EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0680

2007/680/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/410/KE, li tistipula l-ammonti li, skond l-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, huma mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-EAFRD u ta' l-EAGF, u d-Deċiżjoni 2006/636/KE li tistipula, għal kull Stat Membru, l-appoġġ annwali Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill- 1 ta' Jannar 2007 sal- 31 ta' Diċembru 2013 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5106)

ĠU L 280, 24.10.2007, p. 27–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/680/oj

24.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 280/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ottubru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/410/KE, li tistipula l-ammonti li, skond l-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, huma mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-EAFRD u ta' l-EAGF, u d-Deċiżjoni 2006/636/KE li tistipula, għal kull Stat Membru, l-appoġġ annwali Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5106)

(2007/680/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 69(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistipula r-regoli applikabbli għall-modulazzjoni fakultattiva tal-ħlasijiet diretti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jipprovvdi li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva u li dawn għandhom jiġu integrati fl-appoġġ annwali konċess lil kull Stat Membru, fir-rigward ta’ l-appoġġ Komunitarju u l-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 69(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(2)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jistipula li l-Kummissjoni tsitabbilixxi l-ammonti li skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, kif ukoll ta’ l-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3), għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' l-EAFRD, kif ukoll l-ammont nett disponibbli għall-ispejjeż tal-EAGF.

(3)

L-ammonti għad-dispożizzjoni ta' l-EAFRD u dawk għall-ispejjeż ta' l-EAGF għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ l-ammonti annwali massimi korrispondenti għas-snin finanzjarji 2007-2013.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE (4) tistipula l-ammonti riżultanti mill-applikazzjoni tat-tnaqqis tal-ħlasijiet diretti stabbiliti bl-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, biex jintużaw għall-ispejjez ta' l-EAGF, għas-snin finanzjarji 2007 sa 2013.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE (5) tistipula l-ammont ta’ l-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, l-analiżi annwali kif ukoll l-ammont minimu għar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-oġġettiv tal-“konverġenza”.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/636/KE (6) tistipula l-analiżi għal kull Stat Membru Komunitarju, ta’ l-appoġġ favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, inklużi l-ammonti li jikkonċernaw l-ammonti trasferiti lejn l-EAFRD.

(7)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/679/KE tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2007 li tistipula l-ammonti netti riżultanti mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva tar-Renju Unit għas-snin 2007-2012 (7), skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, jeħtieġ li l-ammonti mqegħda għad-dospożizzjoni tal-EAFRD jiġu emendati u li dawn l-ammonti jiżdiedu ma’ l-analiżi annwali relattiva għall-appoġġ Komuniatrju għall-iżvilupp rurali għar-Renju Unit.

(8)

Jeħtieġ għalhekk li d-Deċiżjonijiet 2006/410/KE u 2006/636/KE jiġu emendati skond dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/410/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu uniku għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu

L-ammonti mqiegħda għad-dispopżizzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) għas-snin baġitarji 2007-2013, skond l-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, kif ukoll l-ammont nett għall-ispejjeż tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ garanzija (EAGF) jidhru fl-Anness għal din d-Deċiżjoni”;

(2)

l-Anness għal din id-Deċiżjoni għandu jinbidel bit-test ta’ l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Fit-tabella li tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/636/KE, l-ammonti li jikkonċernaw ir-Renju Unit u l-ammonti kollha riżultanti mit-total ta’ l-ammonti li jikkonċernaw lill-Istati Membri, huma kollha sostitwiti bl-ammonti li jidhru fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-sena baġitarja 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10).

(4)  ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.

(5)  ĠU L 195, 15.7.2006, p. 22.

(6)  ĠU L 261, 22.9.2006, p. 32. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/383/KE (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 21).

(7)  Vide paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

“ANNESS

(f’EUR miljuni)

Sena finanzjarja

Ammonti disponibbli għall-EAFRD

Ammont nett disponibbli għall-ispejjeż tal-EAGF

L-Artikolu 10(2), tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

L-Artikolu 143(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

L-Artikolu 143(e) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007

2007

984

22

 

 

44 753

2008

1 241

22

 

362,0

44 592

2009

1 252

22

 

424,0

44 981

2010

1 257

22

 

464,4

45 402,6

2011

1 231

22

484

475,5

45 404,5

2012

1 231

22

484

481,6

45 874,4

2013

1 228

22

484

481,6

46 358,4 ”


ANNESS II

(prezz kurrenti f’EUR)

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total 2007-2013

Ammont minimu għar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-għan ta’ konverġenza

Ir-Renju Unit

263 996 373

645 001 582

698 582 271

741 000 084

748 834 332

752 295 626

748 964 152

4 598 674 420

188 337 515

Total

12 343 028 110

12 904 462 561

12 915 336 508

12 926 752 114

13 346 691 325

13 301 303 256

13 245 900 813

90 983 474 687

31 232 644 963 ”


Top