EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1088

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2010 tat- 23 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward ta’ servizzi ta’ tniżżil u servizzi ta’ trasformazzjoni

ĠU L 323, 8.12.2010, p. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1088/oj

8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1088/2010

tat-23 ta’ Novembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward ta’ servizzi ta’ tniżżil u servizzi ta’ trasformazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk (2), jistipula speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u kriterji minimi ta’ prestazzjoni għal żewġ tipi ta’ servizzi tan-netwerk - servizzi ta’ viżjoni u ta’ sejbien.

(2)

Servizzi tan-netwerk jinkludu wkoll servizzi ta’ tniżżil u servizzi ta’ trasformazzjoni. Servizzi ta’ tniżżil huma servizzi li lill-utenti jagħtuhom aċċess għall-informazzjoni li tinsab fis-settijiet ta’ dejta ġeografika marbuta mat-temi ta’ dejta ġeografika ddefiniti fid-Direttiva 2007/2/KE. Settijiet ta’ dejta ġeografika li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni permezz tas-servizzi ta’ tniżżil għandhom ikunu f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (3). Servizzi ta’ trasformazzjoni huma servizzi li jistgħu jintużaw biex is-settijiet ta’ dejta ġeografika jinġiebu f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

(3)

Sabiex tkun żgurata l-interoperabbiltà tal-infrastrutturi għall-informazzjoni ġeografika stabbiliti mill-Istati Membri, huwa xieraq li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u kriterji minimi ta’ prestazzjoni għas-servizzi ta’ tniżżil u s-servizzi ta’ trasformazzjoni.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 976/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 976/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 għandu jiżdied il-punt (12) li ġej:

“12.

Tniżżil b’Aċċess Dirett tfisser Servizz ta’ Tniżżil li jagħti aċċess għall-Oġġetti Ġeografiċi fis-Settijiet tad-Dejta Ġeografika abbażi ta’ talba”

(2)

Fl-Artikolu 3, għandhom jiżdiedu l-punti (c) u (d) li ġejjin:

“(c)

Fir-rigward tas-Servizzi ta’ Tniżżil, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi applikabbli stipulati fl-Annessi I u IV;

(d)

Fir-rigward tas-Servizzi ta’ Trasformazzjoni, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi applikabbli stipulati fl-Annessi I u IV.”

(3)

Fl-Artikolu 4, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 3 sa 6 li ġejjin:

“3.   Mhux aktar tard mi 28 ta’ Ġunju 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Tniżżil b’kapaċità operattiva inizjali.

4.   Mhux aktar tard mi 28 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Tniżżil f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

5.   Mhux aktar tard mi 28 ta’ Ġunju 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Trasformazzjoni b’kapaċità operattiva inizjali.

6.   Mhux aktar tard mi 28 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Trasformazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament.”

(4)

L-Anness I għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(5)

Għandu jiżdied l-Anness IV, stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

(6)

Għandu jiżdied l-Anness V, stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9.

(3)  Ara l-paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

“ANNESS I

KWALITÀ TAS-SERVIZZ

Servizzi ta’ netwerk minn partijiet terzi konnessi skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE ma għandhomx jitqiesu fl-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizz sabiex jiġi evitat kwalunkwe deterjorament li jista’ jirriżulta minn effetti kumulattivi.

Għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin tal-Kwalità tas-Servizz marbuta mal-prestazzjoni, il-kapaċità u d-disponibbiltà.

1.   PRESTAZZJONI

Is-sitwazzjoni normali tirrappreżenta perjodi meta d-domanda ma tkunx fl-ogħla punt tagħha. Hija stabbilita għal 90 % tal-ħin.

Il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali għal talba ta’ servizz ta’ sejbien ma għandux ikun aktar minn tliet (3) sekondi f’sitwazzjoni normali.

Għal immaġni ta’ 470 Kilobyte (eż. 800×600 pixels b’fond ta’ kulur ta’ 8 bits), il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali għal Talba ‘Get Map’ lil servizz ta’ viżjoni ma għandux ikun aktar minn ħames (5) sekondi f’sitwazzjoni normali.

Għal operazzjoni ‘Get Download Service Metadata’, il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali ma għandux ikun aktar minn 10 sekondi f’sitwazzjoni normali.

