EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1072

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1072/2012 tal- 14 ta’ Novembru 2012 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

ĠU L 318, 15.11.2012, p. 28–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/05/2013: This act has been changed. Current consolidated version: 16/11/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1072/oj

15.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1072/2012

tal-14 ta’ Novembru 2012

li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Bidu

(1)

Fis-16 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni Ewropea, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“in-notifika ta’ bidu”), ħabbret il-bidu ta’ proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”, “iċ-Ċina” jew “ir-RPĊ”).

(2)

Il-proċedura nbdiet wara ilment li ġie ppreżentat fit-3 ta’ Jannar 2012 f’isem il-produtturi tal-UE (“il-kwerelanti”), li jirrappreżentaw aktar minn 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-imsemmi prodott u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li kienet meqjusa bħala biżżejjed biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċedura.

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(3)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelanti, lil produtturi tal-Unjoni magħrufa oħrajn, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, lill-importaturi, lin-negozjanti, lill-utenti, lill-fornituri u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa bħala li huma kkonċernati, kif ukoll lir-rappreżentanti tar-RPĊ dwar il-bidu tal-proċedura. Il-Kummissjoni avżat ukoll lill-produtturi fil-Federazzjoni Russa, li kienet proposta fin-notifika ta’ bidu bħala pajjiż analogu possibbli. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha li għamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, fil-fatt ingħataw id-dritt li jinstemgħu.

(4)

Minħabba dak li jidher bħala għadd kbir ta’ produtturi esportaturi u importaturi mhux relatati, in-notifika ta’ bidu talbet lill-produtturi esportaturi u lill-importaturi mhux relatati jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011. Dan it-tagħrif għandu jagħti ċ-ċans lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li tiddeċiedi dwar il-ħtieġa tat-teħid ta’ xi kampjuni u jekk ikun hemm il-ħtieġa, li tagħżel il-kampjuni.

(5)

Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’din il-proċedura, in-notifika ta’ bidu ħabbret li l-Kummissjoni kienet għażlet kampjun provviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni għad-determinazzjoni tal-ħsara skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Dik l-għażla minn qabel kienet saret bl-użu tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni fl-istadju tal-bidu u kienet ibbażata fuq il-volum tal-bejgħ, id-daqs u l-lokazzjoni ġeografika tal-produtturi fl-Unjoni, kif ukoll fuq is-segment tal-prodott. Dan il-kampjun kien jinkludi sitt produtturi tal-Unjoni li jkopru t-tipi ta’ prodotti ewlenin kollha u li jinsabu f’ħames Stati Membri, li tnejn minnhom kienu intrapriżi żgħar u medji (SMEs). Dak il-kampjun preliminari kien jammonta għal aktar minn 15 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni stmata. Madankollu, wieħed mill-produtturi fil-kampjun preliminari ma xtaqx li jkun parti mill-kampjun u bosta partijiet interessati sostnew li kienet ġiet injorata l-għażla ta’ Stat Membru b’volumi kbar ta’ produzzjoni u li għalhekk għandu jkun hemm tali inklużjoni f’kampjun rappreżentattiv. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni biddlet il-kampjun preliminari tagħha u l-kampjun finali li rriżulta issa kien jinkludi seba’ produtturi tal-Unjoni li jkopru t-tipi ta’ prodotti ewlenin kollha u li jinsabu f’sitt Stati Membri, li tnejn minnhom kienu SMEs. Dak il-kampjun kien jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni stmata.

(6)

Madwar 400 produttur esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, li jammontaw għal aktar minn 60 % tal-esportazzjonijiet totali, ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni għażlet kampjun provviżorju ta’ ħames produtturi esportaturi bl-ogħla volum ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni u stiednet lill-produtturi esportaturi kollha magħrufa mal-Kummissjoni sabiex jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar il-kampjun propost. Żewġ produtturi esportaturi fl-għażla preliminari biex jagħmlu parti mill-kampjun imbagħad ikkoreġew l-informazzjoni tagħhom għat-teħid tal-kampjun b’tali mod li l-volum tal-esportazzjoni tagħhom ma kienx suffiċjenti għalihom biex jiġu inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni mbagħad għażlet il-kampjun finali bl-akbar ħames kumpaniji aġġornati f’termini ta’ volum tal-esportazzjoni. Il-kumpaniji fil-kampjun jammontaw għal kważi 20 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw.

(7)

Il-kumpaniji jew il-gruppi ta’ kumpaniji finalment magħżula li għandhom jiġu inklużi fil-kampjun huma:

(a)

Hunan Hualian China Industry Co., Ltd u l-kumpaniji relatati magħha,

(b)

Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd u l-kumpaniji relatati magħha,

(c)

CHL International Ltd u l-kumpaniji relatati magħha,

(d)

Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited u l-kumpaniji relatati magħha (‘Niceton’) u

(e)

Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd.

(8)

Kien hemm kumpanija waħda li kkontestat l-għażla tal-kumpaniji fil-kampjun u saħqet li hija għandha tiġi inkluża fil-kampjun. Hija sostniet li l-inklużjoni tagħha ma kinitx se tagħmel l-għadd ta’ kumpaniji fil-kampjun wieħed mhux xieraq u ma kienet se tikkawża ebda dewmien fl-investigazzjoni, speċjalment billi din hija kumpanija li tesporta relattivament żgħira. Hija sostniet ukoll li l-kumpanija hija proprjetà ta’ sidien barranin u li l-kampjun ma jkunx wieħed rappreżentattiv mingħajr l-inklużjoni tagħha.

(9)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-għażla tal-kumpaniji fil-kampjun saret fuq il-bażi tal-akbar kwantitajiet ta’ volumi skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku billi tqies l-għadd ta’ produtturi li setgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Meta wieħed iqis li l-kumpanija hija kumpanija li tesporta relattivament żgħira, l-inklużjoni tagħha ma kienet ser iżżid ebda valur mar-rappreżentanza tal-kampjun f’termini ta’ volum esportat. Barra minn hekk, ta’ min jinnota wkoll li l-kumpanija ppreżentat ruħha tard wisq – erba’ xhur wara li kienet ġiet ikkomunikata l-għażla finali lill-produtturi esportaturi kollha u wkoll wara li kienu diġà saru ż-żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji magħżula. Għalhekk, it-talba ta’ din il-kumpanija li tiġi inkluża fil-kampjun ġiet miċħuda.

(10)

Aktar minn sittin importatur mhux relatati wieġbu sad-data tal-għeluq għall-mistoqsijiet tat-teħid tal-kampjun u offrew il-kooperazzjoni tagħhom fil-proċedura. Ħamsa minn dawn il-kumpaniji ntgħażlu biex jifformaw il-kampjun. Dawn il-ħames importaturi mhux relatati ntgħażlu fuq il-bażi tal-volumi u l-valur tal-importazzjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, il-lokazzjoni ġeografika tagħhom, il-mudell tan-negozju tagħhom u s-segment tal-prodott tagħhom. Il-kumpaniji fil-kampjun kienu jikkorrispondu mal-akbar volumi rappreżentattivi u mal-valur tal-importazzjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, li setgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Skont il-figuri rrapportati fl-istadju tat-teħid tal-kampjun, huma kienu jammontaw għal madwar 6 % tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-PI.

(11)

Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ ikunu jistgħu jissottomettu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (‘TES’) jew trattament individwali (‘TI’), jekk din kienet ix-xewqa tagħhom, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talba lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kienu talbuhom u lill-awtoritajiet Ċiniżi.

(12)

Ħdax-il produttur esportatur Ċiniżi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi talbu TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew TI f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li huma ma ssodisfawx il-kondizzjonijiet għal TES. Tlieta minn dawn il-pretendenti ġew inklużi fil-kampjun, filwaqt li t-tmienja l-oħra ma ġewx inklużi. Wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi, mhux inkluż fil-kampjun, sussegwentement irtira t-talba tiegħu għal TES filwaqt li żamm it-talba tiegħu għal TI. Iż-żewġ produtturi esportaturi l-oħrajn fil-kampjun, flimkien ma’ erba’ kumpaniji oħrajn li ma ġewx inklużi fil-kampjun, talbu TI biss.

(13)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-ħames produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ u lil kważi 300 produttur esportaturi oħrajn fir-RPĊ li talbu li jirċievu l-kwestjonarji. Barra minn hekk, intbagħtu kwestjonarji lis-seba’ produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun, lill-ħames importaturi magħżula fil-kampjun, lill-erba’ assoċjazzjonijiet ta’ bejjiegħa bl-imnut u distributuri, kif ukoll lil bejjiegħa bl-imnut u distributuri individwali li talbu li jirċievu l-kwestjonarji. Minbarra dan, il-kwestjonarji ntbagħtu wkoll lil produtturi esportaturi fl-Indja, fit-Turkija, fil-Brażil, fit-Tajlandja u fir-Russja, li kienu meqjusa bħala pajjiżi kandidati għall-għażla ta’ pajjiż analogu xieraq.

(14)

It-tweġibiet waslu minn tlettax-il produttur esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ u minn tliet produtturi minn pajjiżi analogi possibbli (il-Brażil, it-Tajlandja u r-Russja). Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet il-kwestjonarji mwieġba mis-seba’ produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u mill-ħames importaturi magħżula fil-kampjun. Il-kwestjonarji mwieġba waslu wkoll minn bejjiegħ wieħed bl-imnut, minn distributur wieħed u minn żewġ assoċjazzjonijiet ta’ bejjiegħa bl-imnut u distributuri.

(15)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet minn aktar minn 20 importatur mhux relatati ma’ produttur esportatur, minn bosta bejjiegħa bl-imnut, minn fornitur ta’ programmi ta’ kummerċjalizzazzjoni u mill-Kamra Ċiniża ta’ Prodotti Industrijali Ħfief u ta’ Prodotti ta’ Artiġjanat (Chinese Chamber of Light Industrial Products and Arts-Crafts - CCCLA).

(16)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala neċessarja għad-determinazzjoni provviżorja tad-dumping, għall-ħsara li rriżultat u għall-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)   Produtturi tal-Unjoni

(17)

Iż-żjarat ta’ verifika saru fil-bini tas-seba’ produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun.

(18)

Il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kif ukoll produtturi tal-Unjoni oħrajn li kkooperaw talbu, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, li l-identitajiet tagħhom jinżammu kunfidenzjali. Huma sostnew li l-iżvelar tal-identità tagħhom jista’ jwassal għal riskju ta’ effetti negattivi sinjifikanti.

(19)

Ċerti produtturi tal-Unjoni kwerelanti jfornu lil klijenti fl-Unjoni li wkoll jakkwistaw il-prodotti tagħhom miċ-Ċina, biex b’hekk jibbenifikaw direttament minn dawn l-importazzjonijiet. Għalhekk, dawk il-kwerelanti kkunsidraw lilhom infushom bħala li kienu f’pożizzjoni sensittiva minħabba li wħud mill-klijenti tagħhom setgħu ma kienux sodisfatti bil-mod kif ġie sottomess jew appoġġjat l-ilment tagħhom kontra l-allegat dumping dannuż. Għal dawn ir-raġunijiet, huma kkunsidraw li kien hemm riskju ta’ ritaljazzjoni minn uħud mill-klijenti tagħhom. Barra minn hekk, ċerti produtturi tal-Unjoni kwerelanti qegħdin jesportaw ukoll lejn iċ-Ċina. Dawk il-kumpaniji kienu tal-fehma li s-sottomissjoni ta’ jew l-appoġġ għal ilment kontra l-allegat dumping dannuż jistgħu jirrappreżentaw theddida għan-negozju tagħhom fiċ-Ċina. It-talba ġiet milqugħa minħabba li kienet issostanzjata biżżejjed.

(20)

Ir-rappreżentanti ta’ ċerti produtturi esportaturi, is-CCCLA u xi importaturi mhux relatati sostnew li huma ma setgħux jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ difiża kif suppost minħabba li l-identità tal-kwerelanti u ta’ dawk li appoġġjaw l-ilmenti ma kinitx żvelata. Huma sostnew li, f’dawk iċ-ċirkostanzi, il-partijiet ġew esklużi milli jikkummentaw dwar il-ħsara materjali li kienet teżisti, kemm jekk il-produtturi jistgħu jiġu esklużi mill-industrija tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(1) (a) tar-Regolament bażiku u/jew mir-rappreżentanza tal-kampjun. Madankollu, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni żgurat li dawn il-kwistjonijiet jistgħu jiġu vverifikati u indirizzati fil-fajls disponibbli għal spezzjoni mill-partijiet interessati, bħall-korrispondenza għall-partijiet interessati, permezz ta’ notes on standing u l-għażla tal-kampjun u permezz ta’ sottomissjonijiet iddokumentati tajjeb minn partijiet oħrajn. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(b)   Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Hunan Hualian China Industry Co, Ltd, Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd, Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd u Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd (‘Hunan Hualian’)

Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd u Guangxi Sanhuan Lucky Xinda Export & Import Co., Ltd (‘Guangxi Sanhuan’)

CHL International Ltd u CHL Porcelain Industries Ltd (‘CHL’)

Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited, Shandong Silver Phoenix Company Limited u negozjant relatat ibbażat f’Ħong Kong, Niceton International Limited (‘Niceton’)

Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd.

Fujian Dehua Hiap Huat Koyo Toki Co., Ltd

Shenzhen Baosanhe Ceramics Industrial Co., Ltd

Chaozhou Fairway Ceramics Manufacturing Co., Ltd

Chaozhou Mingyu Porcelain Industries Co., Ltd

Shenzhen Grand Collection Industrial Co., Ltd u Chaozhou Grand Collection Tableware Co., Ltd (‘Grand Collection’)

Tienshan (Handan) Tableware Co., Ltd

Zibo Kun Yang Ceramic Corporation Limited

(c)   Importaturi tal-Unjoni

Symbol srl, Treviso, l-Italja;

Metro AG, Dusseldorf, il-Ġermanja;

Ritzenhoff & Breker GmbH & Co. KG, Bad Driburg, il-Ġermanja;

Joseph Maeser GmbH, Dornbirn, l-Awstrija;

IKEA Supply AG, Pratteln, l-Isvizzera

(d)   Produttur esportatur fil-pajjiż analogu

(21)

Il-produttur Brażiljan li kkoopera talab biex l-identità tiegħu tibqa’ kunfidenzjali minħabba li l-iżvelar tagħha tista’ tirriżulta f’effetti negattivi sinjifikanti fuq in-negozju tiegħu. It-talba tiegħu tqieset bħala li kienet mistħoqqa u b’hekk ġiet aċċettata.

3.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(22)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew ‘PI’). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

(23)

Il-kwerelanti sostnew li l-perjodu għall-valutazzjoni tal-ħsara għandu jiġi estiż b’sena u jibda fl-2007, filwaqt li c-CCCLA sostniet li dan il-perjodu għandu jitqassar b’sena u jibda fl-2009. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ewwel talba, din ma ngħatatx minħabba li ma kien hemm xejn fil-fajl li kien jissostanzja li perjodu kkunsidrat ta’ ħames snin ikun jirrifletti x-xejriet aħjar, kif issuġġerit mill-kwerelanti. Fir-rigward tat-tieni talba, is-CCCLA rreferiet f’termini ġenerali għall-każistika tad-WTO li setgħet tistabbilixxi li l-membri tad-WTO ma jistgħux jagħżlu bażi li tirriżulta f’sempliċi tqabbil minn punt ta’ tmiem għal punt ta’ tmiem u li jekk bidla fis-sena bażi tista’ twassal faċilment għal sejba ta’ ħsara, il-membru tad-WTO jista’ jkollu diffikultà biex jistabbilixxi l-eżistenza ta’ ħsara materjali. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis tal-perjodu kkunsidrat f’dan il-każ jirriżulta f’perjodu ta’ analiżi qasir bla bżonn li, barra minn hekk, minħabba l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq ċerti indikaturi, seta’ offra stampa ppreġudikata tax-xejriet tal-ħsara. B’hekk, iż-żewġ talbiet ġew miċħuda b’mod provviżorju.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(24)

Il-prodott ikkonċernat huwa oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li bħalissa jaqgħu fl-ambitu tal-kodiċi CN 6911 10 00, ex 6912 00 10, ex 6912 00 30, ex 6912 00 50 u ex 6912 00 90 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). Dan il-prodott jista’ jkun tal-porċellana jew tal-kina, ta’ fuħħar komuni, tal-ġebel, taċ-ċaqquf jew ta’ fuħħar fin jew xi materjal ieħor. Il-materja prima ewlenija tinkludi minerali bħal kaolin, feldspar u quartz u l-kompożizzjoni tal-materja prima użata tiddetermina t-tip tal-prodott taċ-ċeramika finali prodott.

(25)

L-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina jiġu kkummerċjalizzati f’varjetà kbira ta’ forom li komplew jevolvu tul iż-żmien. Huma jintużaw f’firxa wiesgħa ta’ postijiet, pereżempju; djar, lukandi, ristoranti jew stabbilimenti tal-kura tas-saħħa.

1.1.   Talbiet għal esklużjoni

(26)

Matul l-investigazzjoni, ġew sottomessi u analizzati bosta talbiet għall-esklużjoni ta’ prodotti speċifiċi mill-ambitu tal-prodott. L-analiżi ta’ dawn it-talbiet hija miġbura fil-qosor fil-paġni li ġejjin.

1.1.1.   Kina (fina)

(27)

Fir-rappreżentazzjonijiet tagħha, is-CCCLA sostniet li l-kina (fina) għandha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. Allegatament, il-kina (fina) hija differenti b’mod fundamentali minn tipi oħrajn ta’ oġġetti għal fuq il-mejda u tal-kċina minħabba differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, fil-proċessi tal-produzzjoni, fl-użu finali u fil-perċezzjoni tal-konsumaturi. Magħmula minn trab mill-għadam tal-barri, il-livelli għoljin tagħha ta’ bjuda u transluċidità huma notevoli. B’saħħa mekkanika qawwija ħafna u reżistenza kbira għat-tixlif, din il-kina tiġi manifatturata fi cross-sections ferm irqaq u permezz ta’ produzzjoni aktar sofistikata u għalja mhux tipikament użata mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, huma biss ftit produtturi tal-Unjoni li ser ikunu qegħdin jimmanifatturaw il-kina (fina).

(28)

Fir-rigward ta’ dawn it-talbiet, l-investigazzjoni żvelat l-ewwel nett li ma teżisti ebda definizzjoni aċċettata b’mod universali ta’ kina. Il-kina (fina) hija biss forma waħda ta’ porċellana magħmula minn għaġna ratba, b’sehem kbir tal-materja prima jkun l-istess bħal dik li tintuża għal oġġetti taċ-ċeramika. Fis-sottomissjonijiet tagħha, is-CCCLA kkontradixxiet lilha nnifisha fir-rigward tal-kombinazzjoni u s-sehem tal-ingredjenti differenti. It-tieni, l-investigazzjoni ma setgħetx tikkonferma li l-kina (fina) kienet teħtieġ proċess ta’ produzzjoni ħafna aktar sofistikat. It-tielet, l-użu tal-kina (fina) bħala oġġetti ta’ fuq il-mejda huwa identiku kullimkien, kemm jekk fiċ-Ċina jew inkella fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-ebusija u r-robustezza mhumiex speċifiċi għall-kina (fina). Pereżempju, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda għar-ristoranti jew għall-catering ikunu partikolarment ebsin u robusti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-kina (fina) tiġi manifatturata minn numru ta’ produtturi tal-Unjoni u hija f’kompetizzjoni ma’ importazzjonijiet ta’ kina (fina) li toriġina miċ-Ċina. Għalhekk, it-talbiet għall-esklużjoni tal-kina (fina) mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni huma miċħuda b’mod provviżorju.

1.1.2.   Skieken taċ-ċeramika (għall-kċina)

(29)

Żewġ produtturi esportaturi, is-CCCLA u diversi importaturi sostnew li s-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) għandhom jiġu eslużi mill-ambitu tal-prodott. Din it-talba hija bbażata fuq l-allegazzjoni li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, dawn is-skieken u tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina ma jistgħux jitqiesu bħala li jifformaw prodott wieħed. Is-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) ġeneralment ikollhom materjal taċ-ċeramika magħmul minn ossidu taż-żirkonju għax-xafra li ma jintużax għal oġġetti “standard” ta’ fuq il-mejda bħal kikkri u platti. Il-grad ta’ interkambjalità tagħhom mal-kateogiriji ewlenin tal-prodott taħt investigazzjoni sejjer ikun limitat.

(30)

L-investigazzjoni żvelat li s-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi (għamla u ebusija), disinn tal-industrija u użu finali (li jaqtgħu) bħas-skieken tal-metall (għall-kċina). Konsegwentement, huma differenti mill-prodotti l-oħrajn koperti mill-proċedura minħabba li dawn tal-aħħar huma primarjament oġġetti intiżi biex iżommu oġġetti tal-ikel minħabba d-disinn speċifiku u l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom.

(31)

Barra minn hekk, ġie sostnut li t-teknoloġija li tipproduċi dawk is-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) mhux ser tibqa’ teżisti fl-Unjoni, għalhekk, it-tkomplija tal-investigazzjoni fir-rigward tas-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) tispiċċa tikser il-liġi tad-WTO u tal-Unjoni. Il-kwerelanti rrikonoxxew li, skont l-għarfien tagħhom, ma kienx hemm tali produzzjoni fl-Unjoni.

(32)

Ġie miżjud ukoll li s-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) jinbiegħu biss f’postijiet esklussivi, filwaqt li l-mezzi tad-distribuzzjoni (id-distributuri tal-oġġetti tal-kċina) u l-assoċjazzjoni rappreżentattiva (l-assoċjazzjoni tal-pożati) huma wkoll differenti minn xulxin. Madankollu, l-investigazzjoni ma setgħetx tikkonferma li dawn il-kwistjonijiet huma ekwivalenti għal perċezzjoni tal-konsumaturi differenti meta mqabbla ma’ tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina.

