EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0217

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 217/2002 tal-5 ta’ Frar 2002 li jiffissa l-kriterji ta’ eliġibilità għal materja prima skond l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni fir-Regolament (KE) Nru 2201/96

ĠU L 35, 6.2.2002, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/217/oj

32002R0217



Official Journal L 035 , 06/02/2002 P. 0011 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 217/2002

tal-5 ta’ Frar 2002

li jiffissa l-kriterji ta’ eliġibilità għal materja prima skond l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni fir-Regolament (KE) Nru 2201/96

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tal-frott u ħaxix ipproċessat [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1239/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Numru 2201/96 jaħseb għal skema biex tagħti għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jfornu t-tadam, il-ħawħ u l-lanġas ta’ tipi Williams u Rocha għall-ipproċessar.

(2) Il-kondizzjonijiet ta’ eliġibilità għal konsenji ta’ materja prima mwassla għall-ipproċessar għandhom ikunu stabbiliti biex tiġi assigurata l-applikazzjoni ġusta ta’ l-iskema ta’ għajnuna msemmija aktar ’l fuq, mingħajr ma tgħawweġ il-kompetizzjoni u ma tippreġudika r-regoli li bihom il-partijiet li jkunu qegħdin jikkuntrattaw jistgħu jiftiehmu biex ibiddlu l-prezz tal-materja prima bbażat fuq il-kriterji ta’ kwalità minbarra d-difetti koperti minn dan ir-Regolament.

(3) Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati ta’ l-applikazzjoni minbarra dawk fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 449/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2201/96 dwar l-iskema ta’ għajnuna għal prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Numru 1343/2001 [4].

(4) Il-parametri sa fejn l-Istati Membri jew il-partijiet li jkunu jikkuntrattaw jistgħu jiftiehmu klawsoli biex jiġu miżjuda ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu ndikati.

(5) Il-miżuri maħsuba f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji li jintlaħqu mill-konsenji ta’ tadam, ħawħ jew lanġas mwassal għal ipproċessar sabiex jibbenefikaw mill-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni stabbilita mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Numru 2201/96.

L-Artikolu 2

1. Malli tintlaqgħa kull konsenja, l-proċessuri għandhom jeżaminaw il-kwalità tal-materja prima fuq il-bażi tal-kampjuni. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-proċedura mħaddma fit-teħid tal-kampjuni u eżami tal-kampjuni tiggarantixxi l-oġġettività u tagħżel il-kampjuni li jirrappreżentaw lil kull konsenja. L-organizzazzjoni produttriċi jew ir-rapprażentant tagħha jista’ jkun preżenti waqt din il-proċedura, li tista’ titmexxa ukoll minn terza parti maħtura miż-żewġ partijiet.

2. L-eżami msemmi fil-paragrafu 1 għandu jistabbilixxi l-perċentwali bil-piż ta’ materja prima difettuża għal kull tip ta’ difett definit fl-Artikolu 3 u t-total ta’ dawn il-perċentwali, miżjud jew mnaqqas għall-eqreb numru sħiħ. Jekk it-total jaqbeż il-limitu ta’10 %, il-konsenja ma tikkwalifikax għall-għajnuna.

3. Ir-rata ta’ tnaqqis msemmija fl-Artikolu 11(1)(e) u l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (KE) Numru 449/2001 għandu, għal kull konsenja eliġibbli, jkun it-total msemmi fil-paragrafu 2.

4. Il-prezz li għandu jitħallas mill-proċessur, kif imsemmi fl-Artikolu 3(4)(e) tar-Regolament (KE) Numru 449/2001, minn naħa waħda, u l-ammont ta’ kull unità ta’ l-għajnuna għall-produzzjoni, minn naħa l-oħra, għandu japplika għall-piż nett ikkonsenjat wara li r-rata tat-tnaqqis tkun ġiet applikata.

L-Artikolu 3

Id-difetti għandhom ikunu definiti kif ġej:

(a) għat-tadam, ħawħ u lanġas:

- materjal barrani huwa kkunsidrat li jkun kwalunkwe oġġett li mhuwiex il-frotta stess.Materjal barrani jinkludi fuq kollox il-frak (weraq, zkuk, ħaxix, eċċ.), materja minerali (it-trab, il-ħamrija, ġebel, eċċ.) u tifrik ta’ sura mħallta,

- frott marid, imħassar jew mdewwed: il-frott attakkat mill-mard, insetti jew materjal lijmermer fuq wesgħa ta’ dijametru ta’ aktar minn 30 mm, li jasal sa ġewwa l-frott;

(b) fil-każ tad-tadam biss:

- it-tadam aħdar: il-frott b’saħħtu li għadu ma mmaturax u għadu kompletament aħdar minnbarra. Il-kulur fil-frott ma jkunx ikkunsidrat;

(ċ) fil-każ tal-ħawħ u l-lanġas biss:

- difetti fid-daqs: id-daqs minimu huwa 55 mm,

- kemm ikun misjur: jekk ikun misjur mhux biżżejjed jew misjur wisq il-frott huwa difettuż.Il-grad ta’ kemm ikun misjur huwa mkejjel u kkomparat ma’ skala ta’ valuri ta’ limiti ffissatimill-partijiet li jikkuntrattaw,

- ħsara mis-silġ li jippenetra l-qoxra, għal aktar minn 20 % tal-wiċċ tal-frotta;

(d) fil-każ tal-lanġas biss:

- qsim tax-xquq li jidhru: qasma li ż-żewġ nofsijiet tagħha infirdu tidher bejn in-nofsijiet tal-ħawħa minn-naħa taz-zokk.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri jew il-firmatarji tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Numru 2201/96 jistgħu jiftehmu:

- li jnaqqsu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 2(2) għal liema jridu mill-prodotti kkonċernati, jiffissaw limiti speċifiċi għal kull wieħed mid-difetti msemmija fl-Artikolu 3 jew ikabbru d-daqs minimu msemmi fl-Artikolu 3(c),

- li jiddefinixxu difetti oħrajn minbarra dawk msemmija fl-Artikolu 3, li dwarhom il-perċentwali ta’ frott difettuż għandu jkun inkluż fit-total msemmi fl-Artikolu 2(2).

2. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-partijiet li jikkuntrattaw illi jżidu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 2(2) b’massimu ta’ 15 % għal kull wieħed mill-prodotti kkonċernati.

3. Il-provvedimenti adottati skond dan l-Artikolu għandhom ikunu speċifikati fil-kuntratti.

L-Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu japplika mis-sena tal-marketing 2002/03.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, fil-5 ta’ Frar 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-KummissjonI

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

[2] ĠU L 171, tas-26.6.2001, p. 1.

[3] ĠU L 64, tas-6.3.2001, p. 16.

[4] ĠU L 181, ta’ l-4.7.2001, p.16.

--------------------------------------------------

Top