ta' livell għoli fil-bżonn ta' prodotti irħas għal applikazzjonijiet anqas diffiċli) hija l-kategorija tal-utenti li normalment jużaw prodotti Ċiniżi. Din il-kategorija ta' utenti hija normalment moqdija minn importaturi, u skont l-opinjonijiet miġbura waqt żjara lill-importaturi li kkoperaw, din il-kategorija ta' utenti issa hija suffiċjentement fornita minn importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, inkluż it-Tajwan, it-Tajlandja u l-Vjetnam. Fuq il-bażi ta' din ir-rikostruzzjoni, u anki meta wieħed iqis li l-ebda utent ma ddeċieda li jintervjeni f'din l-investigazzjoni, ġie konkluż li l-estensjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-utenti, li dehru li addattaw tajjeb u mingħajr konsegwenzi għall-preżenza ta' miżuri fuq il-QĦA mir-RPĊ.

5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(125)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti fl-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri tal-antidumping attwali.

H.   MIŻURI ANTIDUMPING

(126)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara dik id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq.

(127)

Minn dak li ntqal hawn fuq, kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti qfiel tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-RPĊ, imposti mir-Regolament (KE) Nru 91/2009, kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 924/2012, għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(128)

Kif deskritt fil-premessa (3) ta' hawn fuq, id-dazji antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ ġew estiżi biex ikopru, addizzjonalment, l-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinjat mill-Malasja, sew jekk iddikjarat li joriġina mill-Malasja u sew jekk le. Id-dazju antidumping li jrid jinżamm fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, kif ġie stabbilit fil-premessa (3), għandu ikompli jiġi estiż għal importazzjonijiet ta' QĦA ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le. Il-produtturi esportaturi li kienu eżentati mill-miżuri kif estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 723/2011 għandhom ikunu eżentati wkoll mill-miżuri kif imposti b'dan ir-Regolament.

(129)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju fost esportaturi Ċiniżi, huma kkunsidrati meħtieġa miżuri speċjali f'dan il-każ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba tad-dazji tal-antidumping. Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw għal kumpaniji li għalihom tkun introdotta rata individwali tad-dazju, jinkludu dan li ġej: il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b'tali fattura jkunu suġġetti gћad-dazju tal-antidumping residwu li japplika gћall-produtturi l-oћra kollha.

(130)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' ċerti qfiel tal-ħadid jew tal-azzar, għajr dawk tal-azzar inossidabbli, jiġifieri, viti għall-injam (esklużi i-coach screws — viti b'ras eżagonali biex jiddawru bi spanner), viti li jaqbdu kamin waħedhom (self-tapping), viti u boltijiet oħrajn bir-ras (sew jekk bl-iskorfini u l-woxers tagħhom u sew jekk le, iżda huma esklużi l-viti magħmulin minn biċċiet, vireg, profili jew wajer, ta' qatgħa solida, bil-parti dritta mhux eħxen minn 6 mm, u esklużi l-viti u l-boltijiet biex jitwaħħal materjal tal-kostruzzjoni ta' linji tat-trenn), kif ukoll woxers, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7318 12 90, 7318 14 91, 7318 14 99, 7318 15 59, 7318 15 69, 7318 15 81, 7318 15 89, ex 7318 15 90, ex 7318 21 00 and ex 7318 22 00 (TARIC codes 7318159021, 7318159029, 7318159071, 7318159079, 7318159091, 7318159098, 7318210031, 7318210039, 7318210095, 7318210098, 7318220031, 7318220039, 7318220095 u 7318220098) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju tal-antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, u l-manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt tkun kif ġej:

Il-kumpanija

Dazju (%)

kodiċi addizzjonali TARIC

Biao Wu Tensile Fasteners Co., Ltd., Shanghai

43,4

A924

CELO Suzhou Precision Fasteners Co., Ltd., Suzhou

0,0

A918

Changshu City Standard Parts Factory u Changshu British Shanghai International Fastener Co. Ltd., Changshu

38,3

A919

Golden Horse (Dong Guan) Metal Manufactory Co., Ltd, il-Belt ta' Dongguan

22,9

A920

Kunshan Chenghe Standard Components Co., Ltd., Kunshan

63,7

A921

Ningbo Jinding Fastener Co., Ltd, il-Belt ta' Ningbo

64,3

A922

Ningbo Yonghong Fasteners Co., Ltd, il-Belt ta' Jiangshan

69,7

A923

Yantai Agrati Fasteners Co., Ltd., Yantai

0,0

A925

Bulten Fasteners (China) Co., Ltd., Beijing

0,0

A997

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

54,1

A928

Il-kumpaniji l-oħra kollha

74,1

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk ma tkun ippreżentata l-ebda fattura bħal din, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.   Id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b'dan estiż għal importazzjonijiet tal-istess qfiel tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (kodiċi TARIC 7318129011, 7318129091, 7318149111, 7318149191, 7318149911, 7318149920, 7318149992, 7318155911, 7318155961, 7318155981, 7318156911, 7318156961, 7318156981, 7318158111, 7318158161, 7318158181, 7318158911, 7318158961, 7318158981, 7318159021, 7318159071, 7318159091, 7318210031, 7318210095, 7318220031 u 7318220095), bl-eċċezzjoni ta' dawk il-prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Il-kumpanija