(33)

Ġie allegat ukoll li l-miżuri fuq is-skieken taċ-ċeramika mhumiex ser iroddu kundizzjonijiet ġusti fis-suq iżda pjuttost joħolqu dannu għall-konsumaturi finali (tas-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina)). Ċerti partijiet iddikjaraw li, fir-rigward tas-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) mhux manifatturati fl-Unjoni, ma kienx possibbli li kien hemm ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ssubordinat l-analiżi ta’ dawn it-talbiet għal konklużjoni dwar jekk is-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) u tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina humiex meqjusa bħala li jifformaw prodott wieħed.

(34)

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessa (30) hawn fuq, l-investigazzjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li s-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) huma fundamentalment differenti minn tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina minħabba differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, fil-proċessi tal-produzzjoni u fl-użu finali. Għalhekk, it-talba sabiex dawn l-oġġetti jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni ġiet aċċettata b’mod provviżorju.

1.1.3.   Oġġetti Ċiniżi/b’dehra Orjentali

(35)

Żewġ importaturi sostnew li l-oġġetti Ċiniżi/b’dehra Orjentali ta’ fuq il-mejda u tal-kċina għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Ir-raġuni ewlenija li ġiet allegata kienet li dawn it-tipi ta’ oġġetti ma jiġux manifatturati fl-Unjoni, li d-domanda għal dawn l-oġġetti fl-Unjoni dejjem kienet fornuta minn importazzjonijiet u li l-importazzjonijiet ta’ dan it-tip mhux ser ikollhom impatt negattiv fuq kwalunkwe sehem mis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni.

(36)

L-investigazzjoni sabet li la teżisti definizzjoni oġġettiva u aċċettata b’mod universali ta’ din il-kategorija u lanqas karatteristiċi speċifiċi li jidentifikawha. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jimmanifatturaw dan l-istil ukoll. Barra minn hekk, l-oġġetti Ċiniżi/b’dehra Orjentali ta’ fuq il-mejda u tal-kċina ma għandhomx użu finali uniku jew differenti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-investigazzjoni rrimarkat li f’ħafna ristoranti Ażjatiċi jintużaw oġġetti ta’ fuq il-mejda bi stil tal-punent u li l-prodotti inkwistjoni jistgħu jiġu sostitwiti faċilment. Għalhekk, it-talbiet għall-esklużjoni ta’ oġġetti Ċiniżi/b’dehra Orjentali mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni huma miċħuda b’mod provviżorju.

1.1.4.   Porċellana durabbli

(37)

Minn naħa, ġie sostnut li l-porċellana durabbli għandha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott minħabba l-karatteristiċi fiżiċi uniċi u l-proċess tal-produzzjoni tagħha. B’reżistenza u saħħa akbar, il-materja prima tal-porċellana durabbli tinkludi fiha bejn 6 u 10 % ta’ trab tal-alumina, filwaqt li l-proċess ta’ tħejjija tal-materja prima (kaolin) huwa wieħed uniku. Il-porċellana durabbli tirrikjedi ħaddiema tas-sengħa u tgawdi minn kwalità u prezz ogħla meta mqabbla ma’ oġġetti ta’ fuq il-mejda tradizzjonali. Barra minn hekk, ma hemmx produtturi mill-Unjoni li jimmanifatturawha.

(38)

Min-naħa l-oħra, importatur sostna li l-oġġetti ta’ fuq il-mejda durabbli, li jintużaw tipikament fil-lukandi, jammontaw għal sehem sostanzjali tal-produzzjoni globali taċ-ċeramika Ċiniża, għalhekk, jekk dawn jiġu injorati, jispiċċaw jiġu prodotti riżultati li ma jagħtux l-impressjoni korretta.

(39)

L-investigazzjoni sabet li la teżisti definizzjoni oġġettiva u aċċettata b’mod universali ta’ porċellana durabbli u lanqas karatteristiċi mhux ikkontestati li jidentifikawha. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jimmanifatturaw dawn it-tip ta’ oġġetti ta’ fuq il-mejda wkoll u kemm il-prodotti Ċiniżi kif ukoll dawk magħmula fl-Unjoni jinsabu f’kompetizzjoni diretta. Barra minn hekk, il-porċellana durabbli ma għandhiex użu finali uniku jew differenti. Għalhekk, it-talbiet għall-esklużjoni ta’ porċellana durabbli mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni huma miċħuda b’mod provviżorju.

1.1.5.   Porċellana maħduma bl-idejn

(40)

Assoċjazzjoni Svediża li tirrappreżenta importaturi Svediżi rilevanti għamlet rappreżentazzjonijiet favur l-esklużjoni ta’ porċellana maħduma bl-idejn mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. Hija invokat l-istorja twila ta’ tali xogħol maħdum bl-idejn fiċ-Ċina, l-affordabilità tiegħu u l-perċezzjoni differenti tal-konsumaturi bejn oġġetti Ċiniżi maħduma bl-idejn kontra oġġetti mhux maħduma bl-idejn manifatturati fl-Unjoni.

(41)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li, minn naħa waħda, ma teżisti ebda definizzjoni oġġettiva/aċċettata b’mod universali ta’ din il-kategorija u li, min-naħa l-oħra, hemm bosta produtturi mill-Unjoni li jimmanifatturaw porċellana maħduma bl-idejn. L-investigazzjoni wriet li la kien hemm karatteristiċi fiżiċi fundamentalment differenti minn għamliet oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina u lanqas perċezzjoni differenti tal-konsumaturi meta mqabbla ma’ porċellana maħduma bl-idejn manifatturata fl-Unjoni. Għalhekk, it-talba għall-esklużjoni tal-porċellana maħduma bl-idejn mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni hija miċħuda b’mod provviżorju.

1.1.6.   Oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn

(42)

Diversi importaturi għamlu rappreżentazzjonijiet għall-esklużjoni ta’ oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. L-argumenti mressqa kienu jikkonċernaw il-fatt li l-oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn huma mmirati għal ċertu tip ta’ konsumaturi, li jistgħu jintużaw għal għanijiet differenti minn oġġetti ta’ fuq il-mejda tradizzjonali (eż. bħala dekorazzjoni), li ma jiġux manifatturati fi kwantitajiet kummerċjali fl-Unjoni, li mhumiex direttament kompetittivi u lanqas interkambjabbli ma’ oġġetti oħrajn ta’ fuq il-mejda jew tal-kċina, il-perċezzjoni differenti mill-konsumaturi, il-lussu u n-natura aktar fraġli tagħhom, flimkien mal-proċess tal-produzzjoni speċifiku tagħhom, jinvolvu xogħol aktar intensiv u ħaddiema b’ħiliet kbar.

(43)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott huwa assolutament identiku għal oġġetti ta’ fuq il-mejda mhux impinġija bl-idejn sakemm issir it-tpinġija bl-idejn. Hija ċċarat ukoll li l-fatt li l-proċess tal-manifattura jinvolvi aktar trattament manwali ma jrendix il-prodott f’wieħed differenti; fil-fatt, ħafna mill-utenti finali jsibuha diffiċli biex jagħmlu distinzjoni, jekk ikun hemm, bejn porċellana mpinġija bl-idejn u porċellana mhux impinġija bl-idejn. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn normalment ikollhom l-istess użu finali bħal tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u mhux neċessarjament ikunu aktar fraġli. L-investigazzjoni sabet ukoll li bosta produtturi mill-Unjoni jimmanifatturaw porċellana mpinġija bl-idejn u li l-prodotti importati u dawk magħmula fl-Unjoni huma f’kompetizzjoni diretta. Għalhekk, it-talbiet għall-esklużjoni tal-oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni ġew miċħuda b’mod provviżorju.

1.1.7.   Oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ

(44)

Importatur għamel rappreżentazzjonijiet għall-esklużjoni ta’ oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. L-argumenti mressqa kienu jikkonċernaw il-fatt li l-oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ jinvolvu proċess ta’ produzzjoni differenti, użu differenti (billi jintużaw għall-ikel u x-xorb, filwaqt li, allegatament, il-prodotti mpinġija fuq il-verniċ normalment ma jistgħux jintużaw għal dan il-għan) u għandhom karatteristiċi fiżiċi u ta’ kwalità differenti, jiġifieri ma jagħmlux ħsara lill-ikel u assolutament ma ssir ebda ħsara lilhom mill-użu f’dishwasher jew f’microwave. Il-parti kkonċernata qalet ukoll li ma hemm ebda produttur mill-Unjoni li huwa kapaċi jew lest li jagħmel volumi kummerċjali ta’ oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ u ssuġġeriet li ma jkun hemm ebda riskju ta’ ċirkomvenzjoni li kieku l-oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. Hija sostniet ukoll li l-konsumaturi iħarsu lejn dan il-prodott b’mod differenti, minħabba li, aktar milli bħala parti minn ditta, il-prodott jitqies bħala collector/lifestyle item u ma jinbiegħx f’settijiet kompleti.

(45)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li, minn naħa waħda, ma teżisti ebda definizzjoni oġġettiva u aċċettata b’mod universali ta’ din il-kategorija u li, min-naħa l-oħra, hemm bosta produtturi mill-Unjoni li jistgħu jimmanifatturawha. Barra minn hekk, ġie innotat li l-prodotti importati u dawk magħmula fl-Unjoni huma f’kompetizzjoni diretta. L-investigazzjoni żvelat li, fiżikament, il-prodott huwa assolutament identiku għall-oġġetti ta’ fuq il-mejda mhux impinġija bl-idejn u li l-konsumatur medju ma jagħmel ebda differenza bejn l-oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ u tipi oħrajn ta’ oġġetti dekorattivi ta’ fuq il-mejda. Hija għamlitha ċara wkoll li l-fatt li l-proċess tal-manifattura jinvolvi aktar ħaddiema tas-sengħa ma jrendix il-prodott f’wieħed differenti u li l-oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ bażikament għandhom l-istess użu finali bħal tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda. Għalhekk, it-talbiet għall-esklużjoni tal-oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni ġew miċħuda b’mod provviżorju.

1.1.8.   Oġġetti ta’ fuq il-mejda mhux manifatturati fl-UE

(46)

Ir-rappreżentazzjonijiet ta’ ċerti importaturi jsostnu li l-investigazzjoni għandha tkun limitata għal dawk is-swieq li bħalissa qegħdin jiġu servuti mill-produtturi kwerelanti mill-Unjoni. Altrimenti, id-dazji jkunu ta’ dannu għal ċerti importaturi “speċjalizzati” fejn lanqas ikunu jistgħu jakkwistaw prodotti mingħand produtturi tal-Unjoni. Intqal ukoll li produtturi tal-Unjoni li jkollhom ditti ma jipproduċux prodotti għal kumpaniji oħrajn u li l-produtturi tal-Unjoni la jagħmlu ordnijiet żgħar u lanqas jaħdmu bil-forom għal ċerti għamliet. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni mhumiex flessibbli u ma joffrux preżentazzjonijiet li jistgħu jingħataw bħala rigal.

(47)

Din it-talba ġiet miċħuda b’mod provviżorju minħabba li hija wisq estensiva u mhux definita u ma hemm ebda bażi oġġettiva għal din l-esklużjoni. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni għandhom firxa wiesgħa ta’ prodotti u joffru prodotti ġodda regolarment, biex b’hekk il-kollezzjonijiet u l-firxiet ta’ prodotti jvarjaw kontinwament. It-tipi ta’ prodotti u kwalitajiet manifatturati mill-industrija tal-Unjoni jinstabu regolarment ukoll għand l-esportaturi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li hemm produtturi tal-Unjoni li jimmanifatturaw oġġetti taħt id-ditti ta’ partijiet oħrajn. Instab ukoll li l-prodotti manifatturati fl-Unjoni u dawk importati miċ-Ċina jinsabu f’kompetizzjoni diretta, jistgħu jiġu sostitwiti faċilment, għandhom l-istess użu finali, kif ukoll għandhom proċessi ta’ produzzjoni u perċezzjoni tal-klijenti simili. Il-kwistjoni tal-flessibbiltà hija indirizzata fit-taqsima dwar l-interess tal-Unjoni.

1.1.9.   Oġġetti tal-ġebel

(48)

Importatur bi produzzjoni fiċ-Ċina sostna li l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ġebel, li jikkonsistu primarjament minn oġġetti tal-kċina, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Skont din il-parti, ser ikun hemm biss produzzjoni marġinali ta’ prodotti tal-ġebel fl-Unjoni u probabbiltà kbira li l-kwerelanti jinkludu prodotti tal-ġebel għal ċirkomvenzjoni antiċipata. L-importatur allega wkoll li l-prezzijiet mitluba għal prodotti importati kienu ferm ogħla minn dawk mitluba minn kwalunkwe produttur ieħor fl-Unjoni u li dawn l-importazzjonijiet ma kkawżaw ebda dannu jew tnaqqis fil-prezzijiet.

(49)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ġebel fl-Unjoni hija sinjifikanti. Din l-investigazzjoni kkonkludiet ukoll li l-prodotti tal-ġebel manifatturati fl-Unjoni u dawk importati miċ-Ċina jinsabu f’kompetizzjoni diretta, jistgħu jiġu sostitwiti faċilment, għandhom l-istess użu finali, kif ukoll għandhom proċessi ta’ produzzjoni, perċezzjoni tal-klijenti u karatteristiċi fiżiċi simili. L-allegazzjonijiet relatati mal-prezzijiet huma indirizzati fil-premessa (240). Għalhekk, it-talba għall-esklużjoni tal-oġġetti tal-ġebel mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni ġiet miċħuda b’mod provviżorju.

(50)

B’mod alternattiv, il-parti sostniet li prodotti tal-ġebel mogħtija l-verniċ u/jew prodotti miksija bl-enemel jew prodotti tal-ġebel mogħtija l-verniċ u/jew prodotti miksija bl-enemel mhux bojod u/jew iggradati għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Madankollu, f’dan l-istadju tal-proċedura ma setgħet tintlaħaq ebda konklużjoni fuq dan il-punt.

1.1.10.   Talbiet oħrajn

(51)

Importatur sostna li l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni kien wiesa’ wisq biex jippermetti li jsir tqabbil raġonevoli fost it-tipi ta’ prodotti. Importatur b’interessi ta’ produzzjoni fiċ-Ċina esprima opinjoni simili. F’dan ir-rigward, xi partijiet irreferew ukoll għal oġġetti purament dekorattivi.

(52)

F’dan ir-rigward, huwa innotat li l-kriterji rilevanti applikati sabiex jiġi stabbilit jekk il-prodott, soġġett għal investigazzjoni, jistax jitqies bħala prodott wieħed jew le, jiġifieri, il-karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi tiegħu, huma stipulati fid-dettall hawn taħt. Għalhekk, oġġetti li huma purament dekorattivi mhumiex koperti. Barra minn hekk, anki jekk id-diversi tipi ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina jista’ fil-fatt ikollhom ċerti karatteristiċi speċifiċi differenti, l-investigazzjoni wriet li, bl-eċċezzjoni tas-skieken taċ-ċeramika, il-karatteristiċi bażiċi tagħhom jibqgħu identiċi. Barra minn hekk, il-fatt li l-prodott ikkonċernat jista’ jiġi manifatturat b’xi varjazzjonijiet fil-proċess tal-manifattura fih innifsu mhuwiex kriterju li jista’ jirriżulta f’sejba ta’ żewġ prodotti distinti jew aktar. Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni żvelat ukoll li d-diversi tipi tal-prodott ikkonċernat ġeneralment inbiegħu permezz tal-istess mezzi ta’ bejgħ. Filwaqt li ċerti ħwienet speċjalizzati jistgħu jiffokaw fuq ċerti tipi speċifiċi, parti kbira mid-distributuri (bejjiegħa bl-imnut, kumplessi kummerċjali, supermarkets) ibiegħu diversi tipi ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina, sabiex joffru firxa wiesgħa ta’ għażliet lill-klijenti tagħhom. Għalhekk, il-pretensjonijiet li l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni kien wiesa’ wisq ġew miċħuda b’mod provviżorju.

(53)

Parti interessata sostniet li ċerti oġġetti taċ-ċeramika li jitħnu l-ħwawar għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Madankollu, l-investigazzjoni ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, biex b’hekk it-talba li saret ġiet miċħuda b’mod provviżorju.

1.2.   Konklużjoni dwar il-prodott ikkonċernat

(54)

L-investigazzjoni wriet li t-tipi kollha ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina, minkejja d-differenzi f’dak li għandu x’jaqsam mal-proprjetajiet u l-istil, għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi, jiġifieri l-prodotti taċ-ċeramika kienu mmirati primarjament sabiex ikunu f’kuntatt mal-ikel, bażikament jintużaw għall-istess għanijiet u jistgħu jitqiesu bħala tipi differenti tal-istess prodott.

(55)

Minbarra l-fatt li għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi, dawk id-diversi stili u tipi kollha huma f’kompetizzjoni diretta u huma fil-biċċa l-kbira tagħhom interkambjabbli. Dan jidher b’mod ċar mill-fatt li ma hemmx linji diviżorji ċari bejniethom, jiġifieri hemm ċerta sovrapożizzjoni u kompetizzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti differenti, filwaqt li l-bejjiegħa standard mhux sikwit jagħmlu distinzjoni, pereżempju, bejn prodotti tal-porċellana u prodotti mhux magħmula mill-porċellana.

(56)

Madankollu, kif ġie spjegat fil-premessi (29)-(34) aktar ‘il fuq, kien meqjus ukoll bħala xieraq li tiġi limitata d-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott li abbażi tagħha kienet inbdiet l-investigazzjoni attwali billi jiġu esklużi s-skieken taċ-ċeramika. Għalhekk, il-prodott ikkonċernat huwa definit b’mod provviżorju bħala oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina, minbarra skieken taċ-ċeramika, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li bħalissa jaqgħu fl-ambitu tal-kodiċi CN ex 6911 10 00, ex 6912 00 10, ex 6912 00 30, ex 6912 00 50 u ex 6912 00 90.

(57)

Fl-aħħar nett, għall-finijiet ta’ din il-proċedura u skont il-prattika konsistenti tal-Unjoni, huwa għalhekk ikkunsidrat li t-tipi kollha tal-prodott imsemmija fuq, bl-eċċezzjoni tas-skieken taċ-ċeramika, għandhom jitqiesu bħala li jifformaw prodott wieħed.

2.   Il-prodott simili

(58)

L-investigazzjoni wriet li l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda manifatturati u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ u l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina importati fl-Unjoni mir-RPĊ, kif ukoll dawk manifatturati u mibjugħa fil-Brażil, li jservi bħala pajjiż analogu, għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi u fiżiċi bażiċi u l-istess użu finali bażiku.

2.1.   Talbiet

(59)

Matul l-investigazzjoni, ċerti partijiet interessati sostnew li l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati mill-industrija tal-Unjoni u mibjugħa fis-suq tal-Unjoni ma kienux simili għall-prodott ikkonċernat. Huma sostnew li dan huwa muri b’mod partikolari minn differenzi bejn il-prodotti f’termini ta’ proprjetajiet, kwalità, perċezzjonijiet tal-konsumaturi, mezzi ta’ bejgħ u segmentazzjoni. Ġie sostnut ukoll li l-konsumaturi fl-Unjoni ġeneralment jipperċepixxu lill-prodott ikkonċernat bħala li huwa prodott irħas u li dawk il-prodotti ma jibbenifikaw minn ebda primjum ta’ ditta.

(60)

L-investigazzjoni żvelat dikjarazzjonijiet kontradittorji minn importaturi f’dak ir-rigward. Filwaqt li xi wħud sostnew li l-prodott ikkonċernat ġeneralment ikun ta’ kwalità inferjuri u jibqa’ f’kategorija ta’ prezz differenti meta mqabbel ma’ prodotti magħmula fl-Unjoni, oħrajn sostnew li l-oġġetti taċ-ċeramika tad-ditta ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li jiġu manifatturati fil-pajjiż ikkonċernat jiġu importati bi prezzijiet ogħla miċ-Ċina.

(61)

Minn naħa waħda, importatur mhux inkluż fil-kampjun sostna li l-produtturi Ġermaniżi jagħmlu enfasi partikolari fuq il-profil tal-kwalità ‘magħmul fil-Ġermanja’. Din il-parti ddikjarat li l-kwalità tal-oġġetti ta’ fuq il-mejda fornuti minn ċerti ditti Ġermaniżi hija konsiderevolment aħjar minħabba l-metodu tal-manifattura, filwaqt li importaturi oħrajn iddikjaraw li huma akkwistaw il-prodotti miċ-Ċina minħabba l-kwalitajiet tajbin, il-kapaċitajiet tal-ikkastjar u l-ħaddiema tas-sengħa. L-investigazzjoni kkonfermat li fl-Unjoni, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina ta’ kwalità baxxa u dawk ta’ kwalità għolja jiġu manifatturati u mibjugħa permezz tal-istess mezzi ta’ distribuzzjoni bħall-prodott ikkonċernat, jiġifieri permezz ta’ bejjiegħa bl-imnut indipendenti, supermarkets mhux speċjalizzati, kumplessi kummerċjali, eċċ. Għalhekk, huma qegħdin jikkompetu fl-istess suq.

(62)

Barra minn hekk, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina mhux bilfors jindikaw il-pajjiż tal-oriġini tagħhom. Għalhekk, sikwit ikun diffiċli ħafna għall-konsumatur biex jagħmel id-distinzjoni bejn oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati fil-pajjiż ikkonċernat u prodotti magħmula fl-Unjoni.