Għall-operazzjoni ‘Get Spatial Data Set’ u għall-operazzjoni ‘Get Spatial Object’, u għal talba li tkun tikkonsisti biss minn kwadru ta’ delimitazzjoni, il-ħin ta’ reazzjoni għal bgħit tar-reazzjoni inizjali ma għandux ikun aktar minn 30 sekonda f’sitwazzjoni normali u s-servizz ta’ tniżżil, dejjem f’sitwazzjoni normali, għandu jżomm reazzjoni sostnuta li tkun ta’ aktar minn 0,5 Megabytes fis-sekonda jew 500 Oġġett Ġeografiku fis-sekonda.

Għall-operazzjoni ‘Describe Spatial Data Set’ u għall-operazzjoni ‘Describe Spatial Object Type’, il-ħin ta’ reazzjoni għall-bgħit tar-reazzjoni inizjali ma għandux ikun aktar minn 10 sekondi f’sitwazzjoni normali u s-servizz ta’ tniżżil, dejjem f’sitwazzjoni normali, għandu jżomm reazzjoni sostnuta li tkun ta’ aktar minn 0,5 Megabytes fis-sekonda jew aktar minn 500 deskrizzjoni ta’ Oġġett Ġeografiku fis-sekonda.

2.   KAPAĊITÀ

L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ sejbien li għandu jkun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 30 kull sekonda.

L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ viżjoni li għandu jkun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 20 kull sekonda.

L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ tniżżil li għandu ikun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 10 kull sekonda. L-għadd ta’ talbiet ipproċessati b’mod parallell jista’ jkun limitat għal 50.

L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ trasformazzjoni li għandu jkun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 5 talbiet kull sekonda.

3.   DISPONIBBILTÀ

Il-probabbiltà li servizz ta’ netwerk jkun disponibbli għandha tkun ta’ 99 % tal-ħin.”


ANNESS II

“ANNESS IV

SERVIZZI TA’ TNIŻŻIL

PARTI A

Operazzjonijiet ta’ Tniżżil

1.   LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET

Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1)(c) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Tniżżil għandu tal-anqas jipprovdi l-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness.

Tabella 1

Operazzjoni

Rwol

Get Download Service Metadata

Tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz, is-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika disponibbli, u tiddeskrivi l-kapaċitajiet tas-servizz.

Get Spatial Data Set

L-operazzjoni Get Spatial Data Set tippermetti l-ġbir ta’ Sett ta’ Dejta Ġeografika.

Describe Spatial Data Set

Din l-operazzjoni tagħti d-deskrizzjoni tat-tipi kollha ta’ Oġġetti Ġeografiċi li jinsabu fis-Sett tad-Dejta Ġeografika.

Link Download Service

Tippermetti d-dikjarazzjoni, minn Awtorità Pubblika jew Parti Terza, tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Tniżżil għat-tniżżil ta’ Settijiet ta’ Dejta Ġeografika jew, fejn prattikabbli, Oġġetti Ġeografiċi, permezz tas-Servizz ta’ Tniżżil tal-Istat Membru filwaqt li tinżamm il-kapaċità ta’ tniżżil fil-lok tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza.

Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw id-deskrizzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-Servizz ta’ Tniżżil.

2.   OPERAZZJONI ‘GET DOWNLOAD SERVICE METADATA’

2.1.   Talba għal ‘Get Download Service Metadata’

2.1.1.   Parametru tat-talba għal ‘Get Download Service Metadata’

Il-parametru tat-talba għal ‘Get Download Service Metadata’ għandu jindika l-lingwa naturali li se tintuża għall-kontenut tar-reazzjoni ‘Get Download Service Metadata’.

2.2.   Reazzjoni għal ‘Get Download Service Metadata’

Ir-reazzjoni għal ‘Get Download Service Metadata’ għandu jkun fiha s-settijiet ta’ parametri li ġejjin:

Metadejta tas-Servizz ta’ Tniżżil;

Metadejta tal-Operazzjonijiet;

Lingwi;

Metadejta tas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika.

2.2.1.   Parametru tal-Metadejta tas-Servizz ta’ Tniżżil

Il-parametri tal-Metadejta tas-Servizz ta’ Tniżżil għandhom tal-anqas ikollhom l-elementi ta’ metadejta tal-INSPIRE tas-Servizz ta’ Tniżżil.

2.2.2.   Parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet

Il-parametru tal-metadejta tal-Operazzjonijiet jipprovdi l-metadejta dwar l-operazzjonijiet implimentati mis-Servizz ta’ Tniżżil. Għandu tal-inqas jipprovdi deskrizzjoni ta’ kull operazzjoni u bħala minimu jinkludi deskrizzjoni tad-dejta skambjata u tal-indirizz tan-netwerk.

