EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali

Aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2003/4/KE dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali

X'INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

L-aċċess fuq talba

  • L-awtoritajiet pubbliċi jridu jagħmlu disponibbli kwalunkwe tagħrif ambjentali fil-pussess tagħhom lil applikant mingħajr ma l-persuna jkollha għalfejn tagħti raġuni.
  • It-tagħrif għandu jingħata mill-inqas xahar wara l-irċevuta tat-talba. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal xahrejn għal talbiet voluminużi u kumplessi.
  • L-awtoritajiet pubbliċi jridu jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jiżguraw li t-tagħrif li għandhom jista’ jiġi riprodott fil-pront u aċċessat elettronikament.
  • It-tagħrif għandu jiġi pprovdut fil-forma jew fil-format li jispeċifika l-applikant sakemm ma jkunx diġà disponibbli għall-pubbliku f’format ieħor.
  • Il-pajjiżi tal-UE jridu jiżguraw li l-ħaddiema ċivili jgħinu lill-pubbliku li jfittex li jaċċessa tagħrif u jżommu lista ta’ awtoritajiet pubbliċi aċċessibbli.
  • L-arranġamenti prattiċi biex jiġu indirizzati t-talbiet jinkludu:
    • il-ħatra ta’ uffiċjali tat-tagħrif;
    • faċilitajiet għall-eżami tat-tagħrif; u
    • reġistri jew listi tat-tagħrif miżmum u dettalji tal-punti tat-tagħrif.
  • It-talbiet jistgħu jiġu miċħuda jekk huma:
    • manifestament mhux raġonevoli;
    • ġenerali wisq;
    • relatati ma’ materjal mhux lest; jew
    • jikkonċernaw komunikazzjonijiet interni.
  • Jistgħu jiġu rrifjutati wkoll, parzjalment jew fl-intier tagħhom, jekk l-iżvelar jista’ jkun ta’ preġudizzju għal waħda mir-raġunijiet eżawrjenti previsti, pereżempju:
  • L-aċċess għal reġistri pubbliċi jew listi għandu jkun mingħajr ħlas. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jitolbu ħlas għat-tagħrif ambjentali li jagħmlu disponibbli fuq talba, iżda l-ammont għandu jkun raġonevoli.
  • L-applikanti li jqisu t-talba tagħhom ġiet injorata jew irrifjutata b’mod ħażin jista’ jkollhom aċċess għal rimedji, inkluża qorti tal-liġi jew korp indipendenti ieħor.

Tixrid attiv

  • It-tagħrif ambjentali aċċessibbli elettronikament irid ikun fih mill-inqas:
    • testi ta’ trattati internazzjonali, konvenzjonijiet jew ftehimiet, politiki, pjanijiet u programmi li jkollhom x'jaqsmu ma' l-ambjent;
    • rapporti ta’ progress dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn t’hawn fuq;
    • rapporti dwar l-istat tal-ambjent,;
    • data ta’ monitoraġġ ta’ attivitajiet li jistgħu jaffettwaw l-ambjent;
    • awtorizzazzjonijiet li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent;
    • studji tal-impatt u valutazzjonijiet tar-riskju.
  • Għal affarijiet oħra għajr dawk imsemmija hawn fuq, it-tixrid attiv jista’ jsir b’mod progressiv filwaqt li jitqiesu r-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi meħtieġa.
  • Il-pajjiżi tal-UE jridu jiżguraw li kwalunkwe tagħrif ikkumpilat minnhom jew f’isimhom huwa aġġornat, preċiż u komparabbli.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mill-14 ta’ Frar 2003. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-14 ta’ Frar 2005.

SFOND

  • Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus ilha fis-seħħ mill-2001. Hija bbażata fuq il-premessa li aktar għarfien ta' u involviment fi kwistjonijiet ambjentali jtejbu l-protezzjoni tal-ambjent. Hija ddisinjata sabiex tipproteġi d-dritt ta' kull persuna ta' ġenerazzjonijiet preżenti u futuri biex jgħixu f'ambjent adegwat għas-saħħa u għall-benessri tagħhom. Għal dan il-għan, il-Konvenzjoni tipprovdi għal azzjoni fi tliet oqsma:
    • tiżgura l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali dwar l-ambjent jew għall-awtoritajiet pubbliċi;
    • trawwem il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jaffettwaw l-ambjent;
    • testendi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-kwistjonijiet ambjentali.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

Tagħrif ambjentali: kwalunkwe tagħrif fil-għamla miktuba, li jidher, li jinsama’, elettroniku jew kwalunkwe format ieħor ta’ tagħrif dwar kwistjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/4/KE.

Awtorità pubblika: b’mod partikolari amministrazzjoni governattiva jew amministrazzjoni pubblika oħra nazzjonali, reġjonali jew lokali, inklużi korpi konsultattivi pubbliċi u individwi koperti mil-leġiżlazzjoni. Il-gvernijiet tal-UE jistgħu jiddeċiedu li din id-definizzjoni ma tinkludix korpi meta jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva.

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26-32)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43-48)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/EC tas-17 ta' Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall- ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1-3)

Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali(ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13-19)

Direttiva 2007/2/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1-14)

l-aħħar aġġornament 26.01.2017

Top