kodiċi addizzjonali TARIC

Acku Metal Industries (M) Sdn. Bhd

B123

Chin Well Fasteners Company Sdn. Bhd

B124

Jinfast Industries Sdn. Bhd

B125

Power Steel and Electroplating Sdn. Bhd

B126

Sofasco Industries (M) Sdn. Bhd

B127

Tigges Fastener Technology (M) Sdn. Bhd

B128

TI Metal Forgings Sdn. Bhd

B129

United Bolt and Nut Sdn. Bhd

B130

Andfast Malaysia Sdn. Bhd.

B265

5.   L-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji speċifikatament imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk ma tkun ippreżentata l-ebda fattura bħal din, japplika d-dazju antidumping kif impost bil-paragarfu 4 ta' dan l-Artikolu.

6.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 29, 31.1.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 275, 10.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 6.

(5)  ĠU L 203, 31.7.2012, p. 23.

(6)  ĠU C 148, 28.5.2013, p. 8.

(7)  ĠU C 27, 30.1.2014, p. 15.

(8)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 6.

(9)  China Fastneer World, ħarġa 38, Ġunju 2013, p. 124-125. http://www.fastener-world.com.tw/0_magazine/ebook/web/page.php?sect=CFW_38_W&p=124

(10)  Il-Kumitat dwar Prattiki Antidumping — Rapport ta' nofs is-sena skont l-Artikolu 16. 4 tal-Ftehim — il-Kanada, 22.8.2014, G/ADP/N/259/CAN

(11)  Il-Kumitat dwar Prattiki Antidumping — Rapport ta' nofs is-sena skont l-Artikolu 16. 4 tal-Ftehim — il-Kolumbja, 21.3.2014, G/ADP/N/252/COL

(12)  Il-Kumitat dwar Prattiki Antidumping — Rapport ta' nofs is-sena skont l-Artikolu 16. 4 tal-Ftehim — il-Messiku, 9.9.2014, G/ADP/N/259/MEX

(13)  Il-Kumitat dwar Prattiki Antidumping — Rapport ta' nofs is-sena skont l-Artikolu 16. 4 tal-Ftehim — l-Afrika t'Isfel, 27.8.2014, G/ADP/N/259/ZAF

(14)  Il-Kumitat dwar Prattiki Antidumping — Rapport ta' nofs is-sena skont l-Artikolu 16. 4 tal-Ftehim — l-Istati Uniti, 5.9.2014, G/ADP/N/259/USA

(15)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 6.

(16)  Inklużi importazzjonijiet minn kumpaniji Ċiniżi li ma nstabux li qed jagħmlu dumping fl-investigazzjoni oriġinali.

Sors: Il-Eurostat

(17)  China Fastneer World, ħarġa 38, Ġunju 2013, p. 124-125 http://www.fastener-world.com.tw/0_magazine/ebook/web/page.php?sect=CFW_38_W&p=124

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 91/2009, il-premessa 160.

(19)  It-test sħiħ tal-artikolu jinsab fis-sit: http://globalfastenernews.com/main.asp?SectionID=31&SubSectionID=42&ArticleID=11630


ANNESS I

PRODUTTURI ESPORTATURI LI KKOOPERAW MHUX INKLUŻI FIL-KAMPJUN

Kodiċi Addizzjonali TARIC A928

Abel Manufacturing Co., Ltd

Xangaj

Autocraft industrijali (Shanghai) Ltd

Xangaj

Changshu fuxin Fasteners Manufacturing Co., Ltd

Changshu

Changshu Shining Sun Fasteners Manufacturing Co., Ltd

Changshu

Changzhou Oread Fasteners Co., Ltd

Changzhou

Chun Yu (Dongguan) Metal Products Co., Ltd

Dongguan

Cixi Zhencheng Machinery Co., Ltd

Cixi

Dongguan Danny & Kuen Metal & Co., Ltd

Dongguan

Foshan Nanhai Gubang Metal Goods Co., Ltd

Foshan

Gem-year industrial Co., Ltd

Jiashan

Guangzhou Tianhe District Zhonggu Hardware Screw Manufacture

Guangzhou

Haining Xinxin Hardware Standard Tools Co., Ltd

Haining

Haiyan Flymetal Hardware Co., Ltd

Jiaxing

Haiyan Haitang Fasteners Factory

Jiaxing

Haiyan Hardware Standard Parts Co., Ltd

Jiaxing

Haiyan Lianxiang Hardware Products Co., Ltd

Jiaxing

Haiyan Mengshi Screws Co., Ltd

Jiaxing

Haiyan Self-tapping Screws Co., Ltd

Jiaxing

Haiyan Sun's Jianxin Fasteners Co., Ltd

Jiaxing

Haiyan Xinan Standard Fastener Co., Ltd

Jiaxing

Haiyan Xinglong Fastener Co., Ltd

Jiaxing

Hangzhou Everbright Metal Products Co., Ltd

Hangzhou

Hangzhou Spring Washer Co., Ltd

Hangzhou

Hott Metal Part and Fasteners Inc.