2.2.   Konklużjoni

(63)

Għal dawk ir-raġunijiet, huwa konkluż li, filwaqt li jista’ jkun hemm xi differenzi żgħar, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati fil-pajjiż ikkonċernat u esportati minnu, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati u mibjugħa fis-suq Brażiljan u l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati u mibjugħa fl-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u użu finali u għalhekk jitqiesu bħala simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

Ċ.   DUMPING

1.   Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (‘TES’)

(64)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet ta’ antidumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra:

Id-deċiżjonijiet kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinjifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri fis-suq;

L-intrapriżi jkollhom sett wieћed ċar ta’ reġistri ta’ kontabilità bażika li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont standards internazzjonali ta’ kontabilità u li huma applikati gћall-gћanijiet kollha;

Ma hemm l-ebda distorsjoni sinjifikanti trasferita mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

Il-liġijiet dwar il-Falliment u l-Proprjetà jiggarantixxu stabbiltà u ċertezza ġuridika; u

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.

(65)

Kif stabbilit fil-premessa (12) aktar ‘il fuq, ħdax-il produttur esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi mir-RPĊ talbu trattament ta’ ekonomija tas-suq (‘TES’) u mlew u bagħtu l-formola tat-talba għal TES sad-data tal-għeluq mogħtija. Madankollu, kien hemm produttur esportatur wieħed li sussegwentement irtira t-talba tiegħu għal TES.

(66)

Fis-sentenza tagħha fil-kawża C-249/10 P – Brosmann u oħrajn vs il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-teknika tat-teħid tal-kampjuni preskritta fl-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku ma tistax tiġi applikata għall-iskop li jiġu ddeterminati t-talbiet ta’ trattament ta’ ekonomija tas-suq individwali magħmula skont l-Artikolu 2(7)(ċ) ta’ dak ir-Regolament. Il-Qorti sabet li, skont l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, il-produtturi li kkooperaw, li mhumiex parti mill-kampjun, huma intitolati li jkollhom it-talbiet tagħhom għal trattament ta’ ekonomija tas-suq eżaminati, irrispettivament minn jekk kellux jiġi kkalkolat marġini ta’ dumping individwali għal dawk il-kumpaniji barra mill-kampjun. (3) Fid-dawl ta’ din is-sentenza, ġie deċiż li għandhom jiġu eżaminati mhux biss it-talbiet għal TES tat-tliet produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi li huma inklużi fil-kampjun, iżda wkoll dawk tas-seba’ produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi li ma kienux inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li kienet meqjusa bħala neċessarja u vverifikat l-informazzjoni sottomessa fit-talba għal TES fil-bini tal-kumpaniji inkwistjoni.

(67)

Hija l-prattika stabbilita u konsistenti tal-Unjoni li teżamina jekk grupp ta’ kumpaniji relatati flimkien jissodisfawx b’mod ġenerali l-kondizzjonijiet għal TES. Għalhekk, f’każijiet fejn kumpanija sussidjarja jew kwalunkwe kumpanija oħra relatata mal-applikant fir-RPĊ tkun involuta, direttament jew indirettament, fil-produzzjoni jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, l-eżaminazzjoni tat-TES issir fir-rigward ta’ kull kumpanija b’mod individwali, kif ukoll fir-rigward tal-grupp ta’ kumpaniji b’mod ġenerali.

(68)

Għaldaqstant, ġew ivverifikati t-talbiet għal TES tal-għaxar produtturi esportaturi, komposti minn sittax-il entità legali.

(69)

Ħadd mill-għaxar produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ ma nstab li kien jissodisfa l-kriterji sabiex jingħata TES. L-investigazzjoni tat-TES żvelat, b’mod partikolari, li ħadd mill-produtturi esportaturi, la individwalment u lanqas bħala grupp, ma għandu sett ċar ta’ reġistri ta’ kontabilità bażika, li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont l-istandards tal-kontabilità internazzjonali. L-investigazzjoni sabet ukoll li seba’ kumpaniji, jew grupp ta’ kumpaniji, ma setgħux juru lill-Kummissjoni li ma kien hemm ebda distorsjoni sinjifikanti trasferita mis-sistema preċedenti tal-ekonomija mhux tas-suq. Barra minn hekk, tlieta mill-għaxar kumpaniji naqsu milli juru li d-deċiżjonijiet kummerċjali kienu ttieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza mill-Istat, u li l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq.

(70)

Barra minn hekk, matul iż-żjara ta’ verifika ta’ waħda mill-kumpaniji msemmija fuq, ġie stabbilit li hija kienet ipprovdiet informazzjoni qarrieqa u defiċjenti fil-formola tat-talba tagħha għal TES, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kumpanija relatata. Il-kooperazzjoni globali tagħha kienet severament defiċjenti u l-kumpanija għalhekk ġiet informata li jista’ jiġi applikat l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u ntalbet tissottometti l-kummenti tagħha. Il-kummenti li daħlu kkonfermaw li kien hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-kumpanija relatata. Għalhekk ġie deċiż b’mod provviżorju li tali kumpanija ma tistax tibqa’ titqies bħala produttur esportatur li jikkoopera u li kwalunkwe sejba provviżorja jew finali għandha ssir fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(71)

Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-kumpaniji kkonċernati fir-RPĊ, lill-awtoritajiet tar-RPĊ u lill-kwerelant. Huma ngħataw opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ jekk ikun hemm raġunijiet partikolari biex jinstemgħu.

(72)

Bosta kumpaniji sostnew li l-Kummissjoni naqset milli twieġeb għat-talba tagħhom għal TES fi żmien tliet xhur, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-investigazzjoni ser tkun imħassra minn żball proċedurali u l-Kummissjoni għandha, skont is-sentenza mogħtija fil-kawża ta’ Brosmann, (4) ittemm l-investigazzjoni.

(73)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li minħabba n-numru kbir ta’ talbiet għal TES li ġew eżaminati u vverifikati fuq il-post fiċ-Ċina, f’dan il-każ partikolari, ma kienx possibbli li jiġu ddeterminati t-talbiet għal TES fi ħdan il-perjodu stipulat. Madankollu, huwa mfakkar li l-Qorti Ġenerali riċentament sabet li determinazzjoni ta’ TES magħmula barra l-iskadenza ta’ tliet xhur preskritta fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fiha nnifisha mhijiex biżżejjed biex twassal għal annullament ta’ regolament li jimponi miżuri antidumping. (5) Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(74)

Barra minn hekk, sitt kumpaniji kkontestaw il-valutazzjoni tal-Kummissjoni li huma ma għandhomx sett ċar ta’ reġistri tal-kontabilità, li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont standards ta’ kontabilità internazzjonali. Il-Kummissjoni eżaminat dawn it-talbiet bir-reqqa u sabet li l-ispjegazzjonijiet ipprovduti ma kienux tali li jinvalidaw is-sejbiet ġenerali li saru wara l-verifiki fuq il-post. B’mod aktar partikolari, f’xi każijiet, l-informazzjoni ġdida li ġiet ipprovduta kienet tikkontradixxi l-informazzjoni mogħtija qabel, filwaqt li f’xi każijiet, il-kumpaniji ppreżentaw evidenza ta’ sostenn ġdida li kienet ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli matul il-verifiki fuq il-post.

(75)

Ħames kumpaniji kkontestaw ukoll is-sejbiet tal-Kummissjoni li huma naqsu milli juru li ma kien hemm ebda distorsjoni sinjifikanti trasferita mis-sistema preċedenti tal-ekonomija mhux tas-suq. Madankollu, il-kummenti li waslu mhumiex ta’ tali karattru li jistgħu jbiddlu s-sejbiet tal-Kummissjoni wara ż-żjarat ta’ verifika. B’mod partikolari, il-kumpaniji ma pprovdew ebda evidenza li setgħet twarrab is-sejbiet oriġinali tal-Kummissjoni li kienu ġew trasferiti distorsjonijiet mis-sistema tal-ekonomija mhux tas-suq fir-rigward ta’, pereżempju, l-assi u d-drittijiet tal-użu tal-art.

(76)

Fl-aħħar nett, żewġ kumpaniji kkontestaw is-sejbiet li huma naqsu milli juru li d-deċiżjonijiet kummerċjali kienu ttieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza mill-Istat u li l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq. B’mod partikolari, il-kummenti li waslu minn kumpanija waħda ma kienux tali li jinvalidaw is-sejba tal-Kummissjoni li l-Istat interferixxa fil-politika tar-reklutaġġ tagħha, filwaqt li l-kumpanija l-oħra pprovdiet informazzjoni ġdida u kontradittorja rigward ix-xiri ta’ materja prima.

(77)

Minn dak li ntqal qabel jirriżulta li l-ebda wieħed mill-argumenti mressqa ma kien tali li jista’ jbiddel is-sejbiet fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ TES.

(78)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-ebda wieħed mill-għaxar produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ li kienu talbu għal TES ma seta’ juri li kien issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku.

2.   Trattament Individwali (‘TI’)

(79)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-finijiet ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

Fil-każ ta’ intrapriżi li huma kompletament jew parzjalment proprjetà ta’ sidien barranin jew intrapriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti;

Il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni u l-kondizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu ddeterminati b’mod ħieles;

Il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jidhru fuq il-Bordijiet tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom jew ikunu fil-minoranza jew inkella għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-interferenza tal-Istat;

Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq; u

L-interferenza mill-Istat mhijiex tali li tippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju.

(80)

Tliet produtturi esportaturi li ġew inklużi fil-kampjun u seba’ produtturi esportaturi li ma ġewx inklużi fil-kampjun u li talbu TES, talbu wkoll TI f’każ li ma jingħatax TES. Barra minn hekk, żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun u erba’ produtturi esportaturi mhux magħżula fil-kampjun talbu TI biss. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, ġew eżaminati biss it-talbiet għal TI tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(81)

Minħabba l-fatt li t-talbiet kollha għal TES ġew miċħuda b’mod provviżorju u, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, ġie stabbilit b’mod provviżorju li l-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun li kienu talbu għal TI fil-fatt issodisfaw il-kriterji biex jingħataw TI.

3.   Eżami Individwali (‘EI’)

(82)

Ġew sottomessi talbiet għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku minn seba’ produtturi esportaturi li kkooperaw jew gruppi ta’ produtturi esportaturi mhux magħżula fil-kampjun.

(83)

F’dan l-istadju tal-proċeduri, il-Kummissjoni ma ħadet ebda deċiżjoni fir-rigward tat-talbiet għal eżami individwali, billi tali deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fiż-żmien xieraq.

4.   Valur Normali

4.1.   L-għażla tal-pajjiż analogu

(84)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES, gћandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali kompost f’pajjiż analogu.

(85)

Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagћha li tuża lill-Federazzjoni Russa bћala pajjiż analogu xieraq bil-għan li tistabbilixxi l-valur normali, filwaqt li l-partijiet interessati ġew mistiedna sabiex jikkummentaw dwar dan.

(86)

Il-Kummissjoni rċeviet għadd numeruż ta’ sottomissjonijiet li kienu qegħdin jgħidu li r-Russja ma kinitx pajjiż analogu xieraq. B’mod partikolari, l-informazzjoni rċevuta indikat li r-Russja hija suq primjum tal-porċellana speċjalizzat f’porċellana ornamentali b’materjali għaljin, filwaqt li l-produzzjoni domestika tal-prodott ikkonċernat hija relattivament żgħira meta mqabbla mal-konsum domestiku. Barra minn hekk, is-suq Russu huwa protett minn ostakoli mhux tariffarji, . is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni GHOST. Għalhekk, ir-Russja tqieset bħala li mhijiex pajjiż analogu xieraq.

(87)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm pajjiżi oħrajn li setgħu jkunu għażla raġonevoli ta’ pajjiż analogu u bagħtet ittri lil produtturi magħrufa f’bosta pajjiżi, inklużi t-Tajlandja, l-Indja, il-Malażja, it-Turkija, il-Brażil, l-Ukraina, l-Indoneżja, l-Eġittu, il-Kolumbja, il-Korea ta’ Isfel, il-Bangladexx u l-Arġentina. Dan wassal biex produtturi mill-Indja, mit-Turkija, mill-Brażil u mir-Russja kkonfermaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw mal-Kummissjoni. Madankollu, kienu biss tliet produtturi mill-Brażil, mit-Tajlandja u mir-Russja rispettivament li bagħtu kwestjonarju mwieġeb. L-investigazzjoni wriet li l-Brażil għandha suq domestiku kompetittiv għall-oġġetti taċ-ċeramika għal fuq il-mejda u tal-kċina b’għadd numeruż ta’ produtturi u dazju doganali relattivament baxx. Barra minn hekk, id-dejta sottomessa mill-produttur Brażiljan li kkoopera ġiet analizzata u nstabet li kienet informazzjoni affidabbli li fuqha jista’ jiġi bbażat valur normali.

(88)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq u meta wieħed iqis l-informazzjoni kollha disponibbli f’dan l-istadju tal-proċeduri, il-Brażil intgħażlet b’mod provviżorju bħala pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

4.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(89)

Fid-dawl tal-fatt li t-talbiet kollha għal TES ġew miċħuda, il-valur normali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni rċevuta mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(90)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ tal-prodott simili fil-Brażil lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. Il-bejgħ tal-prodott simili mill-produttur Brażiljan li kkoopera nstab li kien sar fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku Brażiljan meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(91)

Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk dan il-bejgħ jistax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tqiesu bħala profittabbli meta l-prezz unitarju kien daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni. B’hekk ġiet stabbilita l-ispiża tal-produzzjoni tal-produttur Brażiljan matul il-PI.

(92)

Għal dawk it-tipi ta’ prodott fejn aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ fis-suq domestiku tat-tip inkwistjoni kienu ogħla mill-ispejjeż u l-prezz tal-bejgħ medju peżat ta’ dak it-tip kien daqs jew ogħla mill-ispiża unitarja tal-produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip tal-prodott, kien ikkalkolat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet domestiċi proprji tal-bejgħ kollu tat-tip tal-prodott inkwistjoni, irrispettivament minn jekk il-bejgħ kienx profittabbli jew le.

(93)

Meta l-volum ta’ bejgħ profittabbli ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża unitarja tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkolat bħala prezz medju peżat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tip magħmul matul il-PI.

(94)

Fir-rigward tat-tipi ta’ prodott li ma kinux profittabbli, il-valur normali ġie stabbilit bl-użu tal-ispiża tal-manifattura tal-produttur Brażiljan flimkien mal-ispejjeż tal-SG&A u l-profitt għat-tipi ta’ prodotti li huma profittabbli.

5.   Il-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi mogħtija TI

(95)

Billi l-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw u li ngħataw TI għamlu bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu bbażati fuq il-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

6.   It-tqabbil

(96)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika. Il-marġini tad-dumping ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-prezzijiet individwali kif joħorġu mill-fabbrika tal-esportaturi inklużi fil-kampjun mal-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi tal-produttur analogu jew inkella mal-valur normali maħdum kif xieraq.

(97)

Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, sar provvediment xieraq fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. L-aġġustamenti saru, fejn xieraq, fir-rigward tal-livell ta’ kummerċ, id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi u għal fatturi oħrajn li jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet, b’mod partikolari l-immarkar (“branding”).

(98)

L-ewwel nett, ġie eżaminat jekk kienx mistħoqq livell ta’ aġġustament kummerċjali skont l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, instab li l-esportazzjonijiet Ċiniżi essenzjalment saru fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa, filwaqt li l-bejgħ fil-pajjiż analogu sar fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. L-investigazzjoni sabet ukoll li l-ktejjen tad-distribuzzjoni differenti fiż-żewġ swieq affettwaw il-livell tal-prezzijiet, biex b’hekk ġiet affettwata l-komparabbiltà tal-prezzijiet ġusti bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi kienu saru fi kwantitajiet kbar, filwaqt li l-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ ta’ prodotti domestiċi fil-pajjiż analogu kienu saru fi kwantitajiet iżgħar, li rriżultaw f’differenzi fil-prezzijiet fuq l-istess livell ta’ kummerċ fiż-żewġ swieq rilevanti. Għaldaqstant, sabiex isir tqabbil ġust bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali, il-valur normali ġie aġġustat fuq il-bażi tad-differenzi fil-prezzijiet fi ħdan l-istess livell ta’ kummerċ fil-pajjiż analogu u, fejn hu l-każ, fuq il-bażi tad-differenzi fil-prezzijiet li nstabu fir-rigward tal-kwantitajiet mibjugħa f’kull livell tal-kummerċ.

(99)

It-tieni, ġie eżaminat jekk kienx mistħoqq aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni sabet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jikkwalifikaw il-prodotti tagħhom f’sa ħames gradi differenti li jvarjaw minn A sa E b’differenzi sinjifikanti fil-prezzijiet. Madankollu, il-maġġoranza vasta tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tikkonsisti minn grad A, grad B jew grad Ċ jew inkella taħlita tagħhom. Madankollu, din il-klassifikazzjoni mhijiex universali jew ibbażata fuq standards ġenerali tal-industrija kollha, iżda hija pjuttost speċifika għal xi kumpanija partikolari u tippermetti li jsir divrenzjar tal-prezzijiet. Min-naħa l-oħra, il-produttur tal-pajjiż analogu jbiegħ biss l-ekwivalenti tal-grad A fis-suq domestiku Brażiljan u għalhekk instab li l-komparabbiltà tal-prezzijiet ġiet affettwata. Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat ‘il fuq għal-livell Ċiniż ta’ grad A sabiex ikun komparabbli mal-prodott mibjugħ mill-produttur analogu fis-suq Brażiljan.

(100)

It-tielet, l-investigazzjoni sabet li l-produttur Brażiljan ibiegħ biss prodotti tad-ditta fis-suq Brażiljan, filwaqt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jbiegħux prodotti tad-ditta, iżda minflok ibiegħu – l-hekk imsejħa – prodotti b’“tikketta privata” jew oġġetti taċ-ċeramika ġeneriċi ta’ fuq il-mejda u tal-kċina. Il-prodotti tad-ditta normalment ikunu perċepiti mill-klijenti bħala prodotti li juru ċertu prestiġju, kif ukoll kwalità u disinn garantiti, biex b’hekk jitolbu prezzijiet ogħla fis-suq, filwaqt li l-prodotti ġeneriċi (b’tikketta privata), minkejja li jkollhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi, ġeneralment jinbiegħu f’livelli ta’ prezzijiet konsiderevolment aktar baxxi. Filwaqt li l-valur addizzjonali ta’ prodott tad-ditta ġeneralment ma jkunx jista’ jiġi kkwantifikat b’mod preċiż minħabba li dan jiddependi fuq ħafna fatturi differenti, bħall-perċezzjoni tal-klijenti, ir-rikonoxximent tad-ditta u fatturi mhux kwantifikabbli oħrajn, f’dan il-każ partikolari, il-produttur Brażiljan ikkonferma li l-prodotti tad-ditta tiegħu magħmula miċ-ċeramika jistgħu jinbiegħu bi prezzijiet ogħla b’mod sinjifikanti fis-suq Brażiljan minn prodotti oħrajn mhux tad-ditta (ġeneriċi). Għaldaqstant, sar aġġustament ulterjuri fil-valur normali skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku.

(101)

Saru aġġustamenti ulterjuri, fejn kien xieraq, fir-rigward tat-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-ġarr u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, l-ispejjeż bankarji u l-kummissjonijiet fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, preċiżi u appoġġjati minn evidenza.

7.   Il-marġini tad-dumping

(102)

Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping għall-produtturi esportaturi mogħtija TI ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali medju peżat stabbilit għall-pajjiż analogu, kif aġġustat mal-prezz medju peżat tal-esportazzjoni ta’ kull kumpanija, kif aġġustat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

(103)

Ġiet ikkalkolata medja peżata tal-marġini tad-dumping tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għal dawk il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux magħżula fil-kampjun. Fuq din il-bażi, il-marġini provviżorju tad-dumping għall-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 26.6 %.

(104)

Sabiex jiġi kkalkolat il-marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi mhux magħrufa jew li ma kkooperawx fir-RPĊ, il-livell tal-kooperazzjoni l-ewwel ġie stabbilit permezz ta’ tqabbil tal-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrapportati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mal-istatistika ekwivalenti tal-Eurostat.

(105)

F’din l-investigazzjoni, il-kooperazzjoni mir-RPĊ ġiet ikkunsidrata bħala għolja għal industrija frammentata billi l-produtturi esportaturi li ppreżentaw ruħhom jirrappreżentaw iktar minn 60 % tal-esportazzjonijiet totali fir-RPĊ lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, il-marġini mal-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha ġie stabbilit bl-użu tal-medja peżata tal-ogħla marġini tad-dumping stabbiliti għat-tipi u l-volum tal-prodott rappreżentattiv tal-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun. Fuq din il-bażi, il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod provviżorju f’perċentwal ta’ 58.8 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

(106)

Fuq din il-bażi, il-marġini provviżorji tad-dumping espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Kumpanija

Marġini provviżorju tad-dumping

Hunan Hualian China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd; Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd u Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd

26,8  %

Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd

31,2  %

CHL Porcelain Industries Ltd

30,0  %

Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited; Zibo Huatong Ceramics Co., Ltd; Shandong Silver Phoenix Co., Ltd; Niceton Ceramics (Linyi) Co., Ltd u Linyi Jingshi Ceramics Co., Ltd

17,6  %

Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd

23,0  %

Produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

26,6  %

Marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu

58,8  %

D.   ĦSARA

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(107)

L-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-produtturi tal-Unjoni, inkluża d-dejta rrapportata fl-ilment u s-sottomissjonijiet sussegwenti fir-rigward tal-produtturi li ma ppreżentawx ruħhom f’din l-investigazzjoni, intużat biex tistabbilixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni. Il-produzzjoni totali tal-prodott simili mill-Unjoni ġiet ikkalkolata billi ġiet estrapolata d-dejta pprovduta mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej, kontravverifikata mad-dejta pprovduta minn produtturi individwali kif ukoll ma’ sorsi ta’ statistika u riċerka.

