EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0329

Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

/* COM/2013/0329 final - 2011/0299 (COD) */

52013PC0329

Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE /* COM/2013/0329 final - 2011/0299 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Kuntest ġenerali

Din l-inizjattiva hija stabbilita fl-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv[1], fejn l-infrastrutturi diġitali jingħataw prijorità bħala parti mill-inizjattiva ewlenija “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”[2]. Enfassizat L-Aġenda Diġitali tfittex, fost l-oħrajn, li timplimenta servizzi onlajn transfruntieri, sabiex tiffaċilita l-mobbiltà tan-negozji u ċ-ċittadini. B'mod partikulari, l-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi hija meħtieġa fejn il-leġiżlazzjoni u inizjattivi dwar is-suq intern (fosthom id-Direttiva dwar is-Servizzi, jew il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Akkwist Elettroniku) isserraħ fuq il-possibbiltà li n-negozji jinteraġixxu u jagħmlu negozju mal-amministrazzjonijiet pubbliċi b'mezzi elettroniċi u bejn il-fruntieri. L-Aġenda Diġitali tkompli tenfasizza il-ħtieġa li jiġu żgurati t-tnedija u l-użu tal-broadband għal kulħadd, b’veloċitajiet akbar, kemm permezz ta’ teknoloġiji fissi kif ukoll permezz ta’ teknoloġiji mingħajr fili, u li jiġi ffaċilitat l-investiment f’netwerks tal-internet ġodda, ultraveloċi, miftuħa u kompetittivi li se jkunu huma l-arterji ta' ekonomija moderna futura. L-UE stabbilixxiet miri ambizzjużi għaliha nfisha f’termini ta’ tnedija u użu tal-broadband sal-2020.

Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “Baġit għall-Ewropa 2020” dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss (MFF) (2014-2020)[3], li jipproponi l-ħolqien ta’ Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) biex tippromwovi t-tlestija tal-infrastrutturi ta’ prijorità tal-enerġija, it-trasport u diġitali b’finanzjament uniku ta’ EUR 40 biljun, li minnhom il-Kummissjoni pproponiet li EUR 9.2 biljun huma jiġu dedikati għal netwerks u servizzi diġitali.

Fit-8 ta' Frar 2013, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet dwar allokazzjoni baġitarja ġdida, mill-MFF, ta' EUR 1 biljun għas-"CEF Diġitali". Abbażi ta' dan, illum il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li timmodifika l-proposta tagħha għal Regolament dwar linjigwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej. Fil-mument tal-abbozzar ta' dan id-dokument, in-negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss għadhom ma ġewx konklużi. B'mod simili, in-negozjati dwar il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi s-CEF għadhom għaddejjin.

Il-proposta mmodifikata tqis, safejn possibbli, l-aktar pożizzjonijiet riċenti fil-Kunsill kif ukoll fil-kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew. Timmira li tiffoka l-intervent tas-CEF fuq għadd iżgħar ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali, abbażi ta' sett ta' kriterji rigorużi għall-prijoritizzazzjoni, u kontribut limitat għall-broadboad permezz ta' strumenti finanzjarji, bil-għan li jintrifed l-investiment privat kif ukoll l-investiment minn sorsi pubbliċi minbarra s-CEF. Minkejja l-kontribut finanzjarju limitat fir-rigward tal-broadband, il-proposta tfassal qafas li jippermetti kontributi usa' mingħand in-negozji u l-atturi istituzzjonali bħall-Bank Ewropew tal-Investiment.

Għan tal-proposta

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi serje ta’ linji gwida li jkopru l-għanijiet u l-prijoritajiet previsti għan-netwerks tal-broadband u l-infrastrutturi tas-servizzi diġitali fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tas-CEF.

Fl-anness, il-linji gwida jidentifikaw il-proġetti ta’ interess komuni għall-użu tan-netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali u n-netwerks tal-broadband. Dawn il-proġetti għandhom jikkontribwixxu għat-titjib tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs), jippromwovu l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali, reġjunali u lokali, kif ukoll l-aċċess għal netwerks bħal dawn, u jappoġġaw l-iżvilupp ta’ Suq Uniku Diġitali. Għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju tal-UE taħt l-istrumenti disponibbli skont ir-Regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li jakkumpanja dan ir-Regolament.

