EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0015

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE tas-27 ta' Frar 1998 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE dwar ċerti ħtiġiet stabbiliti fl-Anness I ta' l-istess direttivaTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 67, 7.3.1998, p. 29–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/15/oj

31998L0015



Official Journal L 067 , 07/03/1998 P. 0029 - 0030


Id-direttiva tal-kummissjoni 98/15/KE

tas-27 ta' Frar 1998

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE dwar ċerti ħtiġiet stabbiliti fl-Anness I ta' l-istess direttiva

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma ta' l-iskart urban [1] u, partikolarment, il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 5, ta' l-istess direttiva,

Billi r-rekwiżiti għal tnixxijiet minn impjanti tat-trattament ta' l-ilma ta' l-iskart urban għal wesgħat sensittivi li huma suġġetti għal ewtrofikazzjoni kif elenkat fit-Tabella 2 ta' l-Anness I tad-Direttiva 91/271/KEE ta lok għal problemi ta' interpretazzjoni li huwa importanti li jiġu ċċarati; billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi emendata it-Tabella 2 ta' l-Anness I tad-Direttiva;

Billi l-miżuri li hemm previst għalihom f'din id-Direttiva iħarsu l-opinjoni tal-Kumitat li hemm previst għalih fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 91/271/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 91/271/KEE huwa emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tiġi mħarsa din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 1998. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija, dawn għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva. Inkella għandha ssir referenza għal din id-Direttiva dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, is-27 ta'Frar 1998.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 135, tat-30.5.1991, p. 40.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

It-Tabella 2 ta' l-Anness I tad-Direttiva 91/271/KEE qed jinbidel b' dan li ġej:

"Tabella 2:

Rekwiżiti ghal tnixxijiet minn impjanti ta' l-ilma ta' l-iskart urban għal wesgħat sensittivi li huma suġġetti għal ewtrofikazzjoni kif identifikat fl-Anness II.A(a). Parametru wieħed jew it-tnejn li huma jistgħu jiġu applikati, skond is-sitwazzjoni lokali. Il-valuri għall-konċentrazzjoni jew għall-perċentwal tat-tnaqqis għandhom jgħoddu.

Parametri | Konċentrazzjoni | Perċentaġġ Minimu tat- Tnaqqis | Metodu ta' Referenza tal-Kejl |

Fosforu Totali | 2 mg/l (10000-100000 p.e.) | 80 | Molecular absorbtion spectrophotometry |

1mg/l (iktar minn 100000 p.e.) |

Nitroġenu Totali | 15-il mg/l (10000-100000) | 70-80 | Molecular absorbtion spectrophotometry |

10-il mg/l (iktar minn 100000 p.e.) |

--------------------------------------------------

Top