(108)

Matul il-PI, il-prodott simili kien immanifatturat fl-Unjoni minn aktar minn 200 produttur tal-Unjoni. Fuq il-bażi msemmija fil-premessa preċedenti, il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata li kienet ta’ madwar 240 200 tunnellata matul il-PI. Il-produtturi tal-Unjoni, li huma responsabbli mill-produzzjoni totali tal-Unjoni, jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalihom bħala l-‘industrija tal-Unjoni’. L-industrija tal-Unjoni inqasmet f’żewġ segmenti: SMEs u kumpaniji akbar. L-SMEs kienu responsabbli għal madwar 42 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni f’dak il-perjodu. Fil-fatt, il-produzzjoni tal-Unjoni hija frammentata ħafna, għalkemm hija kkonċentrata fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika Franċiża (Franza), fil-Ġermanja, fl-Italja, fir-Repubblika tal-Polonja (il-Polonja), fir-Repubblika Portugiża (il-Portugall), fir-Rumanija, fir-Renju ta’ Spanja (Spanja) u fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit).

2.   Il-konsum tal-Unjoni

(109)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat għall-prodott taħt investigazzjoni u s-sottomissjonijiet rigward il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(110)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Volum (tunnellati)

2008

2009

2010

PI

Konsum tal-Unjoni

826 896

687 609

750 830

726 614

Indiċi (2008 = 100)

100

83

91

88

(111)

Il-konsum ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina fl-Unjoni naqas globalment bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis prinċipali bi 17 % sar bejn l-2008 u l-2009.

(112)

Dan it-tnaqqis globali fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat għandu jidher f’konnessjoni ma’ sitwazzjoni ta’ rkupru wara l-kriżi ekonomika tal-2009. Illum il-ġurnata, hemm prospetti tajbin għas-suq tal-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina. (6)

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

3.1.   Il-volum, il-prezz u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat

(113)

Fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat, il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żviluppaw kif stabbilit fit-Tabella ta’ hawn taħt:

Tabella 2

Importazzjonijiet fir-RPĊ

2008

2009

2010

PI

Volum ta’ importazzjonijiet (tunnellati)

535 593

449 346

516 618

485 814

Indiċi (2008 = 100)

100

84

96

91

Sehem tas-suq

64,8  %

65,3  %

68,8  %

66,9  %

Prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

1 274

1 307

1 473

1 499

Indiċi (2008 = 100)

100

103

116

118

(114)

Il-volum tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina naqas b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat u kien jammonta għal 485 814 tunnellata matul il-PI. Madankollu, f’termini ta’ perċentwali, ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu għal inqas mill-konsum globali tal-UE. Tabilħaqq, meta analizzat mill-perspettiva tal-perjodu kollu kkunsidrat, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied minn 64.8 % fl-2008 għal 66.9 % fil-PI.

(115)

Il-prezz tal-importazzjoni żdied bi 17.7 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 1 274 EUR kull tunnellata għal 1 499 EUR kull tunnellata. Dan huwa l-prezz medju tal-importazzjoni għal kull tunnellata tal-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat u għalhekk, ix-xejra tista’ tiġi affettwata mill-bidliet fit-taħlita tal-prodott.

3.2.   Twaqqigħ tal-prezzijiet

(116)

Għall-finijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works, jiġifieri esklużi l-ispejjeż tal-merkanzija fl-Unjoni u wara t-tnaqqis ta’ skontijiet u roħs, tqabblu mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-esportaturi li kkooperaw mir-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri l-iskontijiet imnaqqsin u aġġustati fejn meħtieġ għall-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, kif ukoll debitament aġġustati għad-dazji doganali eżistenti, l-ispejjeż tar-rilaxx mid-dwana u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. Il-prezzijiet ta’ prodotti ta’ gradi aktar baxxi ġew aġġustati għall-prezzijiet ta’ prodotti fil-livell ta’ grad A minħabba li, minn perspettiva tal-konsumaturi, il-prodotti ta’ grad aktar baxx instabu li kienu qegħdin jikkompetu mal-prodotti fil-livell ta’ grad A, kif ġie konkluż ukoll fil-premessa (61) aktar ‘il fuq. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew aġġustati wkoll għad-differenzi fil-livell tal-kummerċ u sabiex jiġi newtralizzat l-element tal-prezz relatat mal-immarkar (branding), jekk ikun applikabbli.

(117)

It-tqabbil wera li matul il-PI, il-prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping ikkonċernati li joriġinaw mir-RPĊ u li jinbiegħu fl-Unjoni waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, meta espressi bħala perċentwal tal-aħħar, b’26.3 % għal 47.6 %.

4.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

4.1.   Ġenerali

(118)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li kellhom impatt fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(119)

L-indikaturi makro-ekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġini tad-dumping) ġew analizzati fil-livell tal-produzzjoni sħiħa tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej, iċċekkjata mad-dejta pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni u mal-istatistika uffiċjali disponibbli.

(120)

L-analiżi tal-indikaturi mikro-ekonomiċi (il-ħażniet, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-possibbiltà li jiżdied il-kapital, il-pagi u l-ispiża tal-produzzjoni) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, ivverifikata kif xieraq.

(121)

Għal ċerti indikaturi mikro-ekonomiċi (il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ispiża tal-produzzjoni) ir-riżultati tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun fis-segment speċifiku ġew peżati skont is-sehem ta’ dak is-segment fil-produzzjoni totali tal-Unjoni (bl-użu tal-piż speċifiku f’termini tal-volumi tal-produzzjoni ta’ kull segment fis-settur totali tal-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda – 42 % għall-SMEs, 58 % għal intrapriżi mhux SMEs). Bħala konsegwenza, ġie żgurat li r-riżultati tal-kumpaniji kbar ma ħolqu ebda distorsjoni fl-analiżi tal-ħsara, iżda li s-sitwazzjoni tal-kumpaniji iżgħar, li b’mod kollettiv jammontaw għal sehem kbir tal-produzzjoni tal-Unjoni, ġiet riflessa sewwa fejn possibbli.

4.2.   Indikaturi makro-ekonomiċi

4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

(122)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif stabbilit hawn taħt.

Tabella 3

 

2008

2009

2010

PI

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

281 300

230 300

235 700

240 200

Indiċi (2008 = 100)

100

82

84

85

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

371 540

361 253

326 573

324 072

Indiċi (2008 = 100)

100

97

88

87

Utilizzazzjoni tal-kapaċità

75,7  %

63,8  %

72,2  %

74,1  %

Indiċi (2008 = 100)

100

84

95

98

(123)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. F’termini ġenerali, it-tnaqqis huwa aktar pronunzjat mit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Il-produzzjoni ma rkupratx bl-istess mod kif għamel il-konsum fl-2010.

(124)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minkejja dan, ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija kompliet tonqos matul il-perjodu kkunsidrat, globalment bi 2 % għal 74.1 %.

4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(125)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas b’rata ogħla (8 % aktar) mit-tnaqqis fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa innotat li bejn l-2009 u l-2010, il-volum tal-bejgħ kompla jonqos, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 8 %.

Tabella 4

Volum (tunnellati)

2008

2009

2010

PI

Il-bejgħ fl-Unjoni

190 332

156 798

152 609

152 095

Indiċi (2008 = 100)

100

82

80

80

(126)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat, jew b’2.1 punti perċentwali.

Tabella 5

 

2008

2009

2010

PI

Is-sehem mis-suq fl-Unjoni

23,0  %

22,8  %

20,3  %

20,9  %

Indiċi (2008 = 100)

100

99

88

91

4.2.3.   L-impjiegi u l-produttività

(127)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi naqsu b’21 %. Ix-xejra ssegwi l-istess mudell bħat-tnaqqis tal-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati.

Tabella 6

 

2008

2009

2010

PI

In-numru ta’ impjegati

31 559

26 146

24 993

25 093

Indiċi (2008 = 100)

100

83

79

79

(128)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni għal kull persuna impjegata kull sena, żdiedet bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa parzjalment dovut għall-isforzi tal-industrija tal-Unjoni li twieġeb għall-pressjoni li rriżultat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina.

Tabella 7

 

2008

2009

2010

PI

Il-produttività (tunnellati/impjegat)

8,9

8,8

9,4

9,6

Indiċi (2008 = 100)

100

99

106

108

4.2.4.   Id-daqs tal-marġini tad-dumping

(129)

Il-marġini tad-dumping huma speċifikati hawn fuq fit-taqsima tad-dumping. Il-marġini kollha stabbiliti huma ogħla b’mod sinjifikanti mil-livell de minimis. Barra minn hekk, minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġini proprju tad-dumping ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.3.1.   Ħażniet

(130)

Il-livell tal-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqas f’termini assoluti b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-investigazzjoni żvelat li dan mhuwiex indikatur kruċjali għal dan it-tip ta’ industrija, li bażikament taħdem fuq l-ordnijiet.

Tabella 8

 

2008

2009

2010

PI

Ħażniet (tunnellati)

7 754

6 647

7 611

6 647

Indiċi (2008 = 100)

100

86

98

86

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-bejgħ

(131)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqsu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 9

 

2008

2009

2010

PI

Il-prezz tal-bejgħ medju fl-UE lil klijenti mhux relatati (EUR/tunnellata)

4 103

3 818

3 811

3 615

Indiċi (2008 = 100)

100

93

93

88

4.3.3.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, il-possibbiltà li jiżdied il-kapital u l-pagi

(132)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investiment (ROI), il-possibbiltà li jiżdied il-kapital, l-investimenti u l-pagi tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 10

 

2008

2009

2010

PI

Il-profitt nett tal-bejgħ tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ nett)

4,2  %

2,2  %

0,1  %

3,5  %

Il-fluss tal-flus (EUR)

10 531 970

6 205 824

9 267 381

11 998 647

Indiċi (2008 = 100)

100

59

88

114

Investimenti netti (EUR)

13 686 363

9 423 983

10 805 215

9 690 923

Indiċi (2008 = 100)

100

69

79

71

ROI (profitt nett f’% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti)

19,2  %

14,8  %

–51,3  %

5,5  %

Indiċi (2008 = 100)

100

77

– 267

29

Spejjeż tax-xogħol annwali għal kull impjegat

20 436

20 526

21 619

20 832

Indiċi (2008 = 100)

100

100

106

102

(133)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset b’0.7 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Il-profittabbiltà kienet fl-aktar livell baxx tagħha fl-2010 meta d-daqs tat-tnaqqis laħaq 4.1 punti perċentwali bejn l-2008 u l-2010.

(134)

Għandu jiġi enfasizzat li l-industrija tal-Unjoni kienet diġà fi stat fraġli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, minħabba l-volumi kbar ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina fis-suq tal-Unjoni, li żdiedu ħafna bejn l-2002 u l-2004 u li kienu laħqu sehem mis-suq sinjifikanti ħafna wara t-tneħħija tal-kwota tal-importazzjoni għal tali importazzjonijiet mill-2005. Dan ikkawża ristrutturazzjoni kbira tas-settur, li kienet waslet fil-fażi tal-għeluq tagħha fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

(135)

Għalhekk, fid-dawl ta’ dan l-iżvilupp qabel il-perjodu kkunsidrat, il-profitt miksub fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat ma jistax jitqies bħala profitt normali. Fin-nuqqas ta’ sottomissjoni f’dan ir-rigward, huwa kkunsidrat li l-livell tal-profitt normali għal prodott tal-konsumatur ieħor importanti u użat b’mod wiesa’ li kien soġġett għal investigazzjoni ta’ antidumping, jiġifieri żraben tal-ġilda, jista’ minflok iservi b’mod provviżorju bħala referenza valida. Dak il-livell ta’ profitt huwa ta’ 6 %. (7) B’hekk, jidher ċar li, b’mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni, matul il-perjodu kkunsidrat, qatt ma setgħet tilħaq livell ta’ profitt li jista’ jitqies bħala aċċettabbli għal dan il-prodott.

(136)

B’mod ġenerali, il-fluss tal-flus tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sinjifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dan għandu jiġi attribwit għal xi kumpaniji akbar u stabbiliti sewwa – dan ma kienx il-każ għall-SMEs. Il-livell ta’ investimenti netti naqas bi 33 %. Madankollu, għandu jiġi innotat li sal-aħħar tal-perjodu kkunsidrat għall-SMEs, il-livell ta’ investimenti kien sar kważi ineżistenti. Kienu biss żewġ intrapriżi mhux SMEs li felħu jagħmlu xi investimenti sinjifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis tar-redditu fuq l-investiment kien ogħla mit-tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

(137)

Bejn l-2008 u l-PI, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet bi 2 %. Din iż-żieda fl-ispejjeż tax-xogħol hija inqas b’mod sinjifikanti mill-iżvilupp ġenerali fl-ispejjeż tax-xogħol fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, li tissuġġerixxi li l-industrija tal-Unjoni għamlet sforzi biex iżżomm il-pagi tax-xogħol kemm jista’ jkun baxxi.

4.3.4.   L-ispejjeż tal-produzzjoni

(138)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-ispejjeż tal-produzzjoni naqsu b’10 %.

Tabella 11

 

2008

2009

2010

PI

L-ispejjeż tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

3 578

3 583

3 514

3 230

Indiċi (2008 = 100)

100

100

98

90

5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(139)

L-investigazzjoni wriet li l-indikaturi tal-ħsara, bħall-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità, il-bejgħ lil klijenti mhux relatati u l-impjiegi, iddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat.

(140)

Barra minn hekk, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni, bħall-profittabbiltà, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti żviluppaw b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat.

(141)

B’mod ġenerali, il-profittabbiltà mhux biss qatt ma laħqet livell ta’ profitt sodisfaċenti għas-settur, iżda hija ddeterjorat matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis kontinwu fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni wassal biex kien hemm punt meta l-industrija kważi ma setgħet tagħmel ebda profitt.

(142)

Għalkemm il-produttività tal-industrija tal-Unjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat, dan huwa primarjament dovut għall-isforzi sinjifikanti tagħha li tikkompeti kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping bi preżenza għolja.

(143)

B’kunsiderazzjoni ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(144)

Skont l-Artikolu 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sa tali grad li tista’ titqies bħala ħsara materjali. Barra minn hekk, il-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawk il-fatturi ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(145)

L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess ħin, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina naqas b’madwar 9 %, is-sehem mis-suq tagħhom żdied. Barra minn hekk, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’20 % u s-sehem mis-suq naqas minn 23 % fl-2008 għal 20.9 % matul il-PI.

(146)

Fil-perjodu mill-2009 sal-aħħar tal-PI, il-konsum tal-Unjoni żdied filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas, b’kuntrast ma’ żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, li s-sehem mis-suq tagħhom żdied b’mod sinjifikanti matul dak il-perjodu.

(147)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Anki jekk fil-perjodu kkunsidrat il-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina żdied bi 18 %, dawn il-prezzijiet baqgħu konsistentement aktar baxxi b’mod sinjifikanti mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u b’mod partikolari matul il-PI, sabiex b’hekk inżammet il-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Konsegwentement, it-tnaqqis qawwi fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-profittabbiltà tagħha jistgħu jiġu attribwiti għat-tnaqqis fil-prezzijiet ikkawżat fis-suq tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. It-tnaqqis fil-ispejjeż tal-produzzjoni u fil-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni juri l-isforzi li hija għamlet sabiex twieġeb għal dawn l-importazzjonijiet.

(148)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, nistgħu nikkonkludu li l-preżenza tal- importazzjonijiet Ċiniżi u ż-żieda fis-sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet li jbaxxu b’mod kostanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kellhom rwol determinanti fil-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, li hija riflessa b’mod partikolari fis-sitwazzjoni finanzjarja ħażina tagħha u fid-deterjorazzjoni ta’ ħafna mill-indikaturi tal-ħsara.

3.   L-effett ta’ fatturi oħrajn

(149)

Il-fatturi l-oħrajn li ġew eżaminati fil-kuntest tal-kawżalità huma: l-iżvilupp tad-domanda fis-suq tal-Unjoni u s-segmentazzjoni tiegħu, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn tal-prodott taħt investigazzjoni, prattiċi anti-kompetittivi fis-suq tal-Unjoni, id-differenzi fil-metodi tal-produzzjoni u s-suq ta’ prodotti użati. Barra minn hekk, ġew analizzati wkoll fatturi oħrajn.

3.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiż ikkonċernat

(150)

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu kkunsidrat jidher fit-Tabella ta’ hawn taħt. Ix-xejriet tal-kwantitajiet u tal-prezzijiet huma bbażati fuq id-dejta tal-Eurostat.

Tabella 12

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha (tunnellati)

100 971

81 464

81 602

88 706

Indiċi (2008 = 100)

100

81

81

88

Sehem mis-suq

12,2  %

11,8  %

10,9  %

12,2  %

Il-prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

2 378

2 354

2 591

2 522

Indiċi (2008 = 100)

100

99

109

106

Il-volum ta’ importazzjonijiet mit-Turkija (tunnellati)

36 952

33 275

32 887

40 553

Indiċi (2008 = 100)

100

90

89

110

Sehem mis-suq

4,5  %

4,8  %

4,4  %

5,6  %

Il-prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

2 027

2 014

2 171

2 058

Indiċi (2008 = 100)

100

99

107

102

(151)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li s-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet baqa’ pjuttost stabbli.

(152)

Għandu jiġi innotat li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn żdiedu b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat, biex b’hekk baqgħu ogħla b’mod konsistenti mill-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi (bi 68 % matul il-PI).

(153)

Is-CCCLA osservat li l-importazzjonijiet mit-Turkija setgħu żdiedu bi 8 % bejn l-2010 u l-2011, bil-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija kienu allegatament madwar 20 % biss ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina.

(154)

Fir-rigward ta’ din it-talba, huwa innotat li meta tqabblet is-sitwazzjoni fil-bidu u fl-aħħar tal-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni mit-Turkija żdiedu b’10 % jew 1.1 punt perċentwali, kif ukoll li l-prezzijiet medji tagħhom baqgħu konsistentement ferm ogħla (minn 37 % sa 60 %) mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, huma qatt ma rrappreżentaw aktar minn 5.6 % tas-sehem mis-suq. Għalhekk, huwa diffiċli li wieħed jikkonkludi li l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni hija dovuta għall-importazzjonijiet mit-Turkija.

(155)

Għar-raġunijiet imsemmija fuq, huwa konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma affettwawx is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni b’mod materjali.

3.2.   Segmenti tas-suq

(156)

Assoċjazzjoni ta’ importaturi bbażata fil-Ġermanja u wħud mill-membri tagħha sostnew li, fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-klijenti finali, il-kwalitajiet tal-prodotti u l-mezzi tal-bejgħ, is-suq għall-prodotti taċ-ċeramika taħt investigazzjoni għandu jinqasam mill-inqas fit-tliet segmenti li ġejjin: primjum (kwalità għolja, prezzijiet għoljin), medju/baxx (kwalità medja/baxxa, prezzijiet medji/baxxi) u prodotti speċjali (bħal oġġetti dekorattivi, souvenirs, qsari u porċellana tal-lukandi). Allegatament, il-maġġoranza tal-produzzjoni tal-Unjoni tinbiegħ fis-suq primjum u/jew fis-suq tal-prodotti speċjali, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jservu b’mod predominanti s-segment tas-suq tal-prodotti bi prezzijiet baxxi. L-industrija tal-Unjoni timmira l-aktar lejn ħwienet żgħar li jbiegħu prodotti tal-aħħar moda minflok postijiet minn fejn jagħmlu x-xiri tagħhom il-konsumaturi standard. Għalhekk, l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma jikkompetux direttament mal-produzzjoni tal-Unjoni.

(157)

Madankollu, l-investigazzjoni ma kkonfermatx l-allegazzjonijiet. L-ewwel nett, ta’ min jinnota li l-prodott simili ma jkoprix ċerti oġġetti msemmija minn dawn il-partijiet, bħal oġġetti purament dekorattivi (ara l-premessi (51) u (52)). It-tieni, l-investigazzjoni wriet li bħalissal-produzzjoni tal-Unjoni qiegħda sservi s-swieq kollha, l-istess bħall-importazzjonijiet miċ-Ċina. Fil-fatt, parti rilevanti mill-importazzjonijiet Ċiniżi jaqgħu taħt l-hekk imsejħa segmenti primjum jew ta’ prodotti speċjali. Importatur Brittaniku ddikjara li huwa kien qiegħed jimporta prodotti primjum miċ-Ċina, filwaqt li grupp ta’ kumpaniji mill-UE b’interess ta’ produzzjoni fiċ-Ċina wkoll irreferew għall-prezzijiet għoljin ħafna li kienu qegħdin jintalbu fis-suq tal-Unjoni għal prodotti tal-ġebel li joriġinaw miċ-Ċina.

(158)

Fl-aħħar nett, issir referenza għat-taqsima B.1.2 ta’ hawn fuq fejn ġie konkluż li t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili kienu meqjusa bħala li jifformaw prodott wieħed. B’hekk, l-analiżi għandha titwettaq fil-livell tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili. Għalhekk, kwalunkwe talba rigward ċerti segmenti ma tistax tinżamm.