2.2.3.   Parametru tal-lingwi

Għandhom jingħataw żewġ parametri tal-lingwa:

Il-parametru tal-Lingwa tar-reazzjoni li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri tar-reazzjoni għal ‘Get Download Service Metadata’;

Il-parametru tal-lingwi Kompatibbli li jkun fih il-lista tal-lingwi naturali kompatibbli mas-Servizz ta’ Tniżżil.

2.2.4.   Parametri tal-Metadejta tas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika

Għandhom jiġu pprovduti l-elementi tal-metadejta tal-INSPIRE tas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika disponibbli. Barra dan, għal kull Sett ta’ Dejta Ġeografika, għandha tingħata wkoll il-lista ta’ dawk is-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li huma disponibbli.

3.   OPERAZZJONI ‘GET SPATIAL DATA SET’

3.1.   Talba ‘Get Spatial Data Set’

It-talba ‘Get Spatial Data Set’ fiha l-parametri li ġejjin:

Lingwa;

Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika;

Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati.

3.1.1.   Parametru tal-lingwa

Il-parametru tal-lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għas-Sett ta’ Dejta Ġeografika.

3.1.2.   Parametru tal-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika

L-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika għandu jkun fih l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika.

3.1.3.   Parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati

Il-parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati għandu jkun fih waħda mis-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati elenkati fil-lista tas-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati msemmija fil-punt 2.2.4.

3.2.   Reazzjoni għal ‘Get Spatial Data Set’

3.2.1.   Parametru tar-reazzjoni għal ‘Get Spatial Data Set’

Il-parametru tar-reazzjoni għal ‘Get Spatial Data Set’ għandu jkun is-Sett ta’ Dejta Ġeografika mitlub fil-lingwa mitluba u fis-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati mitluba.

4.   OPERAZZJONI ‘DESCRIBE SPATIAL DATA SET’

4.1.   Talba għal ‘Describe Spatial Data Set’

It-talba għal ‘Describe Spatial Data Set’ għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:

Lingwa;

Identifikatur tas-Sett tad-Dejta Ġeografika.

4.1.1.   Parametru tal-lingwa

Il-parametru tal-Lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ Oġġetti Ġeografiċi.

4.1.2.   Parametru tal-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika

L-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika għandu jkun fih l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika.

4.2.   Reazzjoni għal ‘Describe Spatial Data Set’

4.2.1.   Parametru tar-reazzjoni ‘Describe Spatial Data Set’

Il-parametru tar-reazzjoni ‘Describe Spatial Data Set’ għandu jkun id-deskrizzjoni tal-Oġġetti Ġeografiċi fis-Sett ta’ Dejta Ġeografika mitlub u fil-lingwa mitluba.

5.   OPERAZZJONI ‘LINK DOWNLOAD SERVICE’

L-operazzjoni ‘Link Download Service’ tippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Tniżżil skont dan ir-Regolament, għat-tniżżil ta’ riżorsi permezz tas-Servizz ta’ Tniżżil tal-Istat Membru filwaqt li jinżammu r-riżorsi fil-lok tas-sid.

5.1.   Talba għal ‘Link Download Service’

5.1.1.   Parametru tat-talba għal ‘Link Download Service’

Il-parametru tat-talba għal ‘Link Download Service’ għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar is-Servizz ta’ Tniżżil tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza skont dan ir-Regolament u jippermetti li s-Servizz ta’ Tniżżil tal-Istat Membru jipprovdi aċċess għas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika u, fejn possibbli, għall-Oġġetti Ġeografiċi mis-Servizz ta’ Tniżżil tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza.

PARTI B

Operazzjonijiet ta’ Tniżżil b’Aċċess Dirett

6.   LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET

Meta s-Servizz ta’ Tniżżil jagħti aċċess dirett għal settijiet ta’ dejta ġeografika, għandu jipprovdi, flimkien mal-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1, l-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness.

Tabella 2

Operazzjoni

Rwol

Get Spatial Object

Din l-operazzjoni tippermetti l-ġbir ta’ Oġġetti Ġeografiċi abbażi ta’ talba.

Describe Spatial Object Type

Din l-operazzjoni tagħti d-deskrizzjoni tat-tipi ta’ Oġġetti Ġeografiċi speċifikati.

Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw id-deskrizzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-Servizz ta’ Tniżżil.

7.   OPERAZZJONI ‘GET SPATIAL OBJECT’

7.1.   Talba għal ‘Get Spatial Object’

It-talba għal ‘Get Spatial Object’ għandha tkun kompatibbli mal-parametri li ġejjin:

Lingwa;

Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika;

Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati;

Talba.

7.1.1.   Parametru tal-lingwa

Il-parametru tal-Lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għall-Oġġetti Ġeografiċi.

