EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0103

Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas- 7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli ta’ l-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f’ Parti B ta’ l-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f’post ieħor li m’huwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f’post ieħor fil-qrib u tispeċifika il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli

OJ L 313, 12.10.2004, p. 16–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 183M, 5.7.2006, p. 251–255 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 060 P. 80 - 84
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 060 P. 80 - 84
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 054 P. 67 - 71

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2020; Imħassar b' 32019R2123

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/103/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

251


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/103/KE

tas-7 ta' Ottubru 2004

dwar il-kontrolli ta’ l-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f’ Parti B ta’ l-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f’post ieħor li m’huwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f’post ieħor fil-qrib u tispeċifika il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra l-firxa tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 13c(2) (d) u 13c(2)(e) u r-raba’ u l-ħames subparagrafi ta’ l-Artikolu 13ċ(4) tagħha.

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 2000/29/KE, pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra elenkati f’ Parti B ta’ l-Anness V tagħha, li ġejjin minn terzi pajjiżi, għandhom fil-prinċipju ikunu soġġetti għal kontrolli ta’ identità u ta’ saħħa tal-pjanti fil-punt tad-dħul fil-Komunità, jew f’post fil-qrib.

(2)

Fil-każ tat-transizzjoni ta’ oġġetti li ma’ jiġux minn ġeww l-Komunità, dawn il-kontrolli ta’ identità u ta’ saħħa tal-pjanti jistgħu ukoll jiġu esegwiti fil-post tal-korp uffiċjali tad-destinazzjoni jew kull post ieħor fil-qrib; f’ċerti każijiet oħra, dawn il-kontrolli jistgħu jiġu esegwiti fil-post tad-destinazzjoni, bħalma huma l-post tal-produzzjoni, sakemm garanziji speċifiċi u dokumenti dwar it-trasport tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra huma provduti.

(3)

Huwa meħtieġ li l-każijiet li fihom jistgħu jiġu esegwiti fil-post tad-destinazzjoni l-kontrolli ta’ identità u ta’ saħħa tal-pjanti jiġu speċifikati.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li m’hemmx ir-riskju li organiżmi ta’ ħsara jixterdu waqt it-trasport, dispożizzjonijiet jew garanziji u dokumenti speċifiċi dwar it-trasport għandhom jiġu mlestija.

(5)

Kundizzjonijiet minimi għall-esekuzzjoni ta’ kontrolli ta’ identità u saħħa tal-pjanti għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ kundizzjonijiet tekniċi applikabbli lill-korpi uffiċjali responsabbli mill-ispezzjoni f’postijiet ta’ destinazzjoni kif ukoll fir-rigward ta’ faċilitajiet, għodda u apparat li jippermetti lill-korpi uffiċjali responsabbli jesegwixxu l-kontrolli ta’ identità u ta’ saħħa tal-pjanti.

(6)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-kooperazzjoni bejn korpi uffiċjali responsabbli u dipartimenti tad-dwana, inklużi forom ta’ dokumenti ta’ mudell li għandhom jiġu wżati d’dik il-kooperazzjoni, il-mezz ta’ trasmissjoni ta’ dawn id-dokumenti u l-proċeduri għall-iskambju ta’ l-informazzjoni.

(7)

Il-miżuri pprovvduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva ser tapplika għall-pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra li ġejjin minn pajjiżi terzi, mniżżla f’Parti B ta’ l-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE (min hawn ‘il quddiem “prodotti konċernati”). Fil-każijiet u ċ-ċirkostanzi definiti minn din id-Direttiva, l-Istati Membri jistaw jistabbilixxu li dawk l-ispezzjonijiet li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 13a(1)(b)(ii) u (iii) tad-Direttiva 2000/29/KE dwar il prodotti konċernati jistgħu jiġu esegwiti f’post ieħor. Fil-każ tat-transizzjoni ta’ oġġetti li ma’ jiġux minn ġewwa l-Komunità msemmija fl-Artikolu 13c(2)(c) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-ispezzjoni tista’ sseħħ fil-post tal-korp uffiċjali tad-destinazzjoni, jew f’post ieħor fil-qrib, meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma sodisfatti. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 13c(2)(d) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-ispezzjoni tista’ seħħ fil-post tad-destinazzjoni bħalma hija fil-post tal-produzzjoni, meta l-kundizzjoni msemmija f’ paragrafu 2 huma sodisfatti.