3.3.   Il-konsum u d-domanda

(159)

Assoċjazzjoni Ewropea tal-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut u s-CCCLA identifikaw tnaqqis fid-domanda fl-Unjoni. Importatur wieħed mhux inkluż fil-kampjun qal li d-domanda għall-porċellana, b’mod partikolari fil-livelli subordinati u anċillari u fis-settur privat, naqset bil-kbir u li d-domanda li jifdal hija estremament diversifikata. Bl-istess mod, bosta partijiet sostnew li minħabba l-modi dejjem jinbidlu, illum il-ġurnata, il-konsumaturi qegħdin ifittxu oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina affordabbli. Fil-fehma ta’ bejjiegħ bl-ingrossa, is-suq primjum fl-ogħla livell qiegħed jonqos u ser ikompli jonqos matul is-snin li ġejjin.

(160)

Skont l-assoċjazzjoni Ewropea tal-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut imsemmija hawn fuq, it-tnaqqis fid-domanda jispjega t-tnaqqis fil-bejgħ u fil-produzzjoni mill-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(161)

Is-CCCLA ddikjarat li l-ilment wera varjazzjoni sostanzjali fil-livell ta’ konsum fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, skont kondizzjonijiet makro-ekonomiċi ġenerali. Skont is-CCCLA, matul il-perjodu kkunsidrat, il-fatturi tal-ħsara żviluppaw b’mod parallel mal-varjazzjonijiet fid-domanda fl-Unjoni u fi swieq oħrajn, filwaqt li kemm il-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll il-bejgħ tal-importazzjonijiet Ċiniżi segwew il-bidliet fid-domanda.

(162)

Assoċjazzjoni ta’ importaturi bbażata fil-Ġermanja u wħud mill-membri tagħha sostnew li l-figuri tal-importazzjonijiet miċ-Ċina wara t-tkabbir tal-Unjoni fl-2004 u t-tneħħija tal-kwoti tal-importazzjoni għal dan il-prodott mill-1 ta’ Jannar 2005 jindikaw domanda kbira ħafna għal oġġetti ta’ fuq il-mejda irħas fis-suq tal-Unjoni bejn l-2002 u l-2005, li kienet segwita minn tnaqqis bejn l-2005 u l-2010. Allegatament, il-produtturi tal-Unjoni ma kienux lesti u/jew kapaċi jissodisfaw din id-domanda.

(163)

Fir-rigward ta’ dawn it-talbiet, l-ewwel nett, issir referenza għat-taqsima B.1.2 ta’ hawn fuq fejn ġie konkluż li t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili kienu meqjusa bħala li jifformaw prodott wieħed. Għalhekk, kwalunkwe talba rigward ċerti livelli mhijiex rilevanti u l-analiżi għandha titwettaq fil-livell tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili.

(164)

It-tieni, l-allegazzjoni li l-fatturi tal-ħsara żviluppaw b’mod parallel mal-varjazzjonijiet fid-domanda fi swieq oħrajn tal-esportazzjoni hija kkontestata mill-fatt li l-eżekuzzjoni tal-esportazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppat b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat.

(165)

It-tielet, kif ġie konkluż fit-taqsima D.2 ta’ hawn fuq, il-konsum naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Ma kien hemm ebda evidenza li tikkonferma li l-produtturi tal-Unjoni ma ridux u/jew ma kinux kapaċi jissodisfaw domanda għolja għal oġġetti ta’ fuq il-mejda irħas fl-Unjoni. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni sabet li matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin jilħqu d-domanda ta’ diversi tipi, inkluż għal oġġetti ta’ fuq il-mejda irħas. Anki li kieku kien hemm varjazzjonijiet fil-livell ta’ konsum fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, li fi stadju jew ieħor kienu jikkontribwixxu għall-prestazzjoni ħażina tal-industrija tal-Unjoni, b’mod ġenerali, ma jistax jiġi kkunsidrat li dawn kellhom impatt b’tali mod li jkissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni dannuża ta’ dik l-industrija mġarrba matul il-PI.

(166)

Għalhekk, it-talbiet ġew miċħuda.

3.4.   Esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni

(167)

Skont id-dejta mill-Eurostat (il-volum tal-esportazzjoni) u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (il-prezz medju tal-esportazzjoni), l-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

 

2008

2009

2010

PI

Volum ta’ esportazzjonijiet (tunnellati)

90 968

73 502

83 091

88 105

Indiċi (2008 = 100)

100

81

91

97

Il-prezz medju tal-esportazzjoni (EUR/tunnellata)

3 136

2 983

3 462

3 125

Indiċi (2008 = 100)

100

95

110

100

(168)

Fl-ilment, is-CCCLA osservat li l-esportazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni żdiedu b’mod sostanzjali bejn l-2009 u l-2011. Din il-parti sostniet li l-fatturi tal-ħsara żviluppaw b’mod negattiv meta l-eżekuzzjoni tal-esportazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni naqset. Għalhekk, il-ħsara setgħet ġiet ikkawżata mill-iżvilupp xejn favorevoli tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-industrija tal-UE.

(169)

F’dan il-kuntest, l-ewwel nett għandu jiġi innotat li l-analiżi tal-ħsara tiffoka fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-bidliet fl-eżekuzzjoni tal-esportazzjoni, jekk ikun hemm, ma għandhom ebda impatt fuq ħafna mill-indikaturi analizzati hawn fuq, bħall-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet. It-tieni, l-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni jistgħu jiġu interpretati bħala mod kif jiġi kkumpensat it-tnaqqis tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri, fejn qiegħda tiġi mġarrba l-ħsara. It-tielet, kif turi t-Tabella ta’ hawn fuq, l-esportazzjonijiet globali mill-Unjoni naqsu bi 3 %. Fl-aħħar nett, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw baqgħu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

(170)

Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda u ġie konkluż li l-eżekuzzjoni tal-esportazzjoni mill-industrija tal-Unjoni ma kkawżat ebda ħsara materjali.

3.5.   It-tneħħija tal-kwoti tal-importazzjoni

(171)

Sal-1 ta’ Jannar 2005, għall-Istati Membri li kienu membri tal-Unjoni f’dak iż-żmien, il-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u li jaqgħu fl-ambitu tal-kodiċi CN imsemmija fil-premessa (56) kienu soġġetti għal kwoti kwantitattivi li flimkien kienu jammontaw għal 84,473 tunnellata fis-sena 2000 u li komplew jiżdiedu b’mod gradwali għal 147,744 tunnellata fl-2004. Id-dejta statistika disponibbli tindika li fl-2004, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mis-27 pajjiż li issa huma l-Istati Membri tal-UE kienu jammontaw għal 173,809 tunnellata. Sena wara, ladarba tneħħew il-kwoti, dawk l-importazzjonijiet żdiedu għal 530,294 tunnellata. Minn hemm ‘il quddiem, l-importazzjonijiet miċ-Ċina qatt ma kienu f’ammont ta’ inqas minn 449,000 tunnellata fis-sena.

(172)

F’dak li għandu x’jaqsam mar-rwol tal-kwoti tal-importazzjoni fil-ħsara osservata matul il-perjodu kkunsidrat, l-ewwel għandu jiġi osservat li, minħabba li l-kwoti żdiedu b’mod gradwali u tneħħew 3 snin qabel il-bidu tal-perjodu kkunsidrat u 6 snin qabel il-bidu tal-PI, kien diġà sar ristrutturar qawwi fis-suq tal-Unjoni mill-2002 sabiex jikkumpensa għal dawn iċ-ċirkostanzi mibdula tas-suq. Dan huwa kkorroborat ukoll mill-informazzjoni sottomessa mill-kwerelant dwar l-għeluq u l-insolvenzi tal-produtturi Ewropej ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda. Bħala riżultat, sal-bidu tal-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kienet inbidlet f’settur funzjonabbli u mċekken.

(173)

Konsegwentement, wieħed jista’ jargumenta li l-effetti tat-tmiem tal-kwoti tal-importazzjoni għall-prodott ikkonċernat fl-2005 setgħu affettwaw l-istat tas-saħħa tal-industrija tal-Unjoni b’mod negattiv qabel il-bidu tal-perjodu kkonċernat. Iżda anki jekk dan huwa l-każ, xorta huma l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li kkawżaw il-ħsara fil-PI. Għalhekk, it-tneħħija tal-kwoti tal-importazzjoni mill-2005 ma tkissirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija matul il-perjodu kkunsidrat u matul il-PI.

3.6.   Prattiċi anti-kompetittivi fis-suq tal-Unjoni

(174)

Bosta partijiet allegaw li l-ħsara hija kkawżata minn prattiċi anti-kompetittivi fis-suq tal-Unjoni u ġie ddikjarat ukoll li din il-proċedura antidumping ġiet imnedija biex tirkupra t-telf prodott minn multi għal akkordji illegali. Is-CCCLA qalet li l-preżenza ta’ prattiċi kollusivi fis-suq tal-Unjoni tista’ trendi d-dejta dwar il-ħsara (jiġifieri l-prezzijiet tal-bejgħ, il-volumi tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-profitti) kemm fl-ilment kif ukoll dik miġbura matul l-investigazzjoni bħala mhux affidabbli minħabba li dawn ma jirrappreżentawx sitwazzjoni li tirrifletti l-operat normali tas-suq.

(175)

Minn naħa, ġie innotat li fl-2010 il-Kummissjoni mmultat sbatax-il intrapriża li jġibu fittings u tagħmir tal-kmamar tal-banju għal akkordju ta’ ffissar tal-prezzijiet bejn l-1992 u l-2004 li affettwa sitt Stati Membri: il-Ġermanja, l-Awstrija, l-Italja, Franza, ir-Renju tal-Belġju (il-Belġju) u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (il-Pajjiżi l-Baxxi) (8). Il-prattiċi inkwistjoni ġew implimentati qabel il-perjodu kkunsidrat u kienu jikkonċernaw prodotti oħrajn. Barra minn hekk, l-unika intrapriża kkonċernata li kienet attiva wkoll fis-settur tal-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina matul il-perjodu kkunsidrat ressqet rikors għall-annullament ta’ dik il-multa quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Din l-azzjoni għadha pendenti. Min-naħa l-oħra, fi Frar 2011, l-awtoritajiet Ġermaniżi taw bidu għal investigazzjoni fil-qasam tal-akkordji fuq ċerti produtturi Ġermaniżi tal-oġġetti ta’ fuq il-mejda. Ir-riżultati tal-investigazzjoni għadhom ma ġewx ippubblikati mill-awtoritajiet Ġermaniżi, għalhekk ma tista’ ssir ebda konklużjoni fuq dan il-punt. Barra minn hekk, dik l-investigazzjoni tikkonċerna biss Stat Membru wieħed, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni hija pjuttost mifruxa. Għalhekk, it-talbiet ġew miċħuda.

(176)

F’dak li għandu x’jaqsam mar-referenza li saret minn xi partijiet għall-fatt li ċerti manifatturi fl-Unjoni biddlu l-attivitajiet tagħhom u bdew jinnegozjaw ukoll prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, din hija fil-fatt għażla ta’ negozju li ma tistax tiġi ttimbrata bħala li hija anti-kompetittiva.

3.7.   Il-metodi tal-produzzjoni

(177)

Skont ċerti partijiet, l-għażliet magħmula minn produtturi tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-metodi tal-produzzjoni kkontribwixxew b’mod ċar għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Dawn il-partijiet jenfasizzaw li l-metodi tal-produzzjoni tal-Unjoni huma ferm inqas effikaċi minn dawk Ċiniżi – il-metodi tal-produzzjoni tal-Unjoni huma kompletament awtomatiċi, li b’hekk jinvolvu spejjeż għoljin għall-issettjar mill-ġdid meta l-ammonti jkunu żgħar, spejjeż għoljin biex isiru l-forom, materja prima aktar għalja u, minħabba proċess ta’ żewġ ħamjiet (two-firing process), spejjeż ogħla marbuta mal-enerġija. Barra minn hekk, kuntrarju għall-produtturi tal-Unjoni, il-manifatturi Ċiniżi jaħdmu fuq il-bażi tal-ordnijiet li jsirulhom, iġorru inqas spejjeż relatati mal-ħażna tal-prodotti u jbiegħu il-produzzjoni totali tagħhom f’lottijiet mingħajr klassifikazzjoni u akkumpanjati minn roħs fil-prezz. Minbarra dan, l-ispiża għad-dekalkomanija għat-tiżjin fil-verniċ tkun kważi d-doppju fl-Unjoni. Min-naħa l-oħra, ċerti partijiet semmew l-effiċjenza tal-metodi tal-produzzjoni tal-Unjoni, pereżempju fir-rigward ta’ ammonti li jkunu akbar.

(178)

L-investigazzjoni wriet l-eżistenza tat-trasferiment tat-teknoloġija rilevanti madwar id-dinja. Hija ma setgħetx tistabbilixxi rabta bejn metodu ta’ produzzjoni speċifiku u s-suċċess fin-negozju. Hija lanqas ma setgħet tistabbilixxi li l-għażla ta’ metodu ta’ produzzjoni speċifiku kienet sinjifikanti biżżejjed biex ikollha impatt b’tali mod li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

3.8.   Is-swieq ta’ prodotti użati

(179)

Skont importatur mhux inkluż fil-kampjun, il-familji ċkienu matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin u qegħdin jiddisponu minn oġġetti li ma jkollhomx bżonn aktar permezz ta’ swieq għall-bejgħ ta’ oġġetti żgħar jew użati (“flea markets”), irkanti fuq l-Internet jew forom oħrajn ta’ swieq għall-bejgħ ta’ oġġetti użati. Għal din il-parti, l-oġġetti ta’ fuq il-mejda u tal-kċina użati jservu parti sinjifikanti mid-domanda attwali u jinsabu f’kompetizzjoni diretta mal-oġġetti ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati ġodda. L-importatur mhux inkluż fil-kampjun ipprovda dokumentazzjoni ta’ sostenn dwar il-valuri tal-irkanti fuq l-Internet għal bosta linji ta’ prodotti ta’ manifatturi Ġermaniżi magħrufa sewwa tal-porċellana.

(180)

Madankollu, ma tista’ tinstab ebda bażi raġonevoli għall-estrapolazzjoni tal-volumi u tal-prezzijiet minn perspettiva Ġermaniża fuq kollezzjonijiet speċifiċi ħafna ta’ tliet kumpaniji Ġermaniżi lejn pajjiżi oħrajn tal-Unjoni jew firxiet ta’ prodotti oħrajn. Għalhekk, kien impossibbli li dan is-suq jiġi kkwantifikat u l-investigazzjoni ma setgħetx tistabbilixxi li l-bejgħ ta’ prodotti użati kien sinjifikanti biżżejjed li jħalli impatt b’tali mod li jkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

3.9.   Il-kriżi ekonomika

(181)

Skont is-CCCLA, l-allegata ħsara hija kkawżata mill-impatt tal-kriżi finanzjarja, tar-riċessjoni ekonomika u tal-kriżi tad-dejn sovran fuq il-baġits tal-konsumaturi. Bil-kwerelanti jkunu, allegatament, profittabbli fil-livell operattiv, is-CCCLA tqis li t-telf irrapportat għandu jiġi attribwit għal spekulazzjoni finanzjarja (bħal telf fuq l-ekwità jew fuq bonds sovrani) u l-ispejjeż mhux operattivi marbuta mal-kriżi finanzjarja.

(182)

Il-kriżi ekonomika tista’ tispjega t-tnaqqis fil-konsum matul partijiet tal-perjodu kkunsidrat. Madankollu, ta’ min jinnota li f’sitwazzjoni ta’ konsum li naqas matul il-perjodu kkunsidrat u f’sitwazzjoni ta’ konsum li żdied matul il-perjodu bejn l-2009 u l-PI, l-eżekuzzjonijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi jikkuntrastaw ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(183)

L-investigazzjoni turi b’mod ċar li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina intensifikaw l-effett tat-tnaqqis fl-attività ekonomika. Anki matul l-irkupru ekonomiku ġenerali, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tirkupra u terġa’ tikseb volumi ta’ bejgħ sinjifikanti u tilfet sehem sinjifikanti mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kisbu aktar sehem mis-suq.

(184)

Għalhekk, għalkemm il-kriżi ekonomika setgħet ikkontribwixxiet għall-prestazzjoni ħażina tal-industrija tal-Unjoni, b’mod ġenerali, hija ma tistax titqies bħala li ħalliet impatt b’tali mod li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni dannuża ta’ dik l-industrija mġarrba matul il-PI.

3.10.   Fatturi oħrajn

(185)

Assoċjazzjoni partikolari identifikat fatturi oħrajn li, fil-fehma tagħha, jistgħu jkissru r-rabta kawżali. Din il-parti rreferiet għall-kompetizzjoni fl-Unjoni (fuq il-bażi li l-prezzijiet fl-Unjoni jvarjaw b’mod konsiderevoli) u għar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà tal-Unjoni, li qegħdin isiru aktar stretti, biex b’hekk jiġu kkawżati spejjeż ta’ produzzjoni akbar. Fatturi oħrajn iċċitati kienu jinkludu l-falsifikazzjoni minn ċerti manifatturi Ċiniżi u l-eżistenza ta’ ostakoli mhux tariffarji f’għadd ta’ swieq mhux tal-UE, li jfixklu l-esportazzjonijiet minn manifatturi tal-Unjoni.

(186)

Fir-rigward tal-argumentazzjoni tal-kompetizzjoni interkomunitarja, l-investigazzjoni ma wriet ebda rabta bejn il-ħsara, il-lokazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u l-prezzijiet f’dak l-Istat Membru. F’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà tal-Unjoni, huwa innotat li dawn huma applikabbli għall-prodotti importati u dawk magħmula fl-Unjoni, biex b’hekk iħallu impatt fuq il-prezzijiet tal-operaturi kollha. Minħabba li ma ġiet sottomessa ebda informazzjoni li tissostanzja l-pretensjoni tal-falsifikazzjoni, l-effetti ta’ dik il-pretensjoni ma setgħux jiġu analizzati. Il-pretensjoni rigward l-eżistenza ta’ ostakoli mhux tariffarji f’għadd ta’ swieq mhux tal-UE ma setgħetx tinżamm: tali ostakoli jistgħu jipprevjenu lill-produtturi tal-Unjoni milli jisfruttaw il-potenzjal tal-esportazzjoni tagħhom, madankollu, hija ma tħalli ebda impatt fuq il-bejgħ dejjem jonqos fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri, fejn qiegħda tiġi mġarrba l-ħsara.

(187)

Is-CCCLA identifikat fatturi oħrajn, jiġifieri n-nuqqas ta’ xogħol tas-sengħa fis-suq tal-Unjoni u l-ħsara li wieħed joħloqha b’idejh stess, fuq il-bażi li ċerti manifatturi tal-Unjoni jimportaw il-prodott ikkonċernat. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li, b’mod ġenerali, l-industrija sħiħa tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni ħażina u l-fatt li l-għadd ta’ mudelli tan-negozju nfirex ma kkawża ebda ħsara lill-industrija tal-Unjoni u minflok għandu jiġi interpretat bħala mod li jikkumpensal-bejgħ dejjem jonqos fis-suq tal-Unjoni. Fir-rigward tan-nuqqas ta’ xogħol tas-sengħa fis-settur tal-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina fl-Unjoni, ebda parti interessata li tinsab fl-Unjoni ma sostniet li hija kkonċernata.

(188)

Importatur partikolari stieden lill-istituzzjonijiet biex janalizzaw l-impatt ta’ tipi oħrajn ta’ oġġetti ta’ fuq il-mejda u tal-kċina, bħall-plastik, l-aluminju, il-melamina u l-ħġieġ. Madankollu, ma ġiet sottomessa ebda informazzjoni li tissostanzja din it-talba. L-investigazzjoni ma setgħet tistabbilixxi ebda sejba dwar din il-kwistjoni.

(189)

Xi partijiet jorbtu l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni qabel il-perjodu kkunsidrat. F’dan ir-rigward, bosta importaturi allegaw li d-deterjorazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet diġà bdiet fil-perjodu bejn l-1975 u l-2002. Madankollu, ma kienx possibbli għall-analiżi tal-Kummissjoni li tmur daqshekk lura, fost l-oħrajn minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ dejta affidabbli għal dak il-perjodu. Dak kien ukoll il-każ għal avveniment ieħor illi seħħ ħafna qabel il-perjodu kkunsidrat: l-għajnuna tal-Istat irċevuta mill-industrija tal-porċellana Ġermaniża u li, skont importatur li mhuwiex inkluż fil-kampjun, turi li l-industrija tal-Unjoni ma żiditx l-effikaċja tagħha (9).

(190)

L-eżaminazzjoni tal-fatturi magħrufa l-oħrajn li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni żvelat li dawn il-fatturi mhumiex tali li jkissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(191)

Fuq il-bażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat tajjeb l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Rimarki preliminari

(192)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping ta’ ħsara, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri antidumping provviżorji f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti tal-prodott ikkonċernat.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(193)

L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn aktar minn 200 produttur, b’fabbriki li jinsabu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni, li matul il-PI kienu jimpjegaw direttament aktar minn 25 000 fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili.

(194)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni. B’mod partikolari, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħall-produzzjoni, il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment, urew xejra ta’ tnaqqis fil-perjodu kkunsidrat. L-SMEs kienu qegħdin isofru l-aktar: fil-perjodu kkunsidrat, huma kienu ilhom jagħmlu t-telf mill-2010. Fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa kkunsidrat li l-isforzi li saru diġà fis-settur mhux ser ikunu biżżejjed sabiex tkun tista’ tiġi rkuprata s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, li saħansitra tista’ tkompli tiddeterjora.

(195)

Is-sejbiet tal-investigazzjoni attwali mhumiex qegħdin jiġu diskussi minħabba l-fatt li ċerti produtturi tal-Unjoni sejrin aħjar minn oħrajn jew minħabba s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni qabel il-perjodu kkunsidrat.