Changshu

J. C. Grand (China) Corporation

Jiaxing

Jiangsu Jiangyu Metal Work Co., Ltd

Dongtai

Jiashan Yongda Screw Co., Ltd

Jiashan

Jiaxiang Triumph Hardware Co., Ltd

Haining

Jiaxing Victor Screw Co., Ltd

Jiaxing

Jinan Star Fastener Co., Ltd

Jinan

Jin-Well Auto-parts (zhejiang) Co., Ltd

Jiashan

Kinfast Hardware Co., Ltd

Haining

Ningbo Alliance Screws and Fasteners Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Anchor Fasteners Industrial Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Dafeng Machinery Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Development Zone Yonggang Fasteners Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Fastener Factory

Ningbo

Ningbo Haixin Hardware Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Haixin Railroad Material Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Jinhui Gaoqiang Fastener Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Jinpeng High Strength Fastener Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Jintai Fastener Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Jinwei Standard Parts Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Jiulong Fasteners Manufacture Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Londex Industrial Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Minda Machinery & Electronics Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Ningli High-Strength Fastener Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Qunli Fastener Manufacture Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Special — Wind — Fasteners (China) Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Xinxing Fasteners Manufacture Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Yonggang Fasteners Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Zhenhai Xingyi Fasteners Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Zhongbin Fastener Manufacture Co., Ltd

Ningbo

Ningbo Zhongjiang High Strength Bolt Co., Ltd

Ningbo

Robertson Inc. (Jiaxing)

Jiashan

Shanghai Boxed Screw Manufacturing Company Limited

Shanghai

Shanghai Fenggang Precision Inc.

Shanghai

Shanghai Foreign Trade Xiasha No. 2 Woodscrew Factory Co., Ltd

Shanghai

Shanghai Great Diamond Fastener Co., Ltd

Shanghai

Shanghai Hang Hong Metal Products Co., Ltd

Shanghai

Shanghai Hangtou Fasteners Co., Ltd

Shanghai

Shanghai Huaming Hardware Products Co., Ltd

Shanghai

Shanghai Moregood C&F Fastener Co., Ltd

Shanghai

Shanghai Moresun Fasteners Co., Ltd

Shanghai

Shanghai Qingpu Ben Yuan Metal Products Co., Ltd

Shanghai

Shanghai Ren Sheng Standardized Item Manufacture Ltd, Co

Shanghai

Shanghai Shuyuan Woodscrews Factory

Shanghai

Shanghai SQB Automotive Fasteners Company Ltd

Shanghai

Shanghai Tapoo Hardware Co., Ltd

Shanghai

Shanghai Yifan High-Intensity Fasteners Co., Ltd

Shanghai

Shanxi Jiaocheng Zhicheng Foundry Ltd

Jiaocheng

Shenzhen Top United Steel Co., Ltd

Shenzhen

Sundram Fasteners (Zhejiang) Limited

Jiaxing

Sunfast (Jiaxing) Enterprise Co., Ltd

Jiaxing

Suzhou Escort Hardware Manufacturing Co., Ltd

Suzhou

Taicang Rongtong Metal Products Co., Ltd

Taicang

Tangshan Huifeng Standard Component Make Co., Ltd

Tangshan

Tangshan Xingfeng Screws Co., Ltd

Tangshan

Tapoo Metal Products (Shanghai) Co., Ltd

Shanghai

Tianjin Jiuri Manufacture & Trading Co., Ltd

Tianjin

Wenzhou Excellent Hardware Apparatus Packing Co., Ltd

Wenzhou

Wenzhou Junhao Industry Co., Ltd

Wenzhou

Wenzhou Tian Xiang Metal Products Co., Ltd

Wenzhou

Wenzhou Yili Machinery Development Co., Ltd

Wenzhou

Wenzhou Yonggu Fasteners Co., Ltd

Wenzhou

Wuxi Huacheng Fastener Co., Ltd

Wuxi

Wuxi Qianfeng Screw Factory

Wuxi

Xingtai City Ningbo Fasteners Co., Ltd

Xingtai

Yueqing Quintessence Fastener Co., Ltd

Yueqing

Zhejiang Jingyi Standard Components Co., Ltd

Yueqing

Zhejiang New Oriental Fastener Co., Ltd

Jiaxing

Zhejiang Qifeng Hardware Make Co., Ltd

Jiaxing

Zhejiang Rising Fasteners Co., Ltd

Hangzhou

Zhejiang Yonghua Fasteners Co., Ltd

Rui' An

Zhejiang Zhongtong Motorkits Co., Ltd

Shamen

Zhongshan City Jinzhong Fastener Co., Ltd

Zhongshan


ANNESS II

Għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) u (5):

(1)

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' prodotti tal-qfieli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fil-(pajjiż) ikkonċernat). Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

(Data u firma)”


Top