2.   Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

a)

Meta l-korpi uffiċjali fil-punt tad-dħul u tad-destinazzjoni jiddeċiedu, fejn hu xieraq permezz ta’ ftehim bejn il-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri, li kontrolli ta’ identità u kontrolli tas-saħħa tal-pjanti (minn hawn il-quddiem “kontrolli”) jistgħu jiġu eżegwiti b’aktar reqqa f’post ieħor li mhux il-post tad-dħul fil-Komunità jew f’post fil-qrib.

u

b)

meta importatur, hu min hu, jew kull persuna responsabbli għall-postijiet fejn il-kontrolli għandhom jiġu esegwiti (minn hawn il-quddiem “l-applikant”) ta’ konsenja li fiha l-prodotti konċernati għandu/ha l-approvazzjoni, permezz ta’ proċedura ta’ approvazzjoni definita fl-Artikolu 2(2) għal kontrolli li għandhom jiġu esegwiti f’“post approvat ta’ spezzjoni” li huwa jew:

fil-każ tat-transizzjoni ta’ l-oġġetti li m’humiex ġejjin mill-Komunità msemmija fl-Artikolu 13c(2)(c) tad-Direttiva 2000/29/KE, fi

l-post tal-korp uffiċjali tad-destinazzjoni, jew f’

post fil-viċin għal dak il-post u maħsub u approvat mill-awtoritajiet tad-dwana u mill-korp uffiċjali responsabbli, jew

fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 13c(2)(d) tad-Direttiva 2000/29/KE, fi

post ta’ destinazzjoni approvat mill-korp uffiċjali u l-awtoritajiet tad-dwana responsabbli għaż-żona fejn jinsab dak il-post ta’ destinazzjoni,

u

c)

meta garanziji u dokumenti speċifiċi dwar it-trasport ta’ konsenja li fiha l-prodotti konċernati (minn hawn il-quddiem “il-konsenja”), għall-post approvat ta’ l-ispezzjoni huma sodisfatti, u, fejn hu xieraq, meta l-kundizzjonijiet minimi dwar il-ħażna ta’ dawn il-prodotti f’dawn il-postijiet ta’ spezzjoni huma sodisfatti.

3.   Il-garanziji, dokumenti u kundizzjonijiet minimi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2(c) għandhom ikunu:

a)

l-ippakkettar tal-konsenja jew il-mezz tat-trasport użat għal din konsenja sejjer ikun magħluq jew issiġillat b’tali mod li l-prodotti konċernati ma jistgħux jikkawżaw infestazzjoni jew infezzjoni matul it-trasport sal-post approvat ta’ l-ispezzjoni u ser ikun tali li l-identità tagħhom tibqa mhix mibdula. F’każi raġunati kif inhuwa xieraq, korpi uffiċjali ta’ l-Istati Membri jistgħu jħallu konsenji li m’humiex magħluqa jew siġillati, sakemm il-prodotti konċernati ma’ jistgħux jikkawżaw infestazzjoni jew infezzjoni matul it-trasport tagħhom lejn il-post approvat ta’ spezzjoni.

b)

il-konsenja sejra tintbagħat lejn il-post approvat ta’ l-ispezzjoni. l-ebda bidla tal-post ta’ spezzjoni ma hija permessa, ħlief wara l-approvazzjoni mill-korpi uffiċjali relevanti tal-punt tad-dħul u tad-destinazzjoni mitluba, u l-awtoritajiet tad-dwana responsabbli miż-żona ta’ fejn jinsab il-post mitlub ta’ spezzjoni.

c)

il-konsenja ser tkun akkompanjata minn “dokument tal-moviment dwar is-saħħa tal-Pjanti”, mingħajr preġudizzju għaċ-ċertifikati preskritti fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, u li għandu l-informazzjoni meħtieġa bi qbil mal-mudell fl-Anness għal din Direttiva; id-dokument ser ikun imlesti bit-tipa jew b’ittri kapitali miktuba li jistgħu jinqraw jew b’mezz elettroniku bi qbil mal-korpi uffiċjali relevanti tal-punt tad-dħul u tad-destinazzjoni ser ikun għall-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

d)

l-intestaturi relevanti tad-dokument imsemmi fil-paragrafu 3 (c) ser ikunu kompletati u ffirmati mill-importatur tal-konsenja taħt is-superviżjoni tal-korp uffiċjali relevanti tal-punt tad-dħul;

e)

fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2(b), it-tieni daħla, il-ħażna tal-konsenja fil-post approvat ta’ spezzjoni ser tkun tali li hija separata kemm minn oġġetti Komunitarji u minn konsenji infestati jew sospettati li huma infestati minn organiżmi ta’ ħsara.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri ser jiżguraw li proċedura ta’ evalwazzjoni ser tiġi stabbilita kif inhu speċifikat fil-paragrafi 2, 3 u 4 sabiex jevalwaw, u fejn hu xieraq japprovaw, l-adattezza f’termini fitosanitari, li l-kontrolli jiġu esegwiti f’ postijiet proposti bħala postijiet approvati ta’ spezzjoni.

