EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1753

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1753 tal-14 ta' Settembru 2017 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 246, 26.9.2017, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1753/oj

26.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1753

tal-14 ta' Settembru 2017

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fil-21 ta' April 2016 u s-17 ta' Ottubru 2016, bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2016/643 (4) u (UE) 2016/1860 (5) rispettivament, is-Sur Mauro D'ATTIS reġa' nħatar bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan is-Sur Mauro D'ATTIS (Consigliere del Comune di Brindisi (BR)) ġie propost.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan is-Sinjura Benedetta BRIGHENTI (Vice Sindaco del Comune di Castelnuovo Rangone (MO)) ġiet proposta,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

Sig. Mauro D'ATTIS, Assessore del Comune di Roccafiorita (ME) (bidla tal-mandat),

u

(b)

bħala membru supplenti:

Sig.ra Benedetta BRIGHENTI, Consigliere comunale del Comune di Castelnuovo Rangone (MO) (bidla tal-mandat),

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANVELT


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/643 tal-21 ta' April 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 108, 23.4.2016, p. 35).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1860 tas-17 ta' Ottubru 2016 li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 284, 20.10.2016, p. 31).


Top