EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990R3916

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3916/90 tal-21 ta' Diċembru 1990 dwar miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' kriżi fis-suq tat-trasport ta' merkanzija bit-triq

ĠU L 375, 31.12.1990, p. 10–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/3916/oj

31990R3916



Official Journal L 375 , 31/12/1990 P. 0010 - 0011
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0227
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0227


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3916/90

tal-21 ta' Diċembru 1990

dwar miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' kriżi fis-suq tat-trasport ta' merkanzija bit-triq

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi skond l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3164/76 [4], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1841/88 [5], il-Kunsill hu meħtieġ li jiddeċiedi dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' kriżi fis-settur tat-trasport ta' merkanzija bit-triq;

Billi hu għalhekk meħtieġ li jiġi introdott kull mekkaniżmu fil-Komunità ta' salvagward biex jitratta għal kull disturb kbir fis-suq tat-trasport ta' merkanzija bit-triq u biex toffri rimedju għalihom;

Billi għandha għalhekk issir dispożizzjoni biex tittieħed azzjoni biex tiġi riżolta kull kriżi, biex tiġi speċifikata n-natura ta' dik l-azzjoni, biex tiġi stabbilita proċedura xierqa dwar kif jittieħdu deċiżjonijiet u biex jiġi assigurat li jkunu disponibbli l-fatti magħrufa (data) meħtieġa biex tiġi applikata l-klawsola ta' salvagward,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu japplika għas-suq tat-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq fuq territorju tal-Komunità, bejn Stati Membri, għal kiri jew għotja.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, kull kriżi tfisser l-eżistenza ta' problemi speċifiċi għas-suq imfisser fl-Artikolu 1, tali li jkun hemm kull eċċess serju u potenzjali ta' ħażna fuq id-domanda li timplika kull theddida serja għall-istabbilita finanzjarja u t-tkomplija ta' eżistenza ta' kull numru sinifikanti ta' impriżi tat-trasport tat-triq kemm-il darba it-tbassir f'terminu qasir jew medju għas-suq inkwistjoni ma jindikax l-ebda titjib sostanzjali u fit-tul.

L-Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tiġbor il-fatti magħrufa (data) meħtieġa biex tissorvelja s-suq u biex tinduna bi kriżi li jista' jkun hemm.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni fil-komunikazzjoni u l-ipproċessar ta' fatti magħrufa (data) li jkunu disponibbli jew li jkunu jistgħu jinġabru malajr.

L-Artikolu 4

1. Meta Stat Membru jemmen li teżisti kriżi, dan jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tinvestiga.

2. Sabiex ikun possibbli li sitwazzjoni tiġi evalwata mill-Kummissjoni, l-Istat Membru interessat għandu jipprovdi informazzjoni sostantiva kwantifikata.

3. Wara li ssir dik it-talba minn Stat Membru l-Kummissjoni għandha minnufih tikkonsulta lill-Kumitat li għalih hemm referenza fl-Artikolu 5.

4. Jekk, wara konsultazzjoni mal-Kumitat, il-Kummissjoni tikkonkludi li teżisti kriżi, din tista', permezz ta' deċiżjoni, tieħu miżuri biex ma tħallix li jkun hemm aktar żieda fil-ħażna ta' kapaċità fis-suq affettwat permezz ta' limitazzjonijiet dwar iż-żieda fl-attivita ta' trasportaturi eżistenti u restrizzjonijiet ta' aċċess għas-suq għal trasportaturi ġodda.

Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien 30 jum minn meta tkun irċevuta t-talba minn Stat Membru. Il-miżuri introdotti b'mod konformi ma' dan l-Artikolu jistgħu jibqgħu fis-seħħ għal kull perjodu sa iżda li ma jeċċedix sitt xhur, li jiġġedded darba bl-istess perjodu ta' validità.

5. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tavża lill-Istati Membri u lill-Kunsill b'kull deċiżjoni li tittieħed bis-saħħa tal-paragrafu 4 jew, meta jkun xieraq, bid-deċiżjoni tagħha biex ma tieħux miżuri.

6. Kull Stat Membru jew Stati jistgħu jissottomettu lill-Kunsill deċiżjoni tal-Kummissjoni kif saret referenza għaliha fil-paragrafu 5 fi żmien 30 jum mill-avviż tagħha. Il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' kull maġġoranza kwalifikata, jista', fil-perjodu ta' validità stabbilit fit-tielet sub-paragrafu tal-paragrafu 4, jieħu deċiżjoni differenti fi żmien 30 jum wara riferta mill-Istat Membru jew Stati nteressati.

7. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li:

- il-miżuri li għalihom saret referenza fil-paragrafu 4 jeħtieġu li jiġu mtawwla, u/jew

- miżuri separati addizzjonali jeħtieġu li jittieħdu,

din għandha tissottometti kull proposta lill-Kunsill, li għandu jieħu kull deċiżjoni permezz ta' maġġoranza kwalifikata.

L-Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat Konsultattiv li jkun magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u preċedut minn kull rappreżentant tal-Kummissjoni.

Ix-xogħol tal-Kumitat ikun:

- li jsegwi s-sitwazzjoni dwar is-suq ta' trasport li għalih saret referenza fl-Artikolu 1 u jagħti parir dwar is-suġġett lill-Kummissjoni,

- li jagħti parir lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, dwar il-ġbir ta' fatti magħrufa (data) li għalih hemm referenza fl-Artikolu 3,

- li jagħti parir lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, dwar kull talba minn kull Stat Membru skond l-Artikolu 4(1),

- li jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-miżuri proposti biex jirriżolvu kull kriżi, b'mod partikolari dwar l-applikazzjoni prattika ta' dawk il-miżuri.

Minbarra dan, il-Kumitat jista', fil-qafas ta' dan ir-Regolament, jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kull materja oħra li tirreferi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

L-Artikolu 6

Meta l-proċedura mfissra f'dan l-Artikolu tkun użata, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat abbozz ta' l-interim li għandu jsir biex tiġi riżolta kriżi. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'perjodu ta' żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ, jekk ikun hemm il-ħtieġa billi jittieħed vot.

L-opinjoni għandha tiġi rreġistrata fil-minuti; minbarra dan, kull Stat Membru ikollu l-jedd li jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tkun irreġistrata fil-minuti.

Il-Kummissjoni għandha tieħu konsiderazzjoni xierqa ta' l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Din għandha tinforma lill-Kumitat bil-manjiera li biha l-opinjoni tagħha tkun ittieħdet inkonsiderazzjoni.

L-Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1995 rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat minn proposta meħtieġa.

L-Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1991.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

A. RUBERTI

[1] ĠU C 87, tal-5.4.1990, p. 4 u ĠU C 294, ta' l-24.11.1990, p. 11.

[2] L-Opinjoni mogħtija fis-26 ta' Ottubru 1990 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] L-Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Settembru 1990 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 357, tad-29.12.1976, p. 1.

[5] ĠU L 163, tat-30.6.1988, p. 1.

--------------------------------------------------

Top