L-approċċ f’dan ir-Regolament huwa li jimmira li jneħħi Dan ir-Regolament jimmira li jneħħi l-konġestjonijiet li jxekklu t-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali jiġifieri jipprovdi konnettività għan-netwerk u l-aċċess, inkluż fuq livell transkonfinali, għal infrastruttura ta’ servizzi diġitali pubbliċi. Is-saded f’termini operazzjonali għan-netwerks tat-telekomunikazzjoni, b’kuntrast għal eż. finanzjament ta’ triq ċirkolari (ring-road) madwar belt kapitali li hija essenzjali għall-fluwidità f’kuritur tat-trasport, jikkonċernaw kemm l-aspetti fuq in-naħa tal-provvista kif ukoll tad-domanda. Għan-naħa tal-provvista, il-limitazzjonijiet huma relatati ma’ sitwazzjoni subottimali tas-suq, grad għoli ta’ fallimenti tas-suq u l-mudelli tan-negozju konkomitanti dgħajfa għal investiment fin-netwerks tal-broadband u t-twassil ta’ servizzi essenzjali ta’ interess pubbliku (eż. is-Saħħa elettronika, l-Identità elettronika, l-Akkwist elettroniku u l-interoperabbiltà transkonfinali tagħhom). Min-naħa tad-domanda, is-Suq Uniku Diġitali bil-potenzjal ta’ tkabbir konsiderevoli tiegħu jiddependi fuq is-sitwazzjoni fejn iċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet kollha jkunu konnessi man-netwerks diġitali.

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa timmira li tuża strumenti finanzjarji innovattivi sabiex tinċentivizza l-investiment fl-infrastruttura billi tnaqqas ir-riskju tal-investiment u billi tipprovdi finanzjament għal perjodu itwal ta’ żmien kemm għall-investituri alternattivi kif ukoll għal dawk stabbiliti. L-istrumenti finanzjarji innovattivi jipprovdu effett ta’ ingranaġġ importanti fuq l-investiment privat u l-investiment pubbliku ieħor filwaqt li xorta waħda jiddependu fuq il-mekkaniżmi tas-suq. Fejn il-każ tan-negozju għall-investiment fl-infrastruttura jkun partikolarment dgħajjef, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tipprevedi wkoll il-possibbiltà li toffri kofinanzjament permezz ta’ għotjiet.

Fil-qasam tan-netwerks tal-broadband, l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-broadband għandhom jappoġġaw investimenti f’netwerks li, sal-2020, kapaċi jilħqu l-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa ta’ kopertura universali ta’ 30Mbps; jew li jkollhom mill-anqas 50 % tad-djar abbonati għal veloċitajiet ogħla minn 100Mbps. Se jinħoloq portafoll bilanċjat ta’ proġetti ta’ 30 u 100Mbps u għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-ħtiġijiet ta’ investiment tal-Istati Membri li b’mod indikattiv huma vvalutati li jlaħħqu sa EUR 270 biljun.

Għall-infrastruttura infrastrutturi tas-servizz diġitali, il-konġestjonijiet f’termini ta’ użu tas-servizzi fi ħdan l-oqfsa interoperabbli huma indirizzati permezz tal-akkwist pubbliku u ta’ skemi ta’ għotja diretta, f’ċerti każijiet l-iktar b'finanzjament sħiħ ta' pjattaformi fuq il-livell tal-UE, b’rati għoljin ta’ kofinanzjament għaliex ma hemmx sidien fiżiċi ta’ infrastruttura Ewropea tas-servizz interoperabbli. Fil-fatt, la l-Istati Membri individwali, u lanqas l-investituri privati ma jkunu jiżguraw l-użu ta' servizzi transfruntieri tas-servizzi fi ħdan l-oqfsa interoperabbli. Għaldaqstant, il-valur miżjud tal-UE huwa għoli.

Il-proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali jagħtu l-ewwel prijorità lil elementi modulari kif elenkati fl-Anness jinkludu l-konnessjonijiet bażi (backbone) trans-Ewropej ta’ veloċità għolja għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, it-twassil transkonfinali ta’ servizzi ta’ Gvern elettroniku bbażat fuq identifikazzjoni u awtentikazzjoni interoperabbli (eż. proċeduri elettroniċi għall-Ewropa kollha: għall-istabbilment ta’ negozju; għall-akkwist transkonfinali, il-Ġustizzja elettronika, is-servizzi transkonfinali tas-Saħħa elettronika); awtorizzazzjoni tal-aċċess għal informazzjoni tas-settur pubbliku, inkluż ir-riżorsi diġitali ta’ wirt Ewropew, data.eu u riżorsi multilingwi; sikurezza u sigurtà (internet aktar sikur u infrastrutturi kritiċi tas-servizz) u servizzi ta’ enerġija intelliġenti. Proġetti ta’ interess komuni jistgħu jinkludu wkoll l-operat ta’ servizzi elettroniċi pubbliċi implimentati taħt programmi Komunitarji oħrajn bħall-programm ISA (“Interoperability solutions for European public administrations” - “Soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej”). Fuq bażi annwali, skont il-finanzjament disponibbli, se jiġu identifikati Infrastrutturi ta' Servizzi Diġitali speċifiċi fl-Anness bil-għan li jiġu implimentati.

