EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0769

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 769/2004 tal-21 ta' April 2004 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3906/89, (KE) Nru 555/2000, (KE) Nru 2500/2001, (KE) Nru 1268/1999 u (KE) Nru 1267/1999 biex iħalli l-pajjiżi tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jipparteċipaw f'offerti għal xogħol bl-appalt, organizzati taħt il-programmi ta' assistenza tal-Komunità, ta' qabel l-adeżjoni

ĠU L 123, 27.4.2004, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1085

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/769/oj

32004R0769



Official Journal L 123 , 27/04/2004 P. 0001 - 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 769/2004

tal-21 ta' April 2004

li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3906/89, (KE) Nru 555/2000, (KE) Nru 2500/2001, (KE) Nru 1268/1999 u (KE) Nru 1267/1999 biex iħalli l-pajjiżi tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jipparteċipaw f'offerti għal xogħol bl-appalt, organizzati taħt il-programmi ta' assistenza tal-Komunità, ta' qabel l-adeżjoni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 181a(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Fl-20 ta' Ġunju 2003 il-Kunsill Ewropew iffirma fit-Thessaloniki "L-aġenda tat-Thessaloniki għall-Balkani tal-Punent: Nersqu lejn Integrazzjoni Ewropea", u stieden lill-Kummissjoni biex tikkonsidra li tieħu miżuri addattati sabiex tħalli l-pajjiżi tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċċjazzjoni jipparteċipaw f'offerti għal xogħol bl-appalt organizzati taħt il-programmi ta' assistenza tal-Komunità,Ì ta' qabel l-adeżjoni (Phare, ISPA and Sapard).

(2) Għalhekk, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta' Diċembru 1989 dwar għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant [2], (KE) Nru 555/2000 tat-13 ta' Marzu 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet fil-qafas ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni għar-Repubblika ta' Ċipru u r-Repubblika ta' Malta [3], (KE) Nru 2500/2001 tas-17 ta' Diċembru 2001 li jikkonċerna assistenza finanzjarja ta' qabel l-adeżjoni għat-Turkija [4], (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar għajnuna tal-KomunitaÌ għal miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-agrikultura u żvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant għall-perjodu ta' qabel l-adeżjoni [5] u (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi strument għal politika strutturali għal qabel l-adeżjoni [6] għandhom ikunu emendati skond l-aġenda.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3906/89 huwa hawnhekk emendat kif gej:

L-Artikolu 7 hu mibdul b'li ġej:

"L-Artikolu 7

1. Parteċipazzjoni f'sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt u kuntratti għandha tkun miftuħa b'kondizzjonijiet ugwali għall-persuni naturali u ġuridiċi kollha mill-Istati Membri li jaqgħu taħt l-intenzjoni tat-Trattati, minn pajjiżi kandidati għal adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea kif ukoll minn pajjiżi li jibbenefikaw minn assistenza skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar assistenxa għall-Albanija, il-Bosnia-Herzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-Maċedonja [7]. L-awtoritaÌ kontraenti tista', f'każijiet provati b'mod addattat u kkunsidrati b'mod individwali, tawtorizza l-parteċipazzjoni ta' persuni naturali u ġuridiċi minn pajjiżi terzi f'sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt u kuntratti.

2. Il-provvisti għandhom, fl-intenzjoni tat-Trattati, joriġinaw fl-Istati Membri, fil-pajjiżi kandidati għal adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea jew f'pajjiżi li jibbenefikaw minn assistenza skond ir-Regolament (KE) Nru 2666/2000. F'każijiet provati b'mod addattat u kkunsidrati b'mod individwali, l-awtoritaÌ kontraenti tista' tħassar dan l-obbligu."

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 555/2000 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 7, paragrafi 9 u 10 huma mibdulin b'dan li ġej:

"9. Parteċipazzjoni f'sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt u kuntratti għandha tkun miftuħa b'kondizzjonijiet ugwali għall-persuni naturali u ġuridiċi kollha mill-Istati Membri li jaqgħu taħt l-intenzjoni tat-Trattati, minn pajjiżi kandidati għal adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea kif ukoll minn pajjiżi li jibbenefikaw minn assistenza skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar assistenxa għall-Albanija, il-Bosnia-Herzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-Maċedonja [8]. L-awtoritaÌ kontraenti tista', f'każijiet provati b'mod addattat u kkunsidrati b'mod individwali, tawtorizza l-parteċipazzjoni ta' persuni naturali u ġuridiċi minn pajjiżi terzi f'sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt u kuntratti.