2.   Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ser tindika li, jekk il-kontrolli għandhom jiġu esegwiti f’ postijiet approvati ta’ spezzjoni, applikant hu min hu għandu japplika lill-korp uffiċjali responsabbli mill-esekuzzjoni ta’ tali kontrolli, bit-talba li tali kontrolli jseħħu fil-postijiet imsemmija fit-talba.

3.   L-applikazzjoni għandha tinkludi inkartament tekniku li jagħti l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni ta’ l-adattezza tal-postijiet proposti bħala postijiet ta’ spezzjoni approvati, u għandha tkopri, b’mod partikolari:

a)

informazzjoni relatata mal-prodotti konċernati li huma maħsuba għall-importazzjoni u l-postijiet li fihom il-prodotti konċernati importati ser jiġu maħżuna jew miżmuma fl-istennija tar-riżultati aħħarija tal-kontrolli, u b’mod partikolari kif is-separazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(3)(e) għandha titwettaq, u

b)

fejn hu xieraq, meta l-prodotti konċernati huma maħsuba għal persuna li ġiet mogħtija l-istatus ta’ “konsenjatarju awtorizzat” u jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 406 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jew meta l-postijiet konċernati huma soġġetti għal awtorizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 497 tar-Regolament imsemmi, evidenza relevanti tiegħu.

4.   L-Istati Membri ser jiżguraw li l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ser tkun irreġistrata u l-korpi responsabbli uffiċjali sejrin:

a)

jeżaminaw l-informazzjoni fornita fl-applikazzjoni;

b)

l-evalwazzjoni ta’ l-adattezza ta’ l-esekuzzjoni tal-kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni, li għandhom jissodisfaw kundizzjonijiet minimi li huma għall-inqas dawk elenkati fil-paragrafu 3, punti b u c ta’ l-Anness għad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/22/KE (3), jew kull kundizzjoni oħra li l-Istati Membri jista’ jimponi b’mod mhux diskriminatorju u li hija ġustifikata sabiex tippermetti spezzjonijiet effiċjenti.

c)

jirrispondu lill-applikant jew billi:

i)

jindikaw li l-applikazzjoni hija aċċettabbli u li l-postijiet konċernati huma stabbiliti bħal postijiet ta’ spezzjoni approvati, jew

ii)

jindikaw li l-applikazzjoni m’hijiex aċċettabbli, u għalfejn dan huwa minnu.

5.   L-Istati Membri għandhom iżommu u jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fuq talba tagħhom, il-lista aġġornata tal-postijiet approvati ta’ spezzjoni.

6.   L-Istati Membri ser jiżguraw li l-korpi uffiċjali responsabbli ser jieħdu l-miżuri meħtieġa jekk jinsab li jeżistu elementi li jafu jaħdmu kontra l-ħidma tajba ta’ l-esekuzzjoni tal-kontrolli fil-postijiet approvati ta’ l-ispezzjoni li jisabu fit-territorju tagħhom.

L-Istati Membri ser jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri konċernati dwar il-każijiet kollha sinnifikanti ta’ nuqqas ta’ aderenza mal-kundizzjonijiet li japplikaw għal post approvat ta’ spezzjoni.

Artikolu 3

L-Istati Membri ser jiżguraw li l-importatur tal-konsenji li għalihom ġie deċiż li l-kontrolli jistgħu iseħħu f’post approvat ta’ spezzjoni, ser ikunu soġġetti għall-obbligi li jmiss mingħajr preġudizzju għal dawk diġà stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE (4).

a)

l-importatur ser jinnotifika l-introduzzjoni tal-prodotti konċernati minn qabel biżżejjed lill-korp uffiċjali relevanti tad-destinazzjoni, liema notifika għandha tinkludi, b’mod partikolari:

i)

l-isem, l-indirizz u fejn jinsab il-post approvat ta’ l-ispezzjoni,

ii)

id-data u l-ħin tal-wasla skedati fil-post approvat ta’ spezzjoni tal-prodotti konċernati,

iii)

jekk disponibbli, n-numru tas-serje individwali tad-dokument tal-moviment dwar is-saħħa tal-Pjanti msemmi fl-Artikolu 1(3)(c),

iv)

jekk disponibbli, id-data u l-post li fihom ġie ppreparat id-dokument tal-moviment dwar is-saħħa tal-Pjanti msemmi fl-Artikolu 1(3)(c),

v)

l-isem, l-indirizz u n-numru uffiċjali ta’ reġistrazzjoni ta’ l-importatur,

vi)

in-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat fitosanitarju u/jew iċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni, jew kull dokument fitosanitarju meħtieġ ieħor.

b)

l-importatur ser jinnotifika il-korp uffiċjali relevanti tad-destinazzjoni dwar kull bidla fir-rigward ta’ l-informazzjoni mogħtija in segwitu għas-sub-paragrafu (a).