Għan-netwerks tal-broadband, l-ammont ta' riżorsi disponibbli skont dan ir-Regolament se jkun żgħir. Filwaqt li jibqa' validu r-razzjonal favur appoġġ finanzjarju pubbliku f'oqsma fejn l-investiment privat mhuwiex biżżejjed, l-appoġġ pubbliku jkollu jiġi primarjament minn sorsi differenti mis-CEF, b'mod partikulari minn sorsi nazzjonali u mill-Fondi Ewropej Strutturali u tal-Investiment, fejn it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni x'aktarx jiġu inklużi fost l-għanijiet tematiċi koperti mir-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni ta' prijoritajiet tematiċi.

Madankollu, fid-dawl tal-importanza ewlenija tan-netwerks tal-broadband għat-tkabbir u għall-impjiegi, u fid-dawl tal-isfidi – kemm finanzjarji u kemm tekniċi – marbutin mal-investiment pubbliku f'dan is-settur, dan ir-Regolament jipprevedi intervent limitat ta' abilitazzjoni. Is-CEF se jiffinanzja kontribut żgħir lejn l-istabbiliment ta' strumenti finanzjarji fil-livell tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "l-Unjoni"), b'mod partikulari f'kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment, bil-potenzjal li jiffaċilita l-użu effiċjenti ta' riżorsi oħra pubbliċi kif ukoll privati. Għaldaqstant, is-CEF waħdu jkun jista' jiffinanzja biss għadd limitat ta' proġetti tal-broadband, iżda minbarra dan, se jiffaċilita l-allokazzjoni effiċjenti, pereżempju, tal-Fondi Ewropew Strutturali u ta' Investiment (ESIF), billi jippermetti lill-Awtoritajiet ta' Ġestjoni jagħmlu kontribut mill-programmi operattivi. Tali kontributi se jkunu ddelimitati għall-użu fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat, u jistgħu jiffaċilitaw massa kritika u ekonomiji ta' skala fit-twassil ta' proġetti. Fl-istabbiliment ta' qafas li jippermetti kontributi usa' mingħand in-negozji u l-atturi istituzzjonali, il-proposta tfittex li tkattar il-livell ta' kontributi lejn il-proġetti ta' broadband ta' interess komuni, ħafna lil hinn mill-finanzjament abilitat permezz tar-Regolament.

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-UE taħt l-istrumenti disponibbli taħt ir-Regolament li jistabbilixxi s-CEF[4] l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Għaldaqstant, din il-proposta għandha tinqara flimkien mal-proposta għal dak ir-Regolament. Ir-Regolament jistipula wkoll il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ proġetti ġodda ta’ interess komuni, abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-prijoritajiet politiċi li jinbidlu, l-iżviluppi teknoloġiċi jew is-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti.

2.           RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Fir-rigward tat-tnedija tal-broadband, saru diversi konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, l-industrija u partijiet interessati soċjali. B’mod partikolari, dawn kienu jinkludu laqgħa tal-Viċi President Kroes ma’ Kapijiet Eżekuttivi minn kumpaniji ta’ fornituri tal-kontenut, fabbrikanti tat-tagħmir, investituri u operaturi tat-telekomunikazzjonijiet mill-kumpaniji ewlenin tad-dinja bħal Nokia, Alcatel Lucent, Google, Ericsson, News Corp, eċċ., u l-ewwel Assemblea tal-Aġenda Diġitali, li seħħet ġewwa Brussell fis-16 u s-17 ta’ Ġunju 2011, li laqqgħet flimkien iżjed minn 1,000 parti interessata mis-setturi pubbliċi u privati, kif ukoll is-soċjetà ċivili. F’dawn l-okkażjonijiet u diversi okkażjonijiet oħra, il-partijiet interessati kkondividew b’mod ġenerali l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-mudell eżistenti ta’ investiment fit-telekomunikazzjoni mhuwiex biżżejjed sabiex tinkiseb it-tnedija ta’ infrastrutturi li ma jiswewx ħafna flus u ta’ kwalità għolja tal-broadband għaċ-ċittadini Ewropej kollha, u jilqgħu b’sodisfazzjon il-pjanijiet tal-Kummissjoni għall-użu ta’ investiment pubbliku mmirat, eż. permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi, għall-ingranaġġ tal-investiment meħtieġ fl-infrastruttura biex jappoġġa mudelli ta’ investiment alternattivi u aktar sostenibbli.

