EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Sistema Ewropea ta’ sorveljanza tal-fruntieri (Eurosur)

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta' for an updated information about the subject.

Sistema Ewropea ta’ sorveljanza tal-fruntieri (Eurosur)

Sabiex ittejjeb l-amminstrazzjoni tal-fruntieri integrati u sabiex tipprevjeni l-kriminalità trans-fruntiera u l-immigrazzjoni illegali, l-Unjoni Ewropea (UE) ħolqot is-sistema Ewropea ta’ sorveljanza tal-fruntieri (Eurosur)

ATT

Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur).

SOMMARJU

F’Ottubru 2013, l-UE adottat regolament li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur).

Sistema b’għanijiet diversi

Eurosur hija sistema b’ħafna użi li tipprevjeni l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera mal-fruntieri esterni. Se tikkontribwixxi wkoll sabiex tiżgura l-protezzjoni u sabiex jiġu salvati l-ħajjiet ta’ immigranti li qed jippruvaw jilħqu l-kosta Ewropea.

Tipprovdi mekkaniżmu li jippermetti lill-aġenziji ta’ sorveljanza tal-fruntieri illi jagħmlu skambju malajr ta’ informazzjoni u li jaħdmu flimkien. Permezz ta’ ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE responsabbli għas-sorveljanza tal-fruntieri (eżempju gwardjani tal-fruntieri, pulizija, gwardjani tal-kosta, il-forza navali eċċ) għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom, ma’ dawk ta’ pajjiżi oħrajn tal-UE u mal-aġenzija tal-UE għall-fruntieri, Frontex.

Rispons aktar mgħaġġel, grazzi għal informazzjoni aħjar

Eurosur issegwi approċċ immexxi mill-intelliġenza, li jippermetti lil aġenziji tal-UE u dawk nazzjonali sabiex jifhmu aħjar x’ikun qiegħed jiġri mal-fruntieri esterni u li jirrispondu aktar malajr għal rotot u metodi ġodda użati min-netwerks kriminali.

Kapaċitajiet ta’ reazzjoni ta’ malajr

Eurosur tippermetti lill-pajjiżi tal-UE sabiex jirreaġixxu aktar malajr mhux biss għal inċidenti waħdanin, iżda wkoll għal sitwazzjonijiet kritici li jseħħu mal-fruntieri esterni tal-UE. Għal dan il-għan, il-fruntieri tal-art u tal-baħar esterni nqasmu f’“sezzjonijiet ta’ fruntiera” u ngħataw “livell ta’ impatt” separat baxx, medju jew għoli. Dan jippermetti li jiġu identifikati hotspots mal-fruntieri esterni, b’reazzjoni standardizzata fuq livell nazzjonali u tal-UE, jekk meħtieġ.

Drittijiet fundamentali

Il-pajjiżi tal-UE li ffirmaw il-Ftehim Schengen u Frontex għandhom jirrispettaw b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipju non-refoulement (li ma jippermettix li vittma vera ta’ persekuzzjoni tintbagħat lura għand il-persekutur tagħha) u l-protezzjoni tad-dejta personali.

Dħul fis-seħħ

Sa minn Diċembru 2013, Eurosur kienet operazzjonali fid-19-il pajjiż tal-UE li ffirmaw il-Ftehim ta’ Schengen li għandhom frunteri esterni fin-Nofsinhar u fil-Lvant. Il-11-il pajjiż Schengen li jibqa’ ssieħbu f’Eurosur fl-1 ta’ Diċembru 2014.

Id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit (1) ma ħadux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. Madankollu, sar qbil li r-Renju Unit (1) u l-Irlanda jkunu jistgħu jikooperaw mal-Eurosur permezz ta’ netwerks reġjonali. Minn dak iż-żmien, id-Danimarka ddeċidiet li tipparteċipa fl-Eurosur.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 1052/2013

26.11.2013.

-

ĠU L 295 tas-6.11.2013.

l-aħħar aġġornament 22.04.2014



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

Top