Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2386

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2386/96 tas-16 ta' Diċembru 1996 li japplika ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 tat-22 ta' April 1996 dwar in-notifikar lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment ta' interess għall-Komunità fis-setturi taż-żejt, gass naturali u elettrikuTest b'rilevanza għall-ŻEE

    ĠU L 326, 17.12.1996, p. 13–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/10/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2386/oj

    31996R2386



    Official Journal L 326 , 17/12/1996 P. 0013 - 0020


    Ir-regolament tal-kummissijoni (KE) Nru 2386/96

    tas-16 ta' Diċembru 1996

    li japplika ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 tat-22 ta' April 1996 dwar in-notifikar lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment ta' interess għall-Komunità fis-setturi taż-żejt, gass naturali u elettriku

    (Test b'rilevanza għall-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 213 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 tat-22 ta' April 1996 dwar in-notifikar lill-Kummissjoni dwar proġetti ta' investiment ta' interess għall-Komunità fis-setturi taż-żejt, gass naturali u elettriku [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2.2 tiegħu,

    Billi l-Artikolu 2.2 tar-Regolament (KE) Nru 736/96 jipprovdi li l-Kummissjoni tista', fil-limiti stabbiliti b'dak ir-Regolament u l-annessi tiegħu, tadotta dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni dwar il-forma, kontenut u dettalji oħra tan-notifiki li għalihom hemm ipprovdut fl-Artikolu 1 tiegħu;

    Billi għas-simplifikazzjoni, fuq livell tekniku, is-sistema ta' informazzjoni u biex tiġbor data komparabbli, notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri u, f'ċerti każi mill-intrapriżi, għandhom ikunu standardizzati bl-użu ta' kwestjonarji li jkunu jservu bħala gwida għall-preżentazzjoni u l-kontenut ta' notifiki simili,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    In-notifiki msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 736/96 għandhom ikunu mfassla kif jidher fl-anness ma' dan.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fis-16 ta' Diċembru 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Christos Papoutsis

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 102, tal-25.4.1996, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Kwestjonarji

    fuq informazzjoni li għandha tingħata:

    (a) minn kumpaniji lill-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, minbarra fejn l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jużaw mezzi oħra biex jiġbru tagħrif fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 1, it-tieni paragrafu, l-aħħar sentenza tar-Regolament (KE) Nru 736/96;

    (b) mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

    Il-kwestjonarji li jifformaw parti minn dan l-anness għandhom iservu bħala gwida biex jgħinu l-forma u l-kontenut tal-Komunikazzjonijiet ikunu standardizzati. Il-komunikazzjonijiet għandhom jirreferu għal li ġej:

    - installazzjonijiet eżistenti jew partijiet minn installazzjonijiet,

    - installazzjonijiet jew partijiet minn installazzjonijiet li qed jinbnew jew fl-istadju ta’ l-ippjanar,

    - irtirar propost minn servizz ta’ installazzjonijiet jew partijiet minn installazzjonijiet.

    Taħt "installazzjonijiet eżistenti jew partijiet minn installazzjonijiet" għandha tiġi nkluża bħala speċifikata separatament il-kapaċità totali li qed taħdem fid-data tar-rapport.

    Dan li ġej għandu jittieħed bħal "installazzjonijiet jew partijiet minn installazzjonijiet fl-istadju ta’ l-ippjanar": proġetti ta’ investiment fl-ambitu tas-sinifikat tar-Regolament (KE) Nru 736/96 li għalihom id-deċiżjoni fil-prinċipju li tinbena jew titkabbar installazzjoni jew parti minn installazzjoni ittieħdet, u li fuqha x-xogħol huwa programmat li jibda fi żmien tliet snin mid-data ta’ referenza, fil-każ ta’ proġetti ta’ investiment fis-setturi taż-żejt u tal-gass naturali, jew fi żmien ħames snin fil-każ ta’ proġetti ta’ investiment fis-settur ta’ l-elettriku. Din għandha tinkludi dawk il-proġetti ta’ investiment li tagħhom, il-karatteristiċi ewlenin jistgħu, kollha kemm huma jew parti minnhom, jkunu soġġetti għal reviżjoni futura jew għal awtorizzazzjoni finali minn awtorità kompetenti.

    Dan li ġej għandu jittieħed bħala "irtirar propost minn servizz ta’ installazzjonijiet jew parti minn installazzjonijiet": installazzjonijiet jew partijiet minn installazzjonijiet li dwarhom ittieħdet id-deċiżjoni fil-prinċipju li jiġu rtirati mis-servizz, din id-deċiżjoni normalment tkun mistennija li sseħħ fi żmien tliet snin mid-data ta’ referenza, fil-każ ta’ proġetti ta’ investiment fis-settur tal-gass u l-elettriku, jew fi żmien sena fil-każ ta’ proġetti ta’ investiment fis-settur taż-żejt.

    L-"informazzjoni supplementari" dwar proġetti ta’ investiment għandha tinkludi tibdil sinnifikanti fil-karatteristiċi ewlenin u fl-istatus ta’ deċiżjoni ta’ proġetti mill-komunikazzjoni ta’ qabel, u kummenti speċifiċi simili oħra indikati permezz ta’ noti f’qiegħ il-paġna fuq il-folja tal-kwestjonarju rilevanti. Barra minn dan Stati Membri jistgħu jżidu xi kummenti li jista’ jkollhom dwar il-proġetti.

    Il-tagħrif kollu miġbur għandu jkun ittrattat b’mod konfidenzjali.