F’abbozz ta’ rapport dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) tal-ġejjieni, il-Parlament Ewropew irrikonoxxa l-importanza tal-użu tal-baġit għall-ingranaġġ tal-investiment fil-broadband.

Rigward l-infrastrutturi tas-servizz diġitali transkonfinali, il-Kummissjoni ilha taħdem ma’ diversi gruppi ta’ partijiet interessati għal bosta snin. L-evalwazzjonijiet u l-pariri tal-esperti dwar l-attivitajiet eżistenti, bħall-Europeana (għall-wirt kulturali) jew il-programm Safer Internet ġeneralment jitolbu li l-attivitajiet jitkomplew u jinfirxu.

Fid-dawl tat-tnaqqis indikattiv fil-baġit minn EUR 9.2 biljun għal EUR 1 biljun, hemm ħtieġa evidenti li jiġi limitat l-ambitu tal-programm. Għall-infrastrutturi tas-servizzi diġitali, dan jista' jinkiseb jew billi jitnaqqas l-għadd ta' servizzi proposti oriġinalment, jew billi jiġi introdott sett ta' kriterji aktar stretti ta' finanzjament. Fil-fatt, il-proposta preżenti tal-Kummissjoni tagħmel it-tnejn li huma: Żewġ servizzi ma nżammewx fl-Anness ta' din il-proposta ("Konnessjonijiet bażi trans-Ewropej ta’ veloċità għolja għall-amministrazzjonijiet pubbliċi", "Soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal netwerks tal-enerġija intelliġenti u għall-forniment ta’ Servizzi tal-Enerġija Intelliġenti") għal raġunijiet baġitarji, filwaqt li żdiedet infrastruttura ta' servizz ġenerali (ara isfel).

Fid-deliberazzjonijiet leġiżlattivi li saru s'issa, il-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar it-Telekomunikazzjonijiet issuġġerixxa li jiżdiedu infrastrutturi addizzjonali ta' servizzi diġitali dwar "Proċeduri elettroniċi għall-moviment minn pajjiż għall-ieħor", "Pjattaforma Ewropea għall-interkonnessjoni tas-servizzi tal-impjiegi u tas-sigurtà soċjali", u "Pjattaformi ta' kooperazzjoni amministrattiva onlajn". Għal raġunijiet baġitarji, ma nżammewx kollha fl-Anness ta' din il-proposta.

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija tal-Parlament Ewropew żied infrastrutturi addizzjonali ta' servizzi diġitali dwar "L-użu ta' infrastrutturi fit-trasport pubbliku li jippermettu l-użu ta' servizzi ta' prossimità sikuri u interoperabbli", " Pjattaforma ta' Soluzzjoni Onlajn għat-Tilwim", "Pjattaforma Ewropea ta' Aċċess għar-Riżorsi Edukattivi", u "Servizzi ta' fatturar elettroniċi transkonfinali interoperabbli". Uħud minn dawn inżammew fl-Anness ta' din il-proposta.

Fil-qasam tal-broadband, il-programm jew ma setax jipprevedi intervent, jew ma setax jipprovdi għal intervent limitat li jfittex li jirfed fondi privati u pubbliċi oħra. Billi se jkun hemm fondi tal-UE disponibbli għall-broadband taħt l-ESIF, b'mod partikulari bħala r-raba’ prijorità ta' konċentrazzjoni tematika fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u billi l-użu ta' fondi strutturali għall-broadband kien ta' sfida, din il-proposta tipprevedi li tistabbilixxi strumenti finanzjarji bil-għan li jipprovdu mod effiċjenti għall-allokar, fost l-oħrajn, ta' fondi strutturali.

Il-Kunsill u l-Parlament qablu li l-intervent ma għandux jisposta l-investiment privat. Iż-żewġ istituzzjonijiet qablu wkoll li l-intervent għandu jissejjes fuq il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika – madankollu, il-PE daħħal miri ta' veloċitajiet ta' trażmissjoni ambizzjużi ħafna ("1Gbps fejn possibbli u aktar"), filwaqt li ċerti Stati Membri fittxu li jillaxkaw il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni li torbot l-intervent tas-CEF mal-mira tat-tieni Aġenda Diġitali għall-Ewropa, ta' 30 Mbps. Billi tisħaq li l-fondi tal-UE jiġu pprijoritizzati lejn teknoloġiji tal-ogħla livell, filwaqt li tagħti lill-Istati Membri flessibbiltà fl-għażla tal-proġetti fil-pajjiżi tagħhom li għandhom igawdu mill-aċċess għal fondi fit-tul, din il-proposta tikkonferma r-rabta mal-miri tal-Aġenda Diġitali, filwaqt li żżomm l-ispirtu tal-preferenzi espressi miż-żewġ istituzzjonijiet. Kien hemm aktar diskussjonijiet dwar il-metodu ppreferut ta' intervent, jiġifieri għotjiet jew strumenti finanzjarji (self, garanziji, bonds tal-proġetti, ekwità). Fid-dawl tar-riżorsi limitati, din il-proposta tipprovdi biss għall-istabbiliment ta' strumenti finanzjarji, bħala sorsi ta' fondi fit-tul ipprezzati b'mod effiċjenti, allinjati mal-ħtiġijiet infrastruttuali.