(196)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri terġa’ tistabbilixxi kondizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi u ġusti fis-suq tal-Unjoni. Din għandha tħalli impatt pożittiv ulterjuri fuq is-sitwazzjoni ekonomika u l-profittabbiltà ta’ dan is-suq.

(197)

Ċerti importaturi sostnew li jekk jiġu imposti miżuri, il-prodott ikkonċernat jisfa sostitwit minn tipi oħrajn ta’ prodotti (minn oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati fl-Unjoni), bħal tessuti (eż. għal oġġetti li jistgħu jingħataw bħala rigal) jew oġġetti tal-plastik ta’ fuq il-mejda, biex b’hekk jispiċċaw jibbenifikaw setturi mhux relatati max-xogħol taċ-ċeramika. Madankollu, l-investigazzjoni ma setgħetx tikkonferma li tali sostituzzjoni tista’ tkun sinjifikanti.

(198)

Għalhekk, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li joriġinaw miċ-Ċina tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

3.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati

(199)

Kif issemma fil-premessa (4) aktar ‘il fuq, ġie applikat proċess ta’ teħid ta’ kampjuni minħabba dak li jidher bħala għadd kbir ta’ importaturi mhux relatati.

(200)

B’mod ġenerali, matul il-PI, l-importaturi inklużi fil-kampjun akkwistaw il-provvisti tagħhom primarjament mill-pajjiż ikkonċernat u impjegaw madwar 350 ruħ fl-importazzjoni u l-bejgħ ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina. Huma kienu attivi f’tipi differenti ta’ prodotti, li jvarjaw minn oġġetti tal-porċellana li jingħataw bħala rigali u oġġetti tal-fuħħar tad-ditta għal oġġetti sempliċi ta’ fuq il-mejda għad-djar. Il-livell ta’ kooperazzjoni tagħhom kien ivarja. Pereżempju, l-akbar żewġ importaturi fil-kampjun, li għandhom ukoll attivitajiet ewlenin ta’ bejgħ bl-imnut, naqsu milli jipprovdu dejta sħiħa dwar il-profittabbiltà u l-marġini bejn il-prezzijiet tax-xiri u tal-bejgħ mill-ġdid lil klijenti mhux relatati u wieħed minnhom saħansitra ma tax aċċess għall-kontijiet tiegħu. Dawn il-partijiet ipprovdew biss prezzijiet tax-xiri għal trasferiment u/jew prezzijiet tal-bejgħ għal trasferiment. Għalhekk, għalkemm intalbet ripetutament, ma ġiet irċevuta ebda informazzjoni sinjifikanti li ppermettiet li ssir stima tal-marġini gross u nett rappreżentattiv tal-importaturi fuq il-prodott ikkonċernat għall-kampjun b’mod ġenerali.

(201)

Bl-istess mod, id-dejta pprovduta miż-żewġ importaturi/bejjiegħa bl-imnut inklużi fil-kampjun, billi kienet nieqsa f’ħafna aspetti, ma ppermettietx li ssir stima tal-marġini gross u nett tal-profitt tal-bejjiegħa bl-imnut tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, fuq il-bażi tal-kooperazzjoni tal-importaturi fil-kampjun, ma setgħet issir ebda determinazzjoni fir-rigward tal-kapaċità tal-katina tal-provvista tal-UE li tassorbi d-dazju antidumping propost u, konsegwentement, l-impatt ta’ dan id-dazju fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut u, b’hekk, fuq il-konsumaturi.

(202)

Madankollu, l-ewwel nett, f’dak li għandu x’jaqsam mal-importaturi, il-maġġoranza vasta tal-importaturi li wieġbu għall-mistoqsijiet tat-teħid tal-kampjuni dwar l-importaturi rrapportaw marġini gross bejn il-prezz tax-xiri u l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid li jvarja bejn 50 % u 200 %. Il-figuri vverifikati tal-importaturi puri fil-kampjun jikkonfermaw li tali marġini gross huma rappreżentattivi. It-tieni, id-dokumentazzjoni disponibbli għall-pubbliku tissuġġerixxi li l-katina tal-provvista fl-Unjoni (jiġifieri l-importaturi u l-mezzi sussegwenti) hija perfettament kapaċi li tadotta dazju antidumping bir-rata proposta, mingħajr ma tipperikola l-vijabbiltà tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati. Skont pubblikazzjoni riċenti (10), magg taċ-ċeramika manifatturat fiċ-Ċina li jinxtara minn distributuri tal-UE għal USD 0.70 jispiċċa jinbiegħ bl-imnut, fl-UE, għal USD 3.50 – b’żieda fil-valur ta’ aktar minn 150 % għad-distributur jew għall-bejjiegħ bl-imnut. F’xenarju bħal dan, għal ħafna mill-importazzjonijiet, id-dazji antidumping kif proposti jirriżultaw fi ħlas addizzjonali ta’ € 0,16 (u ta’ € 0,36 għall-produtturi li ma jikkooperawx) għall-katina tal-provvista tal-UE li, b’mod ġenerali, għandha marġini gross ta’ € 2.08 fuq dan il-prodott partikolari. Madankollu, l-istħarriġ tas-suq tas-CBI tal-2009 dwar “l-oġġetti ta’ fuq il-mejda, l-oġġetti tal-kċina u swieq domestiċi oħrajn” imsemmi fil-premessa (112) aktar ‘il fuq jirrapporta proporzjonijiet ta’ prezzijiet CIF għall-konsumaturi fuq il-fruntiera tal-UE li jvarjaw bejn 2.6 u 5.3 (11). Fl-aħħar nett, l-importaturi/bejjiegħa bl-imnut inklużi fil-kampjun qatt ma indikaw li sejrin jeskludu l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina mill-importazzjonijiet jew mill-bejgħ tagħhom jekk jiġu imposti dazji antidumping.

(203)

Meta wieħed iqis dak li ntqal hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli oħra miksuba f’din l-investigazzjoni sa issa, huwa kkunsidrat b’mod provviżorju li l-katina tad-distribuzzjoni, b’mod ġenerali, inklużi l-importaturi, x’aktarx li tkun kapaċi tassorbi ż-żieda fil-prezzijiet CIF fil-livelli proposti mingħajr ebda problema kbira u li l-konsumaturi mhux probabbli jesperjenzaw żidiet fil-prezzijiet. Madankollu, għal darba oħra, il-partijiet interessati huma mistiedna b’mod espliċitu biex jissottomettu dejta addizzjonali, komprensiva u verifikabbli fuq din il-kwistjoni, li tagħti ċ-ċans li jkompli jiġi analizzat l-impatt tal-miżuri fuq il-katina tal-provvista u, eventwalment, fuq il-konsumaturi fil-fażi li jmiss ta’ din il-proċedura.

(204)

Is-sottomissjonijiet dwar l-interess tal-Unjoni waslu minn aktar minn 20 importatur mhux inklużi fil-kampjun, l-aktar intrapriżi żgħar, assoċjazzjoni tal-kummerċ Ewropew u Internazzjonali, assoċjazzjoni Svediża ta’ importaturi u bejjiegħa bl-imnut, assoċjazzjoni Olandiża ta’ importaturi mill-Lvant Imbiegħed u assoċjazzjoni bbażata fil-Ġermanja u netwerk ta’ importaturi. Tħassib komuni tal-importaturi kien li l-miżuri jinvolvu żidiet fil-prezzijiet tal-importazzjoni, tnaqqis (parzjali) tan-negozju tagħhom u, b’hekk, impatt negattiv fuqhom b’mod ġenerali f’termini ta’ marġini u profittabbiltà, fost l-oħrajn. Dawn l-argumenti ma setgħux jinżammu fuq il-bażi tal-konklużjonijiet milħuqa fil-premessa li jmiss u fil-premessa (202).

(205)

Bosta importaturi sostnew li l-impożizzjoni tal-miżuri kienet ser twassal biex jintilfu aktar impjiegi ma’ importaturi bħalhom milli kienu ser jinżammu impjiegi ma’ produtturi tal-Unjoni. Madankollu, din id-dikjarazzjoni hija kkontestata minn rappreżentazzjonijiet oħrajn ta’ importaturi, fejn huma sostnew li jistgħu jissostitwixxu l-oġġetti taċ-ċeramika b’oħrajn mhux magħmula miċ-ċeramika (bħal tessuti li jingħataw bħala rigali) jew li huma riedu li jakkwistaw aktar fl-Unjoni.

(206)

L-assoċjazzjoni Svediża kienet tal-fehma li l-miżuri ser ikollhom impatt negattiv fuq l-importaturi f’termini tal-ispejjeż sinjifikanti tal-amministrazzjoni u sabiex jinstabu r-riżorsi, f’każ li dawn tal-aħħar ikollhom isibu alternattivi għall-importazzjonijiet miċ-Ċina. Assoċjazzjoni tal-kummerċ Ewropew u Internazzjonali enfasizzat li t-tibdil tal-fornituri huwa diffiċli minħabba li l-importaturi jkunu investew ħafna fihom. Madankollu, dan ma jidhirx li huwa tħassib ewlieni ta’ ċerti importaturi, li jippreferu l-possibbiltà li jkunu jistgħu jbiddlu s-sorsi tal-provvisti. Barra minn hekk, il-fatt li l-prodotti offruti u l-konsum tal-Unjoni jinbidlu mal-moda jissuġġerixxi li l-ispejjeż għall-iżvilupp ta’ prodotti ġodda (minn fornituri ġodda) huma inerenti għal dan is-settur.

(207)

Bosta importaturi mhux inklużi fil-kampjun sostnew li l-fabbriki tal-Unjoni mhumiex interessati li jimmanifatturaw prodotti tad-ditta ta’ ħaddieħor. Madankollu, dan kien ikkontestat mill-eżitu tal-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (li wera li fil-fatt huma kienu pproduċew prodotti tad-ditta għal partijiet terzi), mir-rappreżentazzjoni magħmula minn importatur ieħor u mill-fatt li bosta importaturi li jiddistribwixxu prodotti taħt id-ditta tagħhom qegħdin jakkwistaw parti mill-kollezzjoni varjata tagħhom fl-Unjoni.

(208)

Importatur wieħed mhux inkluż fil-kampjun esprima n-nuqqas ta’ rieda tiegħu li jaqsam ideat rigward il-produzzjoni, id-disinn tal-prodott u l-iżviluppi interni ma’ ċerti produtturi tal-Unjoni kompetituri li jimmanifatturaw oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina. Madankollu, l-investigazzjoni ma wrietx li dan kien tħassib ġenerali fost l-importaturi. Ta’ min jinnota li l-importatur ikkonċernat kellu tilwimiet legali ma’ xi manifatturi Ġermaniżi u li parti mill-kollezzjoni tiegħu tinsab f’kompetizzjoni diretta ma’ dik ta’ manifatturi tal-Unjoni.

(209)

Ċerti importaturi sostnew li huma ma jistgħux jakkwistaw prodotti minn manifatturi tal-Unjoni minħabba l-ispejjeż għoljin tagħhom, in-nuqqas ta’ kapaċità għal oġġetti tal-artiġjanat, in-nuqqas ta’ abbiltà li jiġu offruti ammonti żgħar ta’ produzzjoni, nuqqas ta’ flessibbiltà, nuqqas ta’ organizzazzjoni adegwata li sservi debitament lil dawk il-bejjiegħa bl-imnut kbar li joffru ħafna prodotti; u/jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ xi proċessi tal-produzzjoni, kwalitajiet, tipi ta’ tiżjin jew forom. Dawn il-partijiet sostnew li l-problemi kienu partikolarment importanti fir-rigward ta’ oġġetti tal-artiġjanat u ta’ promozzjoni (pereżempju; fuħħar), ċerti prodotti tad-ditta mibjugħa taħt liċenzja, il-manifattura ta’ ċerti mudelli ta’ utilità rreġistrati u prodotti speċjali intiżi għall-catering u t-tiżjin (pereżempju; prodotti tal-porċellana f’volumi kbar). Xi wħud sostnew li ma għandhom ebda alternattiva ħlief li jimportaw il-prodotti miċ-Ċina. Madankollu, l-investigazzjoni sabet li ħafna mill-importaturi li kkooperaw fil-fatt jakkwistaw oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u/jew tal-kċina minn bosta sorsi, inklużi produtturi tal-Unjoni f’varjetà wiesgħa ta’ firxiet u kwalitajiet. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni joffru varjetà wiesgħa ta’ prodotti u għandhom il-kapaċità tal-produzzjoni li jbiegħu aktar fis-suq tal-Unjoni.

(210)

Fil-qosor, jista’ jiġi konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri jista’ fil-fatt ikollha effett negattiv possibbli fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ċerti importaturi. Madankollu, bħala medja, dan l-effett negattiv mhux mistenni li jkollu impatt finanzjarju sinjifikanti fuq is-sitwazzjoni globali tal-importaturi. B’mod ġenerali, huwa mistenni li dawn ikunu jistgħu jappoġġjaw (parzjalment) iż-żidiet fil-prezzijiet u/jew jgħaddu dan id-dover (parzjalment) lill-klijenti tagħhom (jiġifieri; bejjiegħa bl-ingrossa, distributuri, bejjiegħa bl-imnut), aktar u aktar minħabba li d-dazji jaffettwaw is-sors prinċipali fis-suq. Għal dawk l-importaturi li kkooperaw u li fl-istess ħin huma bejjiegħa bl-imnut, l-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta proporzjon żgħir ħafna tan-negozju globali tagħhom. L-informazzjoni sottomessa minn dawn il-partijiet ma ppermettietx li ssir kwantifikazzjoni xierqa ta’ kemm kienu kapaċi jassorbu ż-żieda fil-prezzijiet tax-xiri mil-livelli tad-dazju proposti iżda, kif spjegat fil-premessi (202)-(203), l-informazzjoni miġbura sa issa ma tissuġġerix li ser ikunu f’pożizzjoni li jagħmlu dan.

(211)

Għalhekk, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni tal-miżuri fil-livelli proposti ma ħalliet ebda impatt negattiv sinjifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat.

4.   L-interess ta’ setturi ekonomiċi oħrajn

(212)

Bosta importaturi allegaw li l-impożizzjoni tal-miżuri probabbilment taffettwa b’mod negattiv lill-imsieħba kummerċjali tal-importaturi, li jvarjaw minn intrapriżi tad-dekorazzjoni u l-irfinar għal bejjiegħa bl-ingrossa, distributuri jew bejjiegħa bl-imnut. F’dan ir-rigward, huma sostnew li l-impożizzjoni tal-miżuri tista’ tikkawża aktar telf ta’ impjiegi man-‘negozji subordinati’ tagħhom, bħal disinjaturi jew ħaddiema tal-loġistika min-numru ta’ impjiegi miżmuma/maħluqa mill-industrija tal-Unjoni. Xi importaturi allegaw ukoll li s-settur tal-oġġetti li jingħataw bħala rigali, l-industrija tar-reklamar, l-industriji tal-lukandi u tal-catering, is-settur tal-catering kollettiv u l-konsumaturi kummerċjali b’mod ġenerali sejrin jiġu affettwati wkoll direttament minn nuqqas ta’ prodotti. Dan iwassal għal żieda fil-kompetizzjoni tal-prezzijiet fi żmien qasir fil-livell tal-ħwienet li joffru skontijiet kbar. L-istituzzjonijiet li ġeneralment ikollhom jissieltu sabiex ilaħħqu mal-baġits tagħhom, bħal stabbilimenti tal-kura tas-saħħa, jispiċċaw ibatu wkoll. Barra minn hekk, xi partijiet sostnew li l-miżuri antidumping jinvolvu nuqqas ta’ materja prima għax-xogħol artistiku u kreattiv, bħal dak li jsir minn dawk li jpinġu fuq il-porċellana jew fil-workshops tax-xogħol artiġjanali.

(213)

Dawn it-talbiet kollha nstabu li ma kienux ġustifikati. Minn naħa, id-dikjarazzjonijiet ta’ dawn l-importaturi jidhru li jikkontradixxu dawk il-punti fir-rappreżentazzjonijiet tagħhom fejn jissuġġerixxu li huma jistgħu jissostitwixxu oġġetti taċ-ċeramika b’oħrajn li mhumiex magħmula miċ-ċeramika (bħal tessuti li jingħataw bħala rigali), biex b’hekk f’dak il-każ ikollhom jirrikorru għall-imsieħba kummerċjali tagħhom tas-soltu msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, jista’ jkun mistenni li n-‘negozji subordinati’ għall-industrija tal-Unjoni jispiċċaw jibbenifikaw mill-impożizzjoni ta’ tali miżuri. Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni ma setgħetx tikkonkludi li ser ikun hemm nuqqas ta’ prodotti jekk l-importazzjonijiet miċ-Ċina jsibu ruħhom jikkompetu bi prezzijiet li mhumiex oġġett ta’ dumping. Il-miżuri huma mfasslin b’tali mod li mistennija joħolqu kondizzjonijiet ugwali għall-fornituri kollha tal-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina – u mhux li jillimitaw indebitament l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Fir-rigward taż-żieda suġġerita fil-kompetizzjoni tal-prezzijiet, dan jista’ jidher ukoll bħala effett pożittiv, pereżempju, minn dawk l-istituzzjonijiet li ġeneralment ikollhom jissieltu sabiex ilaħħqu mal-baġits tagħhom, bħall-istabbilimenti tal-kura tas-saħħa.

(214)

L-assoċjazzjoni Svediża kienet tal-fehma li l-miżuri ser ikollhom impatt ekonomiku negattiv fuq is-setturi tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-bejgħ bl-imnut fl-Isvezja. Hija kkalkolat tnaqqis ta’ 2-3 % fl-impjiegi (l-aktar għaż-żgħażagħ) u ta’ 20 % fl-importazzjonijiet. Madankollu, l-impatt suġġerit jidher li kien esaġerat. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li ħadd mill-importaturi, li fl-istess ħin huma wkoll bejjiegħa bl-imnut u li għamlu rappreżentazzjonijiet fil-kuntest tal-investigazzjoni, ma indika li l-prodott sħiħ ser jiġi eskluż mill-firxa ta’ prodotti tagħhom jekk jiġu imposti xi miżuri antidumping. Il-proġezzjonijiet tax-xogħol magħmula minn wieħed minnhom f’każ li jiġu imposti l-miżuri huma bażikament l-istess bħal fil-każ fejn ma jiġux imposti miżuri.

(215)

Is-CCCLA semmiet studju Daniż li jgħid li għal kull Euro li jiksbu l-produtturi tal-Unjoni mill-ħarsien tal-kummerċ, il-kumpaniji utenti fl-Unjoni għandhom iħallsu sa aktar minn 60 darba ta’ dak l-ammont. Madankollu, din id-dikjarazzjoni hija ġenerali ħafna, mhijiex relatata speċifikament ma’ din l-investigazzjoni u ma hemm ebda evidenza li turi li dan fil-fatt ser ikun l-impatt f’din l-investigazzjoni.

(216)

Fornitur ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni speċjali tal-bejjiegħa bl-imnut lil bejjiegħa bl-imnut ewlenin madwar id-dinja sostna li n-negozju tiegħu kien jeħtieġ kwantitajiet kbar fuq perjodi qosra għal promozzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut li jdumu għaddejjin għal ftit xhur. Skont din il-parti, li tixtri madwar żewġ terzi tal-prodotti tagħha mill-Ażja, primarjament iċ-Ċina, dazju sinjifikanti jispiċċa jeqred l-abbiltà tagħha li tbiegħ il-prodotti li ġġib bi prezzijiet promozzjonali fil-ġejjieni. Għandu jiġi rikonoxxut li d-dazji antidumping jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv lil dan it-tip ta’ negozju. Madankollu, l-għan tad-dazji mhuwiex li jeskludu l-merkanzija Ċiniża mis-suq. Barra minn hekk, matul dawn l-aħħar tliet snin, il-produtturi tal-Unjoni kienu jkopru 33 % ta’ dik li din il-parti mmarkat bħala domanda volatili.

(217)

F’dan l-istadju provviżorju, huwa għalhekk konkluż li l-benefiċċji li jinkisbu bil-prevenzjoni tal-ħsara għall-bqija ta’ din l-investigazzjoni permezz tal-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ma jistgħux jingħelbu mill-effett potenzjalment negattiv tagħha fuq ċerti setturi ekonomiċi oħrajn.

5.   L-interess tal-konsumaturi (familji)

(218)

Ħadd mill-partijiet li jirrappreżentaw direttament l-interessi tax-xerrejja finali, bħal assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, ma għamel xi rappreżentazzjoni.

(219)

Madankollu, fid-dawl tad-dejta disponibbli għall-pubbliku, kif issemma fil-premessa (202) aktar ‘il fuq, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-miżuri fil-livell tad-dazju propost ser jiġu assorbiti mill-katina tal-provvisti u, għalhekk, ma għandhomx jirriżultaw fi prezzijiet ogħla għall-konsumaturi fil-livell tal-bejgħ bl-imnut.