10. Il-provvisti għandhom, fl-intenzjoni tat-Trattati, joriġinaw fl-Istati Membri, fil-pajjiżi kandidati għal adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea jew f'pajjiżi li jibbenefikaw minn assistenza skond ir-Regolament (KE) Nru 2666/2000. F'każijiet provati b'mod addattat u kkunsidrati b'mod individwali, l-awtoritaÌ kontraenti tista' tħassar dan l-obbligu."

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 8:

(a) il-paragrafu 7 huwa mibdul b'dan li ġej:

"7. Parteċipazzjoni f'sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt u kuntratti għandha tkun miftuħa fuq termini ugwali għall-persuni naturali u ġuridiċi kollha mill-Istati Membri li jaqgħu taħt l-intenzjoni tat-Trattati, minn pajjiżi kandidati għal adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea kif ukoll minn pajjiżi li jibbenefikaw minn assistenza skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1488/96 tat-23 ta' Lulju 1996 dwar miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw (MEDA) ir-riforma ta' l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja [9] u skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar assistenza għall-Albanija, il-Bosnia-Herzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-Maċedonja [10]. L-awtoritaÌ kontraenti tista', f'każijiet provati b'mod addattat u kkunsidrati b'mod individwali, tawtorizza l-parteċipazzjoni ta' persuni naturali u ġuridiċi minn pajjiżi terzi f'sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt u kuntratti.

Il-provvisti għandhom, fl-intenzjoni tat-Trattati, joriġinaw fl-Istati Membri, fil-pajjiżi kandidati għal adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea jew f'pajjiżi li jibbenefikaw minn assistenza skond ir-Regolament (KE) Nru 1488/96 u r-Regolament (EC) Nru 2666/2000. F'każijiet provati b'mod addattat u kkunsidrati b'mod individwali, l-awtoritaÌ kontraenti tista' tħassar dan l-obbligu."

(b) il-paragrafu 8 huwa mħassar.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

"3. Persuni naturali u ġuridiċi minn Ċipru, Malta u t-Turkija kif ukoll mill-pajjiżi li jibbenefikaw minn assistenza skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar assistenza għall-Albanija, il-Bosnia-Herzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-Maċedonja [11], jistgħu jipparteċipaw f'sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt u kuntratti fuq l-istess termini li japplikaw għall-persuni naturali u ġuridiċi kollha mill-Istati Membri li jaqgħu taħt l-intenzjoni tat-Trattati, u l-pajjiżi li jibbenefikaw."

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 1267/1999 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 6a, paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Fil-każ ta' miżuri fejn il-KomunitaÌ hija l-unika sors ta' għajnuna esterna, parteċipazzjoni f'sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt u kuntratti għandha tkun miftuħa bl-istess kondizzjonijiet għall-persuni naturali u ġuridiċi kollha ta' l-Istati Membri li jaqgħu taħt l-intenzjoni tat-Trattati u tal-pajjiżi msemmijin fit-tieni sottoparagafu ta' l-Artikolu 1(1), kif ukoll ta' pajjiżi li jibbenefikaw minn assistenza skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar assistenza għall-Albanija, il-Bosnia-Herzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-Maċedonja [12].'"

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-21 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Walsh

[1] L-Opinjoni tad-9 ta' Marzu 2004 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

[2] ĠU L 375, 23.12.89, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (EC) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.05.03, p. 36).

[3] ĠU L 68, 16.03.00, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 (ĠU L 342, 27.12.01, pġ 1).

[4] ĠU L 342, 27.12.01, p. 1.

[5] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 696/2003 (ĠU L 99, tas-17.4.2003. p. 24).

[6] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 73. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 2500/2001 (ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1).

[7] ĠU L 306, 07.12.00, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2415/2001 (ĠU L 327, 13.12.01, p. 3).

[8] ĠU L 306, 07.12.00, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2415/2001 (ĠU L 327, 13.12.01, p. 3).

[9] ĠU L 189, 30.07.96, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2698/2000 (ĠU L 311, 12.12.00, p. 1).

[10] ĠU L 306, 07.12.00, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2415/2001 (ĠU L 327, 13.12.01, pġ 3).

[11] ĠU L 306, 07.12.00, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2415/2001 (ĠU L 327, 13.12.01, pġ 3).

[12] ĠU L 306, 07.12.00, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2415/2001 (ĠU L 327, 13.12.01, pġ 3).

--------------------------------------------------

Top