Dwar punti orizzonatali, il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni pprevediet setgħat ta' atti ddelegati biex jemendaw il-lista ta' Proġetti ta' Interess Komuni fl-Anness. Din il-proposta tqis it-tħassib espress b'mod partikulari mill-Istati Membri, u minflok, tipprevedi kitba suffiċjentement flessibbli fl-Anness, u tagħraf li l-aġġustamenti meħtieġa għall-programmi se jsiru permezz ta' Att ta' Implimentazzjoni.

Matul in-negozjati leġiżlattivi u baġitarji, is-CEF ġie appoġġjat minn għadd ta' organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati, fosthom Digital Europe, il-Fondazzjoni Europeana, il-Public Sector Information Alliance, il-Multilingual Europe Technology Alliance, il-European Telecommunications Network Operators' Association, il-European Competitive Telecommunications Association, u l-FTTH Council.

Ir-rapport oriġinali dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt, li sar fl-2011, iddiskuta jiddiskuti żewġ alternattivi. L-ewwel, l-alternattiva bażika tipprevedi pprevediet li ma għandu jiġi allokat l-ebda finanzjament tal-UE għall-broadband ħlief, potenzjalment, permezz tal-ESIF fondi strutturali u t-tkomplija tal-Programm Kompetittività u Innovazzjoni għall-infrastrutturi tas-servizz diġitali fl-iskala tal-piloti biss. F’dan ix-xenarju ma jinkisbu l-ebda massa kritika jew użu ta’ servizzi diġitali, l-investiment fil-broadband ikompli jkun mhux suffiċjenti u ffinanzjat b'mod ineffiċjenti f’bosta reġjuni minħabba n-nuqqas ta’ pressjoni kompetittiva u r-riskju kummerċjali għoli. B’mod ekwu, is-servizzi pubbliċi online jistgħu jkunu mistennija li jibqgħu mhux żviluppati biżżejjed u mhux interoperabbli bejn il-fruntieri minħabba l-frammentazzjoni tal-isforzi jew sforzi u s-soluzzjonijiet tekniċi subottimali, in-nuqqas ta’ massa kritika, l-ispejjeż għolja għall-fornituri tas-servizzi u l-benefiċjarji tas-servizzi. Għalhekk, din l-alternattiva ma tagħtix kontribut għall-kisba tas-Suq Uniku Diġitali, u bosta Ewropej ikomplu jitilfu l-opportunitajiet diġitali.

It-tieni alternattiva tipproponi għodda għodod ta’ finanzjament li jikkumplimentaw u jirfdu tkun tikkumplimenta r-riżorsi ta’ finanzjament disponibbli bħalissa taħt l-ewwel alternattiva. Din hija l-linja ta’ azzjoni inkluża fil-proposta tal-MFF maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fid-29 ta’ Ġunju 2011, li toħloq “Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” biex tiffinanzja l-infrastruttura. Il-faċilità l-ġdida se tiffinanzja proġetti ta’ infrastruttura b’valur miżjud tal-UE għoli, mhux biss infrastruttura 'iebsa', iżda wkoll infrastruttura 'ratba u intelliġenti' u strutturi amministrattivi biex jiġu realizzati n-“netwerk ċentrali” tat-trasport, il-"kurituri ta’ prijorità" tal-enerġija kif ukoll l-infrastruttura diġitali. Il-faċilità tkun qed timmira proġetti b’valur miżjud Ewropew għoli, bħall-interkonnessjonijiet transkonfinali jew l-użu ta’ sistemi għall-UE kollha, li jridu jiġu implimentati sal-2020. Sabiex jiġi massimizzat l-impatt, dispożizzjonijiet xierqa jkunu qed jassiguraw il-kombinazzjoni ta’ strumenti bbażati fuq is-suq u appoġġ dirett mill-UE, sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ investituri fl-infrastruttura speċjalizzata. Fil-każ tal-għotjiet, il-Kummissjoni tkun qed tibqa’ responsabbli għall-ippjanar kumplessiv u l-alternattiva tal-proġetti, bl-appoġġ possibbli ta’ aġenzija eżekuttiva, filwaqt li dawk li jippromwovu l-proġetti jkunu qed jiżguraw l-implimentazzjoni fiżika fuq il-post. Fil-każ tal-istrumenti finanzjarji, l-implimentazzjoni se tiġi delegata lil istituzzjonijiet finanzjarji speċjalizzati, iżda l-Kummissjoni se tiddetermina l-eliġibbiltà. L-Istati Membri se jikkontribwixxu għall-isforz billi jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali għall-internet b’veloċità għolja f’konformità mal-miri tal-broadband, filwaqt li l-immappjar tal-infrastruttura u s-servizzi tal-broadband (fuq il-livell tal-UE u nazzjonali/reġjonali) se jidentifika n-nuqqasijiet fil-kopertura u jistimula inizjattivi minn multipliċità ta’ investituri privati u pubbliċi. Il-proposta l-ġdida ma tibdilx b'mod fondamentali l-ispirtu jew il-metodi ta' intervent analizzati fit-tieni alternattivi, iżda tnaqqas l-ambitu tiegħu permezz ta' kriterji aktar stretti ta' eliġibbiltà.