(220)

Skont is-CCCLA u bosta partijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-importaturi u tal-bejjiegħa bl-imnut, jekk jiġu imposti dazji antidumping, ikunu l-konsumaturi tal-UE l-aktar li jbatu. Fl-Unjoni, il-konsumaturi bi dħul baxx jirrappreżentaw l-ogħla sehem tal-konsumaturi u ser jiġu kkonfrontati għal għażla aktar limitata u prezzijiet ogħla għal ebda valur addizzjonali u dan fi żmien ta’ ekonomija tal-UE fraġli. Allegatament, dan il-prodott għandu limiti psikoloġiċi tal-prezzijiet li ‘l fuq minnhom il-konsumaturi ma jkunux lesti li jixtru. Ċerti tipi tal-prodott ma jibqgħux jidhru fis-suq jew jiġu sostitwiti minn materjali oħrajn bħal plastik, melamina, metall jew injam. B’mod ġenerali, dawn l-għażliet ikunu prodotti li jagħmlu aktar ħsara lill-ambjent. Ġie ddikjarat ukoll li l-għażla ser tkun ukoll limitata minħabba li l-importazzjonijiet ikkonċernati li jilħqu aktar minn 60 % tad-domanda jitneħħew mis-suq tal-Unjoni, filwaqt li nuqqas ta’ provvista twassal għal żieda fil-prezzijiet. Bl-istess mod, xi partijiet sostnew li l-klijenti jagħmlu x-xiri tagħhom fil-viċinanzi tagħhom, iżda li l-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux u ma jridux iservu prodotti bi spiża baxxa fil-faċilitajiet tal-provvista lokali. Il-fatt li l-produtturi Ġermaniżi jistgħu joffru volumi ta’ standard akbar għal prezz baxx ma jissodisfax lis-suq tal-Unjoni, li jirrikjedi varjetà skont il-moda u x-xejriet dejjem jinbidlu. Xi rappreżentazzjonijiet jenfasizzaw li jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi jibqgħu fis-suq tal-Unjoni, dawn x’aktarx li jkunu f’volumi sostanzjalment aktar baxxi u bi prezzijiet ogħla b’mod sinjifikanti, primarjament minħabba l-pagi ogħla fiċ-Ċina u d-dazji addizzjonali. Ġie ddikjarat ukoll li jekk il-prodott ma jkunx affordabbli, il-ġenerazzjonijiet il-ġodda ma jidrawx ifittxu dan il-prodott.

(221)

Fir-rigward tat-talbiet marbuta ma’ għażla aktar limitata, huwa innotat li l-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni qiegħda toffri firxa wiesgħa ħafna ta’ prodotti mmirati għal diversi segmenti tas-suq u mezzi ta’ distribuzzjoni. Il-miżuri mistennija jgħinu lill-industrija tal-Unjoni tisfrutta l-potenzjal sħiħ tagħha u tkompli tarrikkixxi s-suq bil-prodotti tagħha. Minbarra dan, ħadd mill-importaturi, li fl-istess ħin huma wkoll bejjiegħa bl-imnut, ma indika li jista’ jikkunsidra li jneħħi għal kollox il-prodott mill-firxa ta’ prodotti tiegħu jekk jiġu imposti dazji antidumping.

(222)

F’dak li għandu x’jaqsam mat-talbiet fuq prezzijiet ogħla, l-investigazzjoni għandha l-għan li toħloq kondizzjonijiet ugwali u mhux li teskludi l-merkanzija Ċiniża mis-suq tal-Unjoni. Ma jista’ jiġi stabbilit b’mod oġġettiv ebda limitu fuq il-prezzijiet li ‘l fuq minnu l-konsumaturi ma jixtrux dan it-tip ta’ prodott. Barra minn hekk, minħabba li l-importaturi sikwit ikunu marbuta minn listi ta’ prezzijiet għal mill-inqas sena waħda, b’mod ġenerali mhux mistenni li huma jkunu jistgħu jittrasferixxu ż-żidiet fil-prezzijiet lill-klijenti tagħhom fuq perjodu ta’ żmien qasir. Aktar importanti, minħabba l-livell tal-miżuri u d-differenza sinjifikanti bejn il-prezz tal-importazzjoni u l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid, mhuwiex mistenni li l-utenti u l-konsumaturi jħallsu prezzijiet sostanzjalment ogħla – id-dazju jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-prezz tal-importazzjoni CIF u l-prezz tal-bejgħ bl-imnut huwa multiplu tal-prezz tal-importazzjoni. Għalhekk, id-dazju x’aktarx li jiġi assorbit mill-katina tal-provvista mill-importatur lill-konsumatur finali. F’każ li jkun hemm xi żidiet fil-prezzijiet, dawn ser ikunu żgħar u ma għandhomx iħallu impatt fuq l-għażla tal-konsumaturi. Mhuwiex mistenni li l-miżuri antidumping iwasslu biex il-ġenerazzjonijiet il-ġodda ma jixtrux oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina. Huwa innotat ukoll li l-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni tista’ toffri prezzijiet kompetittivi.

(223)

Lanqas ma jista’ jiġi konkluż li l-miżuri ser ikollhom impatt sinjifikanti fuq il-materjali użati għall-oġġetti ta’ fuq il-mejda u tal-kċina. It-tip ta’ materjal mhux dejjem ikun il-fattur ewlieni li jwassal għall-għażla, pereżempju, ta’ oġġett taċ-ċeramika li jingħata bħala rigal. Madankollu, jidher ċar li l-interkambjalità tal-materjali mhux dejjem tkun possibbli: pereżempju, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel timponi ċerti rekwiżiti għal dawk il-materjali li jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel. Ta’ min jinnota wkoll li importatur stabbilit sewwa, li huwa wkoll bejjiegħ bl-imnut, jaħseb ukoll li n-nies ser ikomplu jieklu minn platti taċ-ċeramika minflok minn platti magħmula minn tipi oħrajn ta’ materjali – u l-pjanijiet ta’ espansjoni tiegħu huma mfasslin kif xieraq.

(224)

It-talbiet rigward il-problemi tal-provvista ma jistgħux jiġu aċċettati minħabba li, minn naħa waħda, il-fatt li jinħolqu kondizzjonijiet ugwali bi prezzijiet ġusti mhuwiex ekwivalenti għat-tneħħija kompleta tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Għall-kuntrarju, il-parteċipanti kollha madwar id-dinja mistennija jibbenifikaw minn sitwazzjoni ta’ kummerċ aktar ġust. Min-naħa l-oħra, instab li l-fatt li bħalissal-industrija tal-Unjoni tista’ tforni terz tal-konsum totali tal-Unjoni ma jdgħajjifx l-importazzjonijiet miċ-Ċina f’każ li dawn jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li mhumiex oġġett ta’ dumping. Kemm l-eżekuzzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-fatt li din l-industrija ma kinitx qiegħda taħdem bil-kapaċità sħiħa tagħha matul il-perjodu kkunsidrat jissuġġerixxu li l-manifatturi tal-Unjoni jistgħu fil-fatt ibiegħu aktar fis-suq tal-Unjoni, f’każ li jitneħħew l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, iċ-Ċina mhijiex l-uniku sors tal-importazzjonijiet fl-Unjoni.

(225)

Kemm studju Daniż imsemmi mis-CCCLA kif ukoll riċerka Svediża msemmija minn assoċjazzjoni Svediża jissuġġerixxu li l-miżuri antidumping b’mod ġenerali jħallu impatt kbir ħafna fuq il-konsumaturi. Madankollu, dawn id-dikjarazzjonijiet huma ġenerali ħafna, mhumiex relatati speċifikament ma’ din l-investigazzjoni u ma hemm ebda evidenza li turi li dan fil-fatt ser ikun l-impatt f’din l-investigazzjoni.

(226)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa konkluż b’mod provviżorju li, b’mod ġenerali, l-impożizzjoni tal-miżuri ma għandhiex tħalli impatt sinjifikanti fuq konsumaturi bħal familji.

6.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(227)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li, b’mod ġenerali, abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-interess tal-Unjoni, ma hemm ebda raġuni sinjifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li joriġinaw miċ-Ċina.

(228)

Din il-konklużjoni ma tistax tiġi bbilanċjata mill-kunsiderazzjonijiet imressqa minn bosta partijiet, jiġifieri li d-dazji antidumping huma b’mod ġenerali għażla ta’ kompromess għall-isforzi tagħhom biex jittrasferixxu ċerti valuri tal-Unjoni lil pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni, bħat-titjib tal-istandards soċjali tal-fornituri, it-tħaddim tat-tfal jew programmi ta’ żvilupp ambjentali u ġenerali. Dawn il-kwistjonijiet ma jistgħux idgħajfu l-mira li jinkiseb kummerċ miftuħ u ġust permezz tad-difiża tal-produzzjoni tal-Unjoni kontra distorsjonijiet tal-kummerċ internazzjonali bħad-dumping, permezz tal-applikazzjoni ta’ strumenti ta’ difiża tal-kummerċ skont il-liġi tal-UE u r-regoli tad-WTO.

(229)

Minkejja dak li ntqal hawn fuq, din il-valutazzjoni preliminari tista’ tirrikjedi aktar analiżi bir-reqqa wara l-kummenti tal-partijiet interessati.

G.   MIŻURI ANTIDUMPING PROVVIŻORJI

1.   Il-livell ta’ tneħħija tal-ħsara

(230)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping provviżorji sabiex jiġi evitat li tiġi kkawżata aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(231)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini tad-dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(232)

Meta jiġi kkalkolat l-ammont ta’ dazju meħtieġ sabiex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, huwa kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u li tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Kif spjegat fil-premessa (135) aktar ‘il fuq, marġini ta’ profitt ta’ 6 % tal-fatturat jitqies b’mod provviżorju bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li tikseb fin-nuqqas ta’ dumping dannuż.

(233)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkolat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni għall-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż inkiseb billi tnaqqas il-profitt proprju mill-prezz fuq bażi ex-works u billi żdied il-marġini ta’ profitt ta’ 6 % imsemmi fuq mal-prezz ikkalkolat tal-bejgħ fuq bażi ta’ break-even tal-industrija tal-Unjoni.

(234)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz tal-importazzjoni b’medja peżata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mhux dannuż tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF totali.

2.   Miżuri provviżorji

(235)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, qiegħed jitqies li għandhom jiġu imposti miżuri antidumping provviżorji fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell l-aktar baxx li nstab tal-marġini tad-dumping u tal-ħsara, skont ir-regola ta’ inqas dazju.

(236)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju antidumping ġew stabbiliti, f’dan il-każ, fil-livell tal-marġini tad-dumping.

(237)

Ir-rati tad-dazju antidumping individwali tal-kumpanija speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħrajn kollha’) huma b’hekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u manifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħrajn kollha’.

(238)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju antidumping individwali tal-kumpanija (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (12) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u dak għall-esportazzjoni, assoċjata ma’, per eżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenifikaw minn rati tad-dazju individwali.

(239)

Sabiex jiġi żgurat infurzar tajjeb tad-dazju antidumping, il-livell tad-dazju residwu ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

(240)

Parti kkonċernata talbet biex il-miżuri, jekk ikun hemm, jiġu imposti fil-forma ta’ prezz minimu. Il-parti ddikjarat li d-dazji ad valorem jolqtu b’mod partikolari lil dawk il-klijenti li jixtru prodotti importati ta’ kwalità għolja u/jew ta’ piż kbir. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li ebda forma oħra ta’ miżuri ma setgħet tkun aktar xierqa, meta wieħed iqis il-firxa ta’ oġġetti li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott.

(241)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-marġini tad-dumping u tal-ħsara stabbiliti u r-rati tad-dazju provviżorju huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ dumping

Marġini ta’ ħsara

Rata tad-dazju provviżorju

Hunan Hualian China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd; Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd u Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd

26,8  %

45,3  %

26,8  %

Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd u Guangxi Sanhuan Lucky Xinda Import & Export Co., Ltd

31,2  %

85,3  %

31,2  %

CHL International Ltd u CHL Porcelain Industries Ltd

30,0  %

109,3  %

30,0  %

Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited; Zibo Huatong Ceramics Co., Ltd; Shandong Silver phoenix Co., Ltd; Niceton Ceramics (Linyi) Co., Ltd u Linyi Jingshi Ceramics Co., Ltd

17,6  %

76,0  %

17,6  %

Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd

23,0  %

44,8  %

23,0  %

Il-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha li kkooperaw

26,6  %

76,1  %

26,6  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

58,8  %

109,3  %

58,8  %

H.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(242)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li jkunu għamlu lilhom infushom magħrufa fil-limitu taż-żmien speċifikat fin-notifika ta’ bidu jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-iskop ta’ kwalunkwe miżura definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping provviżorju huwa permezz ta’ dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina, esklużi skieken taċ-ċeramika, li bħalissa jaqgħu fl-ambitu tal-koċidi CN ex 6911 10 00, ex 6912 00 10, ex 6912 00 30, ex 6912 00 50 u ex 6912 00 90 (kodiċi TARIC 6911100090, 6912001011, 6912001091, 6912003010, 6912005010 u 6912009010) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata ta’ dazju antidumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Hunan Hualian China Industry Co., Ltd;

Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd;

Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd;

Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd

26,8  %

B349

Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd

31,2  %

B350

CHL Porcelain Industries Ltd

30,0  %

B351

Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited;

Zibo Huatong Ceramics Co., Ltd;

Shandong Silver Phoenix Co., Ltd;

Niceton Ceramics (Linyi) Co., Ltd

Linyi Jingshi Ceramics Co., Ltd

17,6  %

B352

Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd

23,0  %

B353

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

26,6  %

B354

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

58,8  %

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju antidumping provviżorju speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk ma tiġi ppreżentata ebda fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Ir-rilaxx taċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għad-dispożizzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jesprimu l-fehmiet tagћhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgћu b’mod orali mill-Kummissjoni.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 44, 16.2.2012, p. 22.

(3)  Ara wkoll il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea; Brussell, 8.6.2012 COM(2012) 270 Finali, 2012/0145(Kod).

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2012 fil-kawża C-249/10 P, Brosmann Footwear HK u oħrajn vs il-Kunsill.

(5)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2012 fil-kawża T-156/11, Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd vs il-Kunsill, para. 167 (għadha ma ġietx ippubblikata) u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 fil-kawża T-170/09; Ningbo Yonghong Fasteners Co., Ltd v. Il-Kunsill, para. 53 (għadha ma ġietx ippubblikata).

(6)  L-istħarriġ tas-suq tas-CBI disponibbli għall-pubbliku “Is-suq tal-oġġetti ta’ fuq il-mejda, tal-oġġetti tal-kċina u ta’ oġġetti domestiċi oħrajn fl-UE, Novembru 2009” indika għadd ta’ xejriet (demografiċi, soċjali, kulturali, tal-moda u tekniċi) li għandhom jirriżultaw fi preżenza b’saħħitha kontinwa ta’ prodotti taċ-ċeramika fis-suq Komunitarju tal-oġġetti ta’ fuq il-mejda u tal-kċina, li mistenni jikber globalment. Ir-raġunijiet ippreżentati mill-istħarriġ ivarjaw mid-domanda dejjem tiżdied għal aktar oġġetti informali ta’ fuq il-mejda u tal-kċina, jiġifieri prodotti ta’ utilità faċli biex jintużaw, prodotti ġodda u disinji ġodda, għad-daqs li qiegħed jinbidel tal-familji. Fl-investigazzjoni attwali, importatur kbir inkluż fil-kampjun, li huwa wkoll bejjiegħ bl-imnut, irrapporta wkoll li jistenna konsum tajjeb għas-saħħa fil-ġejjieni billi huwa antiċipa li n-nies xorta ser ikunu jridu jieklu minn platti taċ-ċeramika minflok minn platti oħrajn – u għalhekk huwa ħabbar pjanijiet ta’ espansjoni ambizzjużi f’dan il-qasam.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, kif ippubblikat fil-ĠU L 275, 6.10.2006, p. 36 (premessa 292).

(8)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52011XC1129(02):MT:NOT

(9)  Il-Kawża T-20/03 Kahla/Thüringen Porzellan vs il-Kummissjoni

(10)  “Dumping case likely to harm ceramic makers”, China Daily, 17 ta’ Frar 2012.

(11)  Wieħed irid jinnota li dan l-istħarriġ tas-suq għandu fil-mira tiegħu firxa ta’ prodotti li tmur lil hinn mill-firxa tal-prodott f’din l-investigazzjoni, u dan minħabba li jinkludi l-oġġetti tal-plastik, tal-injam, tal-ħġieġ, tal-metall kif ukoll il-pożati.

(12)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.


ANNESS I

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (kodiċi addizzjonali TARIC B354):

(1)

Amaida Ceramic Product Co., Ltd.

(2)

Asianera Porcelain (Tangshan) Ltd.

(3)

Beiliu Changlong Ceramics Co., Ltd.

(4)

Beiliu City Heyun Building Materials Co., Ltd.

(5)

Beiliu Jiasheng Porcelain Co., Ltd.

(6)

Beiliu Quanli Ceramic Co., Ltd.

(7)

Beiliu Windview Industries Ltd.

(8)

Betterway International Co., Ltd.

(9)

Cameo China (Fengfeng) Co., Ltd.

(10)

Changsha Ellen-Design Arts & Crafts Co., Ltd.

(11)

Changsha Happy Go Products Developing Co., Ltd.

(12)

Chao Ao Huadayu Craftwork Factory

(13)

Chao’an Lian Xing Yuan Ceramics Co., Ltd.

(14)

Chaoan Oh Yeah Ceramics Industrial Co., Ltd.

(15)

Chaoan Xin Yuan Ceramics Factory

(16)

Chao’an Yongsheng Ceramic Industry Co., Ltd.

(17)

Chaozhou Baode Ceramics Co., Ltd,

(18)

Chaozhou Baodyai Porcelain Co., Ltd.

(19)

Chaozhou Baolian Ceramics Co., Ltd.

(20)

Chaozhou Big Arrow Ceramics Industrial Co., Ltd.

(21)

Chaozhou Boshifa Ceramics Making Co., Ltd.

(22)

Chaozhou Cantake Craft Co., Ltd.

(23)

Chaozhou Ceramics Industry and Trade General Corp.

(24)

Chaozhou Chaofeng Ceramic Making Co., Ltd.

(25)

Chaozhou Chengxi Jijie Art & Craft Painted Porcelain Fty.

(26)

Chaozhou Chengxinda Ceramics Industry Co., Ltd.

(27)

Chaozhou Chenhui Ceramics Co., Ltd.

(28)

Chaozhou Chonvson Ceramics Industry Co., Ltd.

(29)

Chaozhou Daxin Arts & Crafts Co., Ltd.

(30)

Chaozhou Dayi Ceramics Industries Co., Ltd.

(31)

Chaozhou Dehong Ceramics Making Co., Ltd.

(32)

Chaozhou Deko Ceramic Co., Ltd.

(33)

Chaozhou Diamond Ceramics Industrial Co., Ltd.

(34)

Chaozhou Dongyi Ceramics Co., Ltd.

(35)

Chaozhou Dragon Porcelain Industrial Co., Ltd.

(36)

Chaozhou Fairway Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

(37)

Chaozhou Feida Ceramics Industries Co., Ltd.

(38)

Chaozhou Fengxi Baita Ceramics Fty.

(39)

Chaozhou Fengxi Canhui Ceramics Manufactory

(40)

Chaozhou Fengxi Dongtian Porcelain Fty. No.2

(41)

Chaozhou Fengxi Fenger Ceramics Craft Fty.

(42)

Chaozhou Fengxi Hongrong Color Porcelain Fty.

(43)

Chaozhou Fengxi Shengshui Porcelain Art Factory

(44)

Chaozhou Fengxi Zone Jinbaichuan Porcelain Crafts Factory

(45)

Chaozhou Fromone Ceramic Co., Ltd.

(46)

Chaozhou Genol Ceramics Manufacture Co., Ltd.

(47)

Chaozhou Good Concept Ceramics Co., Ltd.

(48)

Chaozhou Grand Collection Tableware Co. Ltd.

(49)

Chaozhou Guangjia Ceramics Manufacture Co., Ltd.

(50)

Chaozhou Guidu Ceramics Co., Ltd.

(51)

Chaozhou Haihong Ceramics Making Co., Ltd.

(52)

Chaozhou Hengchuang Porcelain Co., Ltd.

(53)

Chaozhou Henglibao Porcelain Industrial Co., Ltd.

(54)

Chaozhou Hongbo Ceramics Industrial Co., Ltd.

(55)

Chaozhou Hongjia Ceramics Making Co., Ltd.

(56)

Chaozhou Hongye Ceramics Manufactory Co., Ltd.

(57)

Chaozhou Hongye Porcelain Development Co., Ltd.

(58)

Chaozhou Hongyue Porcelain Industry Co., Ltd.

(59)

Chaozhou Hongzhan Ceramic Manufacture Co., Ltd.

(60)

Chaozhou Hua Da Ceramics Making Co., Ltd.

(61)

Chaozhou Huabo Ceramic Co., Ltd.

(62)

Chaozhou Huade Ceramics Manufacture Co., Ltd.

(63)

Chaozhou Huashan Industrial Co., Ltd.

(64)

Chaozhou Huayu Ceramics Co., Ltd.

(65)

Chaozhou Huazong Ceramics Industries Co., Ltd.

(66)

Chaozhou Huifeng Ceramics Craft Making Co., Ltd.

(67)

Chaozhou J&M Ceramics Industrial Co., Ltd.

(68)

Chaozhou Jencymic Co., Ltd.

(69)

Chaozhou Jiahua Ceramics Co., Ltd.

(70)

Chaozhou Jiahuabao Ceramics Industrial Co., Ltd.

(71)

Chaozhou JiaHui Ceramic Factory

(72)

Chaozhou Jiaye Ceramics Making Co., Ltd.

(73)

Chaozhou Jiayi Ceramics Making Co., Ltd.

(74)

Chaozhou Jiayu Ceramics Making Co., Ltd.

(75)

Chaozhou Jin Jia Da Porcelain Industry Co., Ltd.

(76)

Chaozhou Jingfeng Ceramics Craft Co., Ltd.

(77)

Chaozhou Jinqiangyi Ceramics Co., Ltd.

(78)

Chaozhou Jinyuanli Ceramics Manufacture Co., Ltd.

