EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Programm tal-politika tal-ispettru tar-radju

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Programm tal-politika tal-ispettru tar-radju

Il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju tal-UE jimmira li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern f'oqsma politiċi tal-UE varji li jinvolvu l-użu ta' spettru tar-radju u li jiżgura li l-UE timmassimizza l-użu tagħha ta' din ir-riżorsa finita b'mod koordinat.

ATT

Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju.

SOMMARJU

Il-programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju fuq 5 snin tal-UE jiddefinixxi l-ippjanar u l-armonizzazzjoni strateġika tal-użu tal-ispettru għal oqsma tas-Suq Intern tal-UE, bħall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka u l-ispazju, it-trasport, l-enerġija u l-politiki awdjoviżivi, minħabba li l-aċċess għall-ispettru tar-radju huwa essenzjali għal firxa kbira ta' attivitajiet minn komunikazzjonijiet bla fili għax-xandir, apparat fuq medda qasira, għat-trasport, applikazzjonijiet tas-sigurtà pubblika u applikazzjonijiet spazjali.

L-objettivi tal-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju huma li:

  • jkun hemm biżżejjed spettru disponibbli sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet dejjem jikbru, b'mod partikolari 1200 MHz għal komunikazzjonijiet bla fili;
  • tiġi massimizzatal-flessibilità fl-użu tal-ispettru;
  • jitjieb l-użu effiċjenti tal-ispettru;
  • tiġi promossa l-kompetizzjoni bejn servizzi tal-komunikazzjoni elettronika;
  • jiġi armonizzat is-suq intern u jiġu żviluppati servizzi transnazzjonali;
  • tiġi evitata interferenza ujiġu evitatidisturbi ;
  • tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem.

L-Istati Membri huma meħtieġa:

  • jadottaw sal-1 ta' Jannar 2013 miżuri ta' awtorizzazzjoni u allokazzjoni xierqa għall-iżvilupp ta' servizzi broadband;
  • iħaddnu l-użu kollettiv tal-ispettru kif ukoll użu kondiviż tal-ispettru;
  • jikkooperaw sabiex jiżviluppaw standards armonizzati għal apparat u terminals tar-radju;
  • jadottaw kundizzjonijiet u proċeduri ta' għażla li jippromwovu l-investiment u l-użu effiċjenti tal-ispettru.

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tiżviluppa l-aqwa prattiċi fuq kundizzjonijiet u proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-faxex tal-ispettru sabiex tevita frammentazzjoni eċċessiva tas-suq intern.

Biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri bħal:

  • il-limitazzjoni tal-ammont ta' spettru li għalih, drittijiet għall-użu jingħataw lil kwalunkwe operatur ekonomiku;
  • riservazzjoni tal-ispettru għal dawk ġodda li jidħlu fis-suq;
  • il-limitazzjoni ta' drittijiet ta' użu ġodda f'ċerti faxex sabiex operaturi jiġu impeduti milli jakkumulaw wisq spettru u jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni;
  • il-projbizzjoni ta' trasferimenti ta' drittijiet ta' użu tal-ispettru;
  • l-emendar ta' drittijiet eżistenti ta' ċerti operaturi f'każijiet ta' akkumulazzjoni eċċessiva, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE.

L-Istati Membri għandhom jallokaw porzjon suffiċjenti ta' spettru għaċ-ċittadini Ewropej kollha sabiex ikollhom aċċess għall-broadband sal-2020.

Sal-1 ta' Jannar 2013, l-Istati Membri kellhom jawtorizzaw l-użu ta' faxex armonizzati sabiex jippermettu lill-konsumaturi aċċess faċli għal servizzi ta' broadband bla fili inkluż il-faxxa 800 MHz (id-dividend diġitali). Huma għandhom jippermettu wkoll il-kummerċjalizzazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru f'dawn il-faxex armonizzati.

Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, qiegħda toħloq inventarju tal-użu tal-ispettru eżistenti u tal-ħtiġijiet futuri għall-ispettru minn 400MHz sa 6 GHz.

L-UE tipparteċipa f'negozjati internazzjonali relatati ma' kwistjonijiet tal-ispettru, skont ir-regoli tat-Trattat, sabiex tiddefendi l-interessi tagħha. F'negozjati internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkun hemm disponibbli l-ispettru meħtieġ għall-iżvilupp tal-politiki tal-UE. L-UE tista' tgħin lill-Istati Membri fis-solvien ta' kwistjonijiet ta' koordinazzjoni tal-ispettru ma' pajjiżi mhux tal-UE.

REFERENZA

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni Nru 243/2012/UE

10.4.2012

1.7.2015, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor

ĠU L 81 tal-21.3.2012

L-aħħar aġġornament: 14.02.2014

Top