Għadd kbir ta' servizzi diġitali transfruntieri, li jimplimentaw skambji bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej b'appoġġ għall-politiki tal-UE, huma realtà. Meta niġu biex nipprovdu soluzzjonijiet ġodda, huwa importanti li nisfruttaw is-soluzzjonijiet eżistenti implimentati fil-kuntest ta' inizjattivi Ewropej oħra, li nevitaw id-duplikazzjoni tax-xogħol, u li niżguraw il-koordinazzjoni u l-allinjar tal-approċċi u s-soluzzjonijiet fost l-inizjattivi u l-politiki, fosthom, ngħidu aħna, il-programm tal-ISA, il-programm Fiscalis, u Orizzont 2020.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Bażi legali

Ir-Regolament propost se jħassar u jieħu post id-Deċiżjoni 1336/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar serje ta’ linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej.

L-intervent propost se jkun skont l-Artikolu 172 tat-TFUE, li jipprovdi bażi legali għall-intervent tal-UE b’appoġġ għall-istabbilment u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tal-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija.

Sussidjarjetà u proporzjonalità

L-iżvilupp ikkoordinat ta’ netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej biex jappoġġaw l-użu tal-infrastrutturi tal-broadband u l-promozzjoni tas-servizzi fi ħdan is-suq uniku Ewropew u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, jirrikjedi li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni billi l-azzjonijiet ma setgħux jittieħdu b’mod individwali mill-Istati Membri.

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u tibqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-azzjoni fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej, kif definit fl-Artikolu 170 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Alternattiva tal-istrument legali

Il-Linji gwida preżenti dwar it-Telekomunikazzjonijiet ġew proposti u adottati bħala Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hija indirizzata speċifikament lill-Istati Membri, li tagħmel il-Linji gwida jorbtu fl-intier tagħhom għall-Istati Membri kollha.

Madankollu, l-istrument se jiffaċilita b’mod partikolari l-użu tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet u l-promozzjoni tas-servizzi minn entitajiet privati (inklużi operaturi, utilitajiet, manifatturi tat-tagħmir, eċċ.) u awtoritajiet reġjonali u lokali. B’aktar atturi apparti l-Istati Membri involuti fl-ippjanar, l-iżvilupp u l-operat ta’ netwerks tat-telekomunikazzjonijiet diġitali, huwa importanti li jiġi assigurat li l-Linji gwida jkunu vinkolanti għal kulħadd. Il-Kummissjoni għalhekk għażlet Regolament bħala l-istrument legali għal din il-proposta.

Finanzjament

Proġetti ta’ interess komuni għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju mill-UE taħt l-istrumenti disponibbli skont ir-Regolament li jistabbilixxi s-CEF [XX/20012]. L-appoġġ finanzjarju għandu jiġi pprovdut skont ir-regoli u l-proċeduri rilevanti adottati mill-Unjoni, il-prijoritajiet tal-finanzjament u d-disponibbiltà tar-riżorsi.

Delega ta' setgħat

In-netwerks tat-telekomunikazzjoni qegħdin jevolvu b’pass mgħaġġel u l-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni tista’ jkollha bżonn tiġi modifikata fil-ġejjieni biex tirrifletti din l-evoluzzjoni mgħaġġla. Sabiex dan jitwettaq, huwa propost li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni.