(79)

Chaozhou Kaibo Ceramics Making Co., Ltd.

(80)

Chaozhou Kedali Porcelain Industrial Co., Ltd.

(81)

Chaozhou King’s Porcelain Industry Co., Ltd.

(82)

Chaozhou Kingwave Porcelain & Pigment Co., Ltd.

(83)

Chaozhou Lemontree Tableware Co., Ltd.

(84)

Chaozhou Lianfeng Porcelain Co., Ltd.

(85)

Chaozhou Lianjun Ceramics Co., Ltd.

(86)

Chaozhou Lianyu Ceramics Co., Ltd.

(87)

ChaoZhou Lianyuan Ceramic Making Co., Ltd.

(88)

Chaozhou Lisheng Ceramics Co., Ltd.

(89)

Chaozhou Loving Home Porcelain Co., Ltd.

(90)

Chaozhou Maocheng Industry Dve. Co., Ltd.

(91)

Chaozhou MBB Porcelain Factory

(92)

Chaozhou Mingyu Porcelain Industry Co., Ltd.

(93)

Chaozhou New Power Ltd.

(94)

Chaozhou Ohga Porcelain Co.,Ltd.

(95)

Chaozhou Oubo Ceramics Co., Ltd.

(96)

Chaozhou Pengfa Ceramics Manufactory Co., Ltd.

(97)

Chaozhou Pengxing Ceramics Co., Ltd.

(98)

Chaozhou Qingfa Ceramics Co., Ltd.

(99)

Chaozhou Raoping Xinfeng Yangda Porcelain Factory

(100)

Chaozhou Ronghua Ceramics Making Co., Ltd.

(101)

Chaozhou Ronglibao Porcelain Co., Ltd.

(102)

Chaozhou Rui Cheng Porcelain Industry Co., Ltd.

(103)

Chaozhou Rui Xiang Porcelain Industrial Co., Ltd.

(104)

Chaozhou Ruilong Ceramics Co., Ltd.

(105)

Chaozhou Sanhua Ceramics Industrial Co., Ltd.

(106)

Chaozhou Sanming Industrial Co., Ltd.

(107)

Chaozhou Santai Porcelain Co., Ltd.

(108)

Chaozhou Shunqiang Ceramics Making Co., Ltd.

(109)

Chaozhou Shuntai Ceramic Manufactory Co., Ltd.

(110)

Chaozhou Songfa Ceramics Co.,Ltd.

(111)

Chaozhou Sundisk Ceramics Making Co., Ltd.

(112)

Chaozhou Teemjade Ceramics Co., Ltd.

(113)

Chaozhou Thyme Ceramics Co., Ltd.

(114)

Chaozhou Tongxing Huajiang Ceramics Making Co., Ltd

(115)

Chaozhou Totye Ceramics Industrial Co., Ltd.

(116)

Chaozhou Trend Art & Crafts Co., Ltd.

(117)

Chaozhou Uncommon Craft Industrial Co., Ltd.

(118)

Chaozhou Weida Ceramic Making Co., Ltd.

(119)

Chaozhou Weigao Ceramic Craft Co., Ltd.

(120)

Chaozhou Wingoal Ceramics Industrial Co., Ltd.

(121)

Chaozhou Wood House Porcelain Co., Ltd.

(122)

Chaozhou Xiangye Ceramics Craft Making Co., Ltd.

(123)

Chaozhou Xin Weicheng CP., Ltd.

(124)

Chaozhou Xincheng Ceramics Co., Ltd.

(125)

Chaozhou Xinde Ceramics Craft Factory

(126)

Chaozhou Xingguang Ceramics Co., Ltd.

(127)

Chaozhou Xinhui Porcelain Co., Ltd.

(128)

Chaozhou Xinkai Porcelain Co., Ltd.

(129)

Chaozhou Xinlong Porcelain Industrial Co., Ltd.

(130)

Chaozhou Xinyu Porcelain Industrial Co., Ltd.

(131)

Chaozhou Xinyue Ceramics Manufacture Co., Ltd.

(132)

Chaozhou Yangguang Ceramics Co., Ltd.

(133)

Chaozhou Yaran Ceramics Craft Making Co., Ltd.

(134)

Chaozhou Yinhe Ceramics Co., Ltd.

(135)

Chaozhou Yongsheng Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

(136)

Chaozhou Yongxuan Domestic Ceramics Manufactory Co., Ltd.

(137)

Chaozhou Yu Ri Ceramics Making Co., Ltd.

(138)

Chaozhou Yuefeng Ceramics Ind. Co., Ltd.

(139)

Chaozhou Yufeng Ceramics Making Factory

(140)

Chaozhou Zhongxia Porcelain Factory Co., Ltd.

(141)

Chaozhou Zhongye Ceramics Co., Ltd.

(142)

Dabu Yongxingxiang Ceramics Co., Ltd.

(143)

Dapu Fuda Ceramics Co., Ltd.

(144)

Dapu Taoyuan Porcelain Factory

(145)

Dasheng Ceramics Co., Ltd. Dehua

(146)

De Hua Hongshun Ceramic Co., Ltd.

(147)

Dehua Hongsheng Ceramic Co., Ltd.

(148)

Dehua Jianyi Porcelain Industry Co., Ltd.

(149)

Dehua Kaiyuan Porcelain Industry Co., Ltd.

(150)

Dehua Ruyuan Gifts Co., Ltd.

(151)

Dehua Xinmei Ceramics Co., Ltd.

(152)

Dongguan Kenney Ceramic Ltd.

(153)

Dongguan Shilong Kyocera Co., Ltd.

(154)

Dongguan Yongfuda Ceramics Co., Ltd.

(155)

Evershine Fine China Co., Ltd.

(156)

Excellent Porcelain Co., Ltd.

(157)

Fair-Link Limited (Xiamen)

(158)

Far East (Boluo) Ceramics Factory Co., Ltd.

(159)

Far East (chaozhou) Ceramics Factory Co., Ltd.

(160)

Fengfeng Mining District Yuhang Ceramic Co. Ltd. (Yuhang)

(161)

Foshan Metart Company Limited

(162)

Fujian De Hua Jiashun Art&Crafts Co., Ltd.

(163)

Fujian Dehua Chengyi Ceramics Co., Ltd.

(164)

Fujian Dehua Five Continents Ceramic Manufacturing Co., Ltd.

(165)

Fujian Dehua Fujue Ceramics Co., Ltd.

(166)

Fujian Dehua Full Win Crafts Co., Ltd.

(167)

Fujian Dehua Fusheng Ceramics Co., Ltd.

(168)

Fujian Dehua Gentle Porcelain Co., Ltd.

(169)

Fujian Dehua Guanhong Ceramic Co., Ltd.

(170)

Fujian Dehua Guanjie Ceramics Co., Ltd.

(171)

Fujian Dehua Hiap Huat Koyo Toki Co., Ltd.

(172)

Fujian Dehua Hongda Ceramics Co., Ltd.

(173)

Fujian Dehua Hongsheng Arts & Crafts Co., Ltd.

(174)

Fujian Dehua Hongyu Ceramic Co., Ltd.

(175)

Fujian Dehua Huachen Ceramics Co., Ltd.

(176)

Fujian Dehua Huaxia Ceramics Co., Ltd.

(177)

Fujian Dehua Huilong Ceramic Co., Ltd.

(178)

Fujian Dehua Jingyi Ceramics Co., Ltd.

(179)

Fujian Dehua Jinhua Porcelain Co., Ltd.

(180)

Fujian Dehua Jinzhu Ceramics Co., Ltd.

(181)

Fujian Dehua Lianda Ceramic Co., Ltd.

(182)

Fujian Dehua Myinghua Ceramics Co., Ltd.

(183)

Fujian Dehua Pengxin Ceramics Co., Ltd.

(184)

Fujian Dehua Rongxin Ceramic Co., Ltd.

(185)

Fujian Dehua Shisheng Ceramics Co., Ltd.

(186)

Fujian Dehua Will Ceramic Co., Ltd.

(187)

Fujian Dehua Xianda Ceramic Factory

(188)

Fujian Dehua Xianghui Ceramic Co., Ltd.

(189)

Fujian Dehua Xingye Ceramic Co., Ltd.

(190)

Fujian Dehua Yonghuang Ceramic Co., Ltd.

(191)

Fujian Dehua Yousheng Ceramics Co., Ltd.

(192)

Fujian Dehua You-Young Crafts Co., Ltd.

(193)

Fujian Dehua Zhenfeng Ceramics Co., Ltd.

(194)

Fujian Dehua Zhennan Ceramics Co., Ltd.

(195)

Fujian Jackson Arts and Crafts Co., Ltd.

(196)

Fujian Jiamei Group Corporation

(197)

Fujian Profit Corp

(198)

Fujian Province Dehua County Beatrot Ceramic Co., Ltd.

(199)

Fujian Province Yongchun County Foreign Processing and Assembling Corporation

(200)

Fujian Quanzhou Longpeng Group Co., Ltd.

(201)

Fujian Quanzhou Shunmei Group Co., Ltd.

(202)

Fung Lin Wah Group

(203)

Ganzhou Koin Structure Ceramics Co., Ltd.

(204)

Global Housewares Factory

(205)

Guangdong Baofeng Ceramic Technology Development Co., Ltd.

(206)

Guangdong Bening Ceramics Industries Co., Ltd.

(207)

Guangdong Daye Porcelain Co., Ltd.

(208)

Guangdong Dongbao Group Co., Ltd.

(209)

Guangdong Huaxing Ceramics Co., Ltd.

(210)

Guangdong Quanfu Ceramics Ind. Co., Ltd.

(211)

Guangdong Shunxiang Porcelain Co., Ltd.

(212)

Guangdong Sitong Group Co., Ltd.

(213)

Guangdong Songfa Ceramics Co.,Ltd.

(214)

Guangdong Yutai Porcelain Co., Ltd.

(215)

Guangxi Beiliu City Ming Chao Porcelain Co., Ltd.

(216)

Guangxi Beiliu Guixin Porcelain Co., Ltd.

(217)

Guangxi Beiliu Huasheng Porcelain Ltd.

(218)

Guangxi Beiliu Newcentury Ceramic Llc.

(219)

Guangxi Beiliu Qinglang Porcelain Trade Co., Ltd.

(220)

Guangxi Beiliu Rili Porcelain Co.,Ltd.

(221)

Guangxi Beiliu Xiongfa Ceramics Co., Ltd.

(222)

Guangxi Beiliu Yujie Porcelain Co., Ltd.

(223)

Guangxi Beiliu Zhongli Ceramics Co., Ltd

(224)

Guangxi Nanshan Porcelain Co., Ltd.

(225)

Guangxi Xin Fu Yuan Co. Ltd.

(226)

Guangxi Yulin Rongxing Ceramics Co., Ltd.

(227)

Guangzhou Chaintime Porcelain Co., Ltd.

(228)

Guangzhou Xiongji Imp. & Exp. Co., Ltd.

(229)

Haofa Ceramics Co., Ltd. of Dehua Fujian

(230)

Hebei Dersun Ceramic Co., Ltd.

(231)

Hebei Great Wall Ceramic Co., Ltd.

(232)

Hunan Baihua Ceramics Co., Ltd.

(233)

Hunan Eka Ceramics Co., Ltd.

(234)

Hunan Fungdeli Ceramics Co., Ltd.

(235)

Hunan Gaofeng Ceramic Manufacturing Co., Ltd.

(236)

Hunan Greture Co., Ltd.

(237)

Hunan Huawei China Industry Co., Ltd

(238)

Hunan Huayun Ceramics Factory Co., Ltd

(239)

Hunan Liling Tianxin China Industry Ltd.

(240)

Hunan Provincial Liling Chuhua Ceramic Industrial Co., Ltd.

(241)

Hunan Quanxiang Ceramics Corp. Ltd.

(242)

Hunan Taisun Ceramics Co., Ltd.

(243)

Hunan Victor Imp. & Exp. Co., Ltd

(244)

Hunan Wing Star Ceramic Co., Ltd.

(245)

Hunan Xianfeng Ceramic Industry Co.,Ltd

(246)

Jiangsu Gaochun Ceramics Co., Ltd.

(247)

Jiangsu Yixing Fine Pottery Corp., Ltd.

(248)

Jiangxi Global Ceramic Co., Ltd.

(249)

Jiangxi Kangshu Porcelain Co.,Ltd.

(250)

Jingdezhen F&B Porcelain Co., Ltd.

(251)

Jingdezhen Yuanjing Porcelain Industry Co., Ltd.

(252)

Jiyuan Jukang Xingxing Ceramics Co., Ltd.

(253)

Joyye Arts & Crafts Co., Ltd.

(254)

Junior Star Ent’s Co., Ltd.

(255)

K&T Ceramics International Co., Ltd.

(256)

Kam Lee (Xing Guo) Metal and Plastic Fty. Co., Ltd.

(257)

Karpery Industrial Co., Ltd.

(258)

Kilncraft Ceramics Ltd.

(259)

Lian Jiang Golden Faith Porcelain Co., Ltd.

(260)

Liling Esion Homeware Co., Ltd.

(261)

Liling Gaopeng Ceramic Industry Co., Ltd.

(262)

Liling GuanQian Ceramic Manufacture Co., Ltd.

(263)

Liling Huahui Ceramic Manufacturing Co., Ltd.

(264)

Liling Huawang Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

(265)

Liling Kaiwei Ceramic Co., Ltd.

(266)

Liling Liangsheng Ceramic Manufacture Co., Ltd.

(267)

Liling Minghui Ceramic Factory

(268)

Liling Only Co., Ltd.

(269)

Liling Quanhu Industries General Company

(270)

Liling Rongxiang Ceramic Co., Ltd.

(271)

Liling Ruixiang Ceramics Industrial Co., Ltd.

(272)

Liling Santang Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

(273)

Liling Shenghua Industrial Co., Ltd.

(274)

Liling Swan Household Co., Ltd.

(275)

Liling Tengrui Industrial and Trading Co.,Ltd.

(276)

Liling United Ceramic-Ware Manufacturing Co., Ltd.

(277)

Liling Yihong Arts & Crafts Co., Ltd.

(278)

Liling Yonghe Porcelain Factory

(279)

Liling Yucha Ceramics Co., Ltd.

(280)

Linyi Jinli Ceramics Co., Ltd.

(281)

Linyi Pengcheng Industry Co., Ltd.

(282)

Linyi Wanqiang Ceramics Co., Ltd.

(283)

Linyi Zhaogang Ceramics Co., Ltd.

(284)

Liveon Industrial Co., Ltd.

(285)

Long Da Bone China Co., Ltd.

(286)

Meizhou Gaoyu Ceramics Co., Ltd.

(287)

Meizhou Lianshunchang Trading Co., Ltd.

(288)

Meizhou Xinma Ceramics Co., Ltd.

(289)

Meizhou Yuanfeng Ceramic Industry Co., Ltd.

(290)

Meizhou Zhong Guang Industrial Co., Ltd.

(291)

Miracle Dynasty Fine Bone China (Shanghai) Co., Ltd.

(292)

Photo USA Electronic Graphic Inc.

(293)

Quanzhou Allen Light Industry Co., Ltd.

(294)

Quanzhou Chuangli Craft Co., Ltd.

(295)

Quanzhou Dehua Fangsheng Arts Co., Ltd.

(296)

Quanzhou Haofu Gifts Co., Ltd.

(297)

Quanzhou Hongsheng Group Corporation

(298)

Quanzhou Jianwen Craft Co., Ltd.

(299)

Quanzhou Kunda Gifts Co., Ltd.

(300)

Quanzhou Yongchun Shengyi Ceramics Co., Ltd.

(301)

Raoping Bright Future Porcelain Factory (RBF)

(302)

Raoping Sanrao Yicheng Porcelain Factory

(303)

Raoping Sanyi Industrial Co., Ltd.

(304)

Raylon Enterprise Co., Ltd.

(305)

Rong Lin Wah Industrial (Shenzhen) Co., Ltd.

(306)

Shandong Futai Ceramics Co., Ltd.

(307)

Shandong Gaode Hongye Ceramics Co., Ltd.

(308)

Shandong Kunlun Ceramic Co., Ltd.

(309)

Shandong Zhaoding Porcelain Co., Ltd.

(310)

Shantou Ceramics Industry Supply & Marketing Corp.

(311)

Shantou Jinyuan Huajing Economic Trading Co., Ltd.

(312)

Sheng Hua Ceramics Co., Ltd.

(313)

Shenzhen Baoshengfeng Imp. & Exp. Co., Ltd.

(314)

Shenzhen Bright Future Industry Co., Ltd. (SBF)

(315)

Shenzhen Donglin Industry Co., Ltd.

(316)

Shenzhen Ever Nice Industry Co., Ltd.

(317)

Shenzhen Evergrows Trading Co., Ltd.

(318)

Shenzhen Fuliyuan Porcelain Co., Ltd.

(319)

Shenzhen Fuxingjiayun Ceramics Co., Ltd.

(320)

Shenzhen Gottawa Industrial Ltd.

(321)

Shenzhen Hiker Housewares Ltd.

(322)

Shenzhen Senyi Porcelain Industry Co. Ltd.

(323)

Shenzhen Tao Hui Industrial Co., Ltd.

(324)

Shenzhen Topchoice Industries Limited

(325)

Shenzhen Trueland Industrial Co., Ltd.

(326)

Shenzhen Universal Industrial Co., Ltd.

(327)

Shenzhen Zhan Peng Xiang Industrial Co., Ltd.

(328)

Shijiazhuang Kuangqu Huakang Porcelain Co., Ltd.

(329)

Shun Sheng Da Group Co., Ltd. Quanzhou Fujian

(330)

Stechcol Ceramic Crafts Development (Shenzhen) Co., Ltd.

(331)

Tangshan Beifangcidu Ceramic Group Co., Ltd.

(332)

Tangshan Boyu Osseous Ceramic Co., Ltd.

(333)

Tangshan Daxin Ceramics Co., Ltd.

(334)

Tangshan Golden Ceramic Co., Ltd.

(335)

Tangshan Haigelei Fine Bone Porcelain Co., Ltd.

(336)

Tangshan Hengrui Porcelain Industry Co., Ltd.

(337)

Tangshan Huamei Porcelain Co., Ltd.

(338)

Tangshan Huaxincheng Ceramic Products Co., Ltd.

(339)

Tangshan Huyuan Bone China Co., Ltd.

(340)

Tangshan Imperial-Hero Ceramics Co., Ltd.

(341)

Tangshan Jinfangyuan Bone China Manufacturing Co., Ltd.

(342)

Tangshan Keyhandle Ceramic Co., Ltd.

(343)

Tangshan Longchang Ceramics Co., Ltd.

(344)

Tangshan Masterwell Ceramic Co., Ltd.

(345)

Tangshan Redrose Porcelain Products Co., Ltd.

(346)

Tangshan Shiyu Commerce Co., Ltd.

(347)

Tangshan Xueyan Industrial Co., Ltd.

(348)

Tangshan Yida Industrial Corp.

(349)

Tao Yuan Porcelain Factory

(350)

Teammann Co., Ltd.

(351)

The China & Hong Kong Resources Co., Ltd.

(352)

The Great Wall Group Holding Co., Ltd.

(353)

Tienshan (Handan) Tableware Co., Ltd. (Tienshan)

(354)

Topking Industry (China) Ltd.

(355)

Tschinawares Co., Ltd.

(356)

Weijian Ceramic Industrial Co., Ltd.

(357)

Weiye Ceramics Co., Ltd.

(358)

Winpat Industrial Co., Ltd.

(359)

Xiamen Acrobat Splendor Ceramics Co., Ltd.

(360)

Xiamen Johnchina Fine Polishing Tech Co., Ltd.

(361)

Xiangqiang Ceramic Manufacturing Co., Ltd.

(362)

Xin Fu Yuan Co. Ltd.

(363)

Xin Xing Xian XinJiang Pottery Co., Ltd.

(364)

Xinhua County Huayang Porcelain Co., Ltd.

(365)

Xuchang Jianxing Porcelain Products Co., Ltd.

(366)

Yangjiang Shi Ba Zi Kitchen Ware Manufacturing Co., Ltd.

(367)

Yanling Hongyi Import N Export Trade Co., Ltd.

(368)

Ying-Hai (Shenzhen) Industry Dev. Co., Ltd.

(369)

Yiyang Red Star Ceramics Ltd.

(370)

Yong Feng Yuan Industry Co., Ltd. (Yong Feng Yuan Industry)

(371)

Yongchun Dahui Crafts Co., Ltd.

(372)

Youzhou City Kongjia Porcelain Co., Ltd.

(373)

Yu Yuan Ceramics Co., Ltd.

(374)

Yuzhou Huixiang Ceramics Co., Ltd.

(375)

Yuzhou Ruilong Ceramics Co., Ltd.

(376)

Zhangjiakou Xuanhua Yici Ceramics Co., Ltd. (Xuanhua Yici)

(377)

Zhejiang Nansong Ceramics Co., Ltd.

(378)

Zhuhai Luckyman Electronic Co., Ltd.

(379)

Zibo Boshan Shantou Ceramic Factory

(380)

Zibo CAC Chinaware Co., Ltd.

(381)

Zibo Fortune Light Industrial Products Co., Ltd.

(382)

Zibo Fuxin Porcelain Co., Ltd.

(383)

Zibo GaoDe Ceramic Technology & Development Co., Ltd.

(384)

Zibo Hongda Ceramics Co., Ltd.

(385)

Zibo Jinxin Light Industrial Products Co., Ltd.

(386)

Zibo Kunyang Ceramic Corporation Limited


ANNESS II

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

(1)

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li (l-volum) ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea u li huma koperti minn din il-fattura ġew immanifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

(3)

Data u firma.


Top