    G1 - INVESTIMENT F’PAJPIJIET TAL-GASS

    Stat Membru: | Pożizzjoni fl-1 ta’ Jannar … |

    | Kapaċità [1] | Żidiet [2] | Żidiet [3] | Irtirar [4] |

    Rotta (belt u pajjiż) minn [5]sa [5] | 1.2.3.4.5. | | | |

    Klassifikazzjoni PP: Pajp Prinċipali E: Estenzjoni | | | | |

    Tul (km) | | | | |

    Dijametru intern (bil-pulzier) | | | | |

    Pressjoni (bar) | | | | |

    Kapaċità massima anwali (bcm)previst annwali (bcm) | | | | |

    Proġett TEN (Iva/Le) Jekk iva, Nru. ta ref. tal-proġett Rimarki oħra: | | | | |

    G2 - INVESTIMENT F’IMPJANTI LNG

    Stat Membru: | Pożizzjoni fl-1 ta’ Jannar … |

    | Kapaċità [6] | Żidiet [7] | Żidiet [8] | Irtirar [9] |

    Pożizzjoni Ġeografika (belt-reġjun) | 1.2.3.4.5. | | | |

    Kapaċità massima ta’ ħżin (m3 tal-LNG) | | | | |

    Kapaċità massima ta’ regasifikazzjoni (m3 tal-LNG/h) | | | | |

    Volum annwali previst (bcm/sena) | | | | |

    Proġett TEN (Iva/Le) Jekk iva, Nru. ta ref. tal-proġett Rimarki oħra: | | | | |

    G3 - INVESTIMENTI FIL-KAPAĊITÀ TAL-ĦŻIN

    Stat Membru: | Pożizzjoni fl-1 ta’ Jannar … |

    | Kapaċitá [10] | Żidiet [11] | Żidiet [12] | Irtirar [13] |

    Pożizzjoni Ġeografika (belt-reġjun) | 1.2.3.4.5. | | | |

    Kapaċità massima (bcm) | | | | |

    Kapaċità bżonnjuża (bcm) | | | | |

    Estazzjoni massima għal kuljum (bcm) | | | | |

    Proġett TEN (Iva/Le) Jekk iva, Nru. ta ref. tal-proġett Rimarki oħra: | | | | |

    KAPAĊITAJIET TA’ INSTALLAZZJONI TA’ RAFFINERIJA

    (f’eluf ta’ tunnellati fis-sena) |

    Stati Membri: | Pożizzjoni fl-1 ta’ Jannar … |

    | Kapaċità [14] | Żidiet [15] | Żidiet [17] | Irtirar [15] | Rimarki |

    Distillazzjoni atmosferika | | | | | |

    Distillazzjoni vakwu | | | | | |

    Cracking (Termali) Visbreaking u/jew Cracking TermaliCokingXi ħaġa oħra | | | | | |

    Cracking (Katalittiku) Luid Cracking KatalittikuHydrocrackingXi ħaġa oħra | | | | | |

    Riformar Naphtha Isomerisation | | | | | |

    Desulphurisation GażojlHFOXi ħaġa oħra | | | | | |

    Alkylation Polimerizzazzjoni Isomerizzazzjoni (C4) | | | | | |

    Eterifikazzjoni MTBE, TAMEETBEXi ħaġa oħra | | | | | |

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    [1] Pożizzjoni fl-ewwel ta’ Jannar tas-sena kurrenti tat-total tal-kapaċità fis-servizz.

    [2] Pajpijiet li għadhom fi stadju ta’ ippjanar jew ta’ kostruzzjoni (li jkunu qed jitħaddmu fi żmien tliet snin).

    [3] Pajpijiet li għadhom fi stadju ta’ ippjanar jew ta’ kostruzzjoni (li jkunu qed jitħaddmu fi żmien tliet snin).

    [4] Pajpijiet li mistennija jsiru offstream fi żmien tliet snin

    [5] għaqda prinċipali l-iktar viċin il-fruntiera

    [6] Pożizzjoni fl-ewwel ta’ Jannar tas-sena kurrenti tat-total tal-kapaċità fis-servizz.

    [7] Pajpijiet li għadhom fi stadju ta’ ippjanar jew ta’ kostruzzjoni (li jkunu qed jitħaddmu fi żmien tliet snin).

    [8] Pajpijiet li għadhom fi stadju ta’ ippjanar jew ta’ kostruzzjoni (li jkunu qed jitħaddmu fi żmien tliet snin).

    [9] Pajpijiet li mistennija jsiru offstream fi żmien tliet snin.

    [10] Pożizzjoni fl-ewwel ta’ Jannar tas-sena kurrenti tat-total tal-kapaċità fis-servizz.

    [11] Pajpijiet li għadhom fi stadju ta’ ippjanar jew ta’ kostruzzjoni (li jkunu qed jitħaddmu fi żmien tliet snin).

    [12] Pajpijiet li għadhom fi stadju ta’ ippjanar jew ta’ kostruzzjoni (li jkunu qed jitħaddmu fi żmien tliet snin).

    [13] Pajpijiet li mistennija jsiru offstream fi żmien tliet snin.

    [14] Pożizzjoni fl-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja kurrenti tal-kapaċità totali ta’ tħaddim: il-kapaċità kollha flimkien ta’ l-impjanti individwali li qed jaħdmu b’mod regolari nklużi mpjanti li għalqu għal manutenzjoni jew tiswijiet. Hija hekk ugwali għal "kapaċità (installata) totali" bit-tnaqqis tal-kapaċità li ġiet irtitata mix-xogħol għal kollox, jew għal perjodu mtawwal.

    [15] "Temporanjament": il-kapaċità ta’ impjant li huwa skedat li jiġi rtirat minħabba ħafna ħtiġiet ma’ dawk eżistenti iżda li huwa tassew mistenni li ’l quddiem jerġa’ jitħaddem.

    --------------------------------------------------

    Top