Implikazzjonijiet għal proposti oħra tal-Kummissjoni

Din il-modifika tal-proposta tal-Kummissjoni tolqot portafoll ieħor li bħalissa għaddej mill-proċess leġiżlattiv, jiġifieri r-Regolament li jistabbilixxi s-CEF. Dan ir-Regolament jiddetermina l-kundizzjonijiet, il-metodi u l-proċeduri għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lin-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, lis-settur tal-enerġija, u lis-settur tat-telekomunikazzjonijiet.

Il-bidliet meħtieġa mhux se jolqtu l-elementi orizzontali tar-Regolament tas-CEF, minbarra billi jimmarkaw ir-Regolament tal-ŻEE bħala relevanti, sabiex jippermetti l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi taż-ŻEE.

Il-bidliet fir-Regolament tas-CEF se jkunu limitati, u jistgħu jinkludu r-riformulazzjoni ta' ċerti premessi biex jirriflettu l-bidla fl-enfasi tal-intervent u l-aġġustament jew it-tħassir ta' ċerti dispożizzjonijiet, inkluż l-Artikolu 7(4) dwar l-eliġibbiltà u l-kundizzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, u l-Artikolu 10(4)(b) dwar ir-rati ta' finanzjament għall-azzjonijiet fil-qasam tal-broadband. Fl-Artikolu 20, id-delega ta' setgħa biex temenda l-parti tal-Anness li tikkonċerna t-telekomunikazzjonijiet ma tibqax neċessarja.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta mhux se tinvolvi xi spiża addizzjonali għall-baġit tal-UE..

Il-proposta għal Regolament dwar il-linjigwida għall-implimentazzjoni tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej hija marbuta mal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi s-CEF l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF – Connecting Europe Facility) li se tipprovdi l-qafas leġiżlattiv u finanzjarju. Il-proposta tal-Kummissjoni għal MFF ġdid ipprevediet ammont ta' Ammont ta’ EUR 9.2 biljun[5] qed jiġi allokat għat-telekomunikazzjonijiet fi ħdan il-pakkett tas-CEF. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta' Frar 2013 dwar l-MFF tal-2014-2020 għall-parti tat-telekomunikazzjonijiet tas-CEF stabbilew ammont ta' EUR 1.0 biljun (fi prezzijiet tal-2011). L-ammont aħħari allokat għat-telekomunikazzjonijiet se jkun magħruf ladarba jintlaħaq il-qbil politiku dwar il-figuri tal-MFF, u ladarba l-bażi legali ġdida tkun ġiet adottata mill-Awtorità Leġiżlattiva.

2011/0299 (COD)

Proposta emendata għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[7],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       In-netwerks u s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet qegħdin isiru infrastrutturi dejjem aktar ibbażati fuq l-internet, b’interrelazzjoni mill-qrib bejn in-netwerks tal-broadband u s-servizzi diġitali. L-internet qiegħed isir il-pjattaforma dominanti għall-komunikazzjoni, is-servizzi, u biex isir in-negozju. Għalhekk, id-disponibbiltà trans-Ewropea ta’ aċċess veloċi għall-internet u s-servizzi diġitali fl-interess pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u s-Suq Uniku.

(2)       Fis-17 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew approva l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa[8], li timmira li twitti t-triq biex timmassimizza l-potenzjal soċjali u ekonomiku tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Tfittex li tixpruna l-provvista u d-domanda ta' infrastruttura kompetittiva tal-internet b'veloċità għolja u servizzi diġitali kompetittivi bbażati fuq l-internet, sabiex navvanzaw lejn Suq Uniku Diġitali ta' veru, li huwa essenzjali għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

(3)       Ir-Regolament (UE) Nru […/…] tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill ta' […] li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF)[9] jiddetermina l-kundizzjonijiet, il-metodi u l-proċeduri għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lin-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, tal-enerġija u tal-komunikazzjoni diġitali. Billi hemm sfidi u opportunitajiet simili fis-setturi koperti mir-Regolament tas-CEF, hemm lok sinifikanti għall-isfruttar ta' sinerġiji, inkluż billi jiġi kkombinat il-finanzjament tas-CEF ma' sorsi oħra ta' finanzjament.

(4)       Għadd kbir ta' servizzi diġitali transfruntieri, li jimplimentaw skambji bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej b'appoġġ għall-politiki tal-UE, huma realtà. Meta niġu biex nipprovdu soluzzjonijiet ġodda, huwa importanti li nisfruttaw is-soluzzjonijiet eżistenti implimentati fil-kuntest ta' inizjattivi Ewropej oħra, li nevitaw id-duplikazzjoni tax-xogħol, u li niżguraw il-koordinazzjoni u l-allinjar ta' approċċi u soluzzjonijiet fost l-inizjattivi u l-politiki, fosthom, ngħidu aħna, il-programm tal-ISA, il-programm Fiscalis, u Orizzont 2020. B'mod simili, huwa importanti li s-soluzzjonijiet jikkonformaw ma' standards, speċifikazzjonijiet u orjentazzjonijiet miftiehma, bħall-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà għas-servizzi pubbliċi Ewropej (EIF)[10].