Artikolu 4

L-Istati Membri ser jiżguraw li l-kontrolli tal-prodotti konċernati, magħmula fil-post approvat ta’ spezzjoni jissodisfaw kundizzjonijiet minimi li huma għall-inqas dawk elenkati fil-paragrafu 1, paragrafu 2 u punt a tal-paragrafu 3 ta’ l-Anness għad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/22/KE, jew kull kundizzjoni oħra li l-Istati Membri jista’ jimponi b’mod mhux diskriminatorju u li hija ġustifikata sabiex tippermetti spezzjonijiet effiċjenti.

Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali kunsidrati meħtieġa sabiex jistipolaw post propost bħala post approvat ta’ l-ispezzjoni.

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri ser jiżguraw il-kooperazzjoni, fejn hi applikabbli, bejn:

a)

il-korp uffiċjali fil-punt tad-dħul u l-korp uffiċjali tad-destinazzjoni,

u

b)

il-korp uffiċjali fil-punt tad-dħul u d-dipartiment tad-dwana fil-punt tad-dħul,

u

c)

il-korp uffiċjali fil-punt tad-destinazzjoni u d-dipartiment tad-dwana tad-destinazzjoni,

u

d)

il-korp uffiċjali fil-punt tad-dħul u d-dipartiment tad-dwana tad-destinazzjoni

permezz ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni relevanti dwar il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra maħsuba għall-importazzjoni, l-ippakkettar u l-mezz tat-trasport bil-miktub jew f’sura elettronika bl-użu tad-dokument tal-moviment dwar is-saħħa tal-Pjanti msemmi fl-Artikolu 1 (3)(c).

2.   Jekk il-punt tad-dħul fil-Komunità tal-prodotti konċernati u l-post approvat ta’ spezzjoni jinsabu fi Stati Membri differenti, il-konsenja tista’ tintbagħat, u l-kontrolli jistgħu isiru f’post approvat ta’ spezzjoni abbażi ta’ ftehim bejn il-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri kkonċernati. Evidenza tal-ftehim bejn il-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri konċernati ser ikunu rreġistrati fid-dokument tal-moviment dwar is-saħħa tal-Pjanti.

3.   Wara li l-prodotti jkunu ġew spezzjonati fil-post approvat ta’ spezzjoni, il-korp uffiċjali tad-destinazzjoni għandu jiċċertifika, permezz ta’ l-użu ta’ timbru tas-servizz u data, fuq id-dokument tal-moviment dwar is-saħħa tal-Pjanti li l-kontrolli relevanti ta’ l-identità u s-saħħa tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 13a(1)(b)(ii) u (iii) tad-Direttiva 2000/29/KE ġew esegwiti. Ir-riżultati aħħarija ta’ dawn il-kontrolli ser ikunu murija fil-kaxxa bl-intestatura “Deċiżjoni”. Din id-dispożizzjoni tapplika mutatis mutandis, jekk il-kontrolli dokumentarji msemmija fl-Artikolu 13c(2)(a) tad-Direttiva 2000/29/KE ġew ukoll imwettqa.

4.   Jekk ir-riżultat tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 3 huwa “Rilaxx”, il-konsenja u d-dokument relevanti ta’ moviment dwar is-saħħa tal-Pjanti ser jiġu preżentati lill-awtoritajiet tad-dwana responsabbli għaż-żona tal-“post approvat ta’ spezzjoni” sabiex il-konsenja tista’ tiġi soġġetta għall-proċedura tad-dwana relevanti msemmija fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE. Id-dokument tal-moviment dwar is-saħħa tal-Pjanti mhux ser jinħtieġ jibqa’ jakkumpanja l-konsenja u dan id-dokument jew kopja tiegħu għandu jinżamm għall-inqas għal sena mill-korp uffiċjali fil-punt tad-destinazzjoni.

5.   Jekk ir-riżultat tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 3, iwassal għall-obbligu li l-prodotti jiġu mċaqalqa minn post fil-Komunità għal destinazzjoni barra l-Komunità, ser jibqgħu taħt is-superviżjoni tad-Dwana sakemm ir-riesportazzjoni tal-prodotti tkun seħħet.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tiġi riveduta sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 8

1.   L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom fil-pront jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u skeda ta’ rabta bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2005.

Fejn l-Istati Membri jaddottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 9

Din id-Direttiva għandha tidhol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, nhar is-7 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/70/KE (ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 97).

(2)  ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, tal-31.12.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 126, tat-28.4.1998, p. 26.

(4)  ĠU L 344, tas-26.11.1992, p. 38.


ANNESS

Image

Test ta 'immaġni

Top