7.1.2.   Parametru tal-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika

L-Identifikatur tas-Sett tad-Dejta Ġeografika għandu jkun fih l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika mitlub. Meta l-parametru ma jkunx ipprovdut, għandu jitqies li ntgħażlu s-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika kollha disponibbli.

7.1.3.   Parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati

Il-parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati għandu jkun fih waħda mis-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati elenkati fil-lista tas-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati stipulata fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010.

7.1.4.   Parametru tat-talba

Il-parametru tat-talba għandu jkun magħmul mill-kriterji tat-tfittxija elenkati fil-parti C.

7.2.   Reazzjoni għal ‘Get Spatial Object’

Ir-reazzjoni għal ‘Get Spatial Object’ għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:

Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi;

Metadjeta tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi.

7.2.1.   Parametru tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi

Il-paramentru tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi għandu jkun is-sett tal-Oġġetti Ġeografiċi li jkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 u jissodisfa l-kriterji tat-tfittxija f’talba, fil-lingwa mitluba u fis-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati.

7.2.2.   Parametru tal-Metadejta tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi

Il-parametru tal-Metadejta tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi għandu jkun fih tal-inqas l-elementi tal-metadejta tal-INSPIRE tas-sett tal-Oġġetti Ġeografiċi.

8.   OPERAZZJONI ‘DESCRIBE SPATIAL OBJECT TYPE’

8.1.   Talba għal ‘Describe Spatial Object Type’

It-talba għal ‘Describe Spatial Object Type’ għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:

Lingwa;

Tip ta’ Oġġett Ġeografiku.

8.1.1.   Parametru tal-lingwa

Il-parametru tal-Lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għad-deskrizzjoni tat-tip tal-Oġġett Ġeografiku.

8.1.2.   Parametru tat-Tip ta’ Oġġett Ġeografiku

Il-parametru tat-Tip ta’ Oġġett Ġeografiku għandu jkun fih l-isem lingwistikament newtrali tat-Tip ta’ Oġġett Ġeografiku kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010. Meta l-parametru ma jkunx mogħti, għandu jitqies li ntgħażlu l-Oġġetti Ġeografiċi kollha.

8.2.   Reazzjoni għal ‘Describe Spatial Object Type’

8.2.1.   Parametru tar-reazzjoni għal ‘Describe Spatial Object Type’

Il-parametru tar-reazzjoni għal ‘Describe Spatial Object type’ għandu jkun id-deskrizzjoni tat-tip ta’ oġġett ġeografiku, f’konformità mar-Regoalment (UE) Nru 1089/2010.

PARTI C

Kriterji tat-tfittxija għall-Operazzjoni ‘Get Spatial Object’

Għall-għanijiet tal-Operazzjoni ‘Get Spatial Object’ tas-Servizz ta’ Tniżżil, għandhom ikunu implimentati l-kriterji li ġejjin:

Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett tad-Dejta Ġeografika;

L-attributi rilevanti kollha u r-relazzjoni bejn l-Oġġetti Ġeografiċi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010; partikolarment l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku ta’ Oġġett Ġeografiku u l-karatteristiċi dimensjonali temporali, fosthom id-data tal-aġġornament;

Il-kwadru ta’ delimitazzjoni, espress fi kwalunkwe mis-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010;

Tema tad-Dejta Ġeografika.

Sabiex ikunu jistgħu jinstabu oġġetti ġeografiċi permezz ta’ kombinazzjoni ta’ kriterji ta’ tfittxija, għandhom ikunu sostnuti operaturi loġiċi u ta’ tqabbil”


ANNESS III

“ANNESS V

SERVIZZI TA' TRASFORMAZZJONI

Operazzjonijet ta' Trasformazzjoni

1.   LISTA TA' OPERAZZJONIJIET

Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta' Trasformazzjoni għandu jipprovdi l-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 ta' dan l-Anness.

Tabella 1

Operazzjoni

Rwol

Get Transformation Service Metadata

Tagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u tiddeskrivi l-kapaċitajiet tas-servizz, fosthom il-kategorija kompatibbli ta' trasformazzjoni, it-trasformazzjonijiet kompatibbli, it-tipi tal-input tad-dejta aċċettati, definizzjoni tal-mudell kompatibbli u l-lingwi tal-immappjar.

Transform

Twettaq il-proċess proprju ta' trasformazzjoni.

Link Transformation Service

Tippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibblità ta' Servizz ta' Trasformazzjoni għat-Trasformazzjoni ta' Settijiet ta' Dejta Ġeografika permezz tas-Servizzi ta' Trasformazzjoni tal-Istati Membri filwaqt li żżomm il-kapaċità ta' Trasformazzjoni fil-lok tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza.

Il-parametri tat-talba u r-reazzjoni ta' kull operazzjoni jikkompletaw id-deskrizzjoni ta' kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-Servizz ta' Trasformazzjoni.

2.   OPERAZZJONI ‘GET TRANSFORMATION SERVICE METADATA’

2.1.   Talba għal ‘Get Transformation Service Metadata’

2.1.1.   Parametru tat-talba għal ‘Get Transformation Service Metadata’

Il-parametru tat-talba għal ‘Get Transformation Service Metadata’ għandu jindika l-lingwa naturali għall-kontenut tar-reazzjoni għal ‘Get Transformation Service Metadata’.

2.2.   Reazzjoni għal ‘Get Transformation Service Metadata’

Ir-reazzjoni għal ‘Get Transformation Service Metadata’ għandu jkun fiha s-settijiet ta' parametri li ġejjin:

Metadejta tas-Servizz ta' Trasformazzjoni;

Metadejta tal-Operazzjonijiet;

Lingwi.

2.2.1.   Parametru tal-Metadejta tas-Servizz ta' Trasformazzjoni

Il-parametru tal-Metadejta ta' Servizz ta' Trasformazzjoni għandu tal-anqas jkun fih l-elementi ta' metadejta tal-INSPIRE tas-Servizz ta' Transformazzjoni.

2.2.2.   Parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet

Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jipprovdi l-metadejta dwar l-operazzjonijiet implimentati mis-Servizz ta' Trasformazzjoni.

Għandu jiddeskrivi kull operazzjoni, u jinkludi tal-anqas deskrizzjoni tad-dejta skambjata u l-indirizz tan-netwerk, u għandu jelenka dan li ġej:

Il-kategoriji ta' trasformazzjoni aċċettati mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni;

Il-kodifikazzjoni għall-input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika aċċettata mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni;

Il-lingwi tal-Mudell tad-Dejta aċċettati mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni;

Il-lingwi tal-Mudell tal-Immappjar aċċettati mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni.

2.2.3.   Parametru tal-lingwi

Għandhom jingħataw żewġ parametri:

Il-parametru tar-reazzjoni tal-Lingwa li jindika l-lingwa naturali użata fir-reazzjoni ‘Get Transformation Service Metadata’;

Il-parametru tal-lingwi kompatibbli li jkun fih il-lista tal-lingwi naturali kompatibbli mas-Servizz ta' Trasformazzjoni.

3.   OPERAZZJONI TA' TRASFORMAZZJONI

3.1.   Talba ta' trasformazzjoni

It-talba ta' Trasformazzjoni għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:

Input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika;

Mudell tas-Sors;

Mudell fil-Mira;

Mudell tal-Immappjar.

3.1.1.   Parametru tal-Input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika

Il-parametru tal-Input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika għandu jindika s-Sett ta' Dejta Ġeografika li se tiġi ttrasformata.

3.1.3.   Parametru tal-Mudell tas-Sors

Il-parametru tal-Mudell tas-Sors għandu jispeċifika l-mudell tas-Sett ta' Dejta Ġeografika tal-Input.

2.1.4.   Parametru tal-Mudell fil-Mira

Il-parametru tal-Mudell fil-Mira għandu jispeċifika l-mudell li fih ser jiġi ttrasfomat l-input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika.

3.1.4.   Parametru tal-Mudell tal-Immappjar

Il-parametru tal-Mudell tal-Immappjar għandu jispeċifika l-immappjar mill-Mudell tas-Sors sal-Mudell fil-Mira.

3.2.   Reazzjoni għal ‘Transform’

3.2.1.   Parametru tar-reazzjoni għal ‘Transform’

Il-parametru tar-reazzjoni għal Transform għandu jkun fih is-Sett tad-Dejta Ġeografika ttrasformata f’komformità mar-Regolament (UE) Nru 1089/2010.

4.   OPERAZZJONI ‘LINK TRANSFORMATION SERVICE’

4.1.   Talba għal ‘Link Transformation Service’

4.1.1.   Parametru tat-talba għal ‘Link Transformation Service’

Il-Parametru tat-talba għal ‘Link Transformation Service’ għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar is-Servizz ta' Trasformazzjoni tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza f’konformità ma' dan ir-Regolament, li tippermetti l-użu tas-Servizz ta' Trasformazzjoni tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza mis-Servizz ta' Trasformazzjoni tal-Istat Membru.”


Top