(5)       Proġetti pilota fuq skala kbira bejn l-Istati Membri, kofinanzjati mill-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, fosthom PEPPOL, STORK, epSOS, eCODEX jew SPOCS, ivvalidaw servizzi diġitali transfruntieri ewlenin fis-suq intern, abbażi ta' elementi modulari komuni. Dawn diġà ntlaħqu, jew se jilħqu fil-futur qrib, il-livell ta' maturità meħtieġa għall-implimentazzjoni. Il-proġetti eżistenti ta' interess komuni diġà ddemostraw il-valur miżjud evidenti tal-azzjoni fuq il-livell Ewropew, bħal fl-oqsma tal-wirt kulturali (Europeana), il-protezzjoni tat-tfal (Internet Aktar Sikur), is-sigurtà soċjali (EESSI), filwaqt li ġew proposti oħrajn, bħal fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumaturi (ODR).

(6)       Infrastrutturi ta' servizzi diġitali implimentati skont id-Deċiżjoni 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej[11] se jiffaċilitaw l-interazzjoni elettronika bejn il-fruntieri u bejn is-setturi fost l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej. Dan, min-naħa tiegħu, se jippermetti l-għoti ta' servizzi essenzjali, fost l-oħrajn f'oqsma bħall-identifikazzjoni u l-akkwist elettroniku, l-interkonnessjoni transfruntiera tar-reġistri tan-negozji, servizzi tas-saħħa elettroniċi transfruntiera u interoperabbli, kif ukoll il-kooperazzjoni transfruntiera dwar iċ-ċibersigurtà, b'mod li jikkontribwixxi lejn is-Suq Uniku Diġitali. Tali interazzjoni fost l-amministrazzjonijiet se tinkiseb bil-ħolqien u/jew bit-tisħiħ ta' pjattaformi interoperabbli ta' servizzi ewlenin, mibnija fuq elementi modulari komuni eżistenti, u/jew billi jiġu pprovduti elementi modulari addizzjonali essenzjali għall-iżvilupp ta' pjattaformi oħra ta' servizzi ewlenin, u servizzi ġeneriċi relatati li jorbtu l-infrastrutturi nazzjoanli ma' pjattaformi ta' servizzi ewlenin għat-twassil ta' servizzi diġitali transfruntiera.

(7)       Fir-rigward tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali, l-elementi modulari se jieħdu l-prijorità fuq infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali, billi tal-ewwel huma prekondizzjoni għal tat-tieni. Fost l-oħrajn, l-infrastrutturi ta' servizzi diġitali għandhom joħolqu valur miżjud u jilħqu bżonnijiet ipprovati. Għandhom ikunu maturi biżżejjed għall-implimentazzjoni, teknikament kif ukoll operazzjonalment, kif ikun ġie pprovat b'mod partikulari permezz ta' proġetti pilota b'suċċess. Għandhom jissejsu fuq pjan konkret ta' sostenibbiltà sabiex jiżguraw l-operat fit-tul tal-pjattaformi ta' servizzi ewlenin lil hinn mis-CEF. B'hekk, l-għajnuna finanzjarja fil-qafas ta' dan ir-Regolament, kull fejn possibbli, għandha titneħħa b'mod progressiv, u għandhom jiġu mmobilizzati fondi minn sorsi oħra lil hinn mis-CEF.

(8)       L-infrastrutturi ta' servizzi diġitali li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-obbligi legali skont il-liġi tal-UE u/jew li qegħdin jiżviluppaw jew jipprovdu elementi modulari, b'potenzjal ta' impatt qawwi fuq l-iżvilupp ta' servizzi pubbliċi pan-Ewropej, għandhom jiġu pprijoritizzati għall-finanzjament, sabiex jiġu appoġġjati infrastrutturi multipli ta' servizzi diġitali, u sabiex tinbena progressivament ekosistema ta' interoperabbiltà Ewropea. F'dan il-kuntest, l-obbligi legali jfissru dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrikjedu jew l-iżvilupp jew l-użu ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali, jew li jirrikjedu riżultati li jistgħu jinkisbu biss permezz ta' infrastrutturi Ewropej ta' servizzi diġitali.

(9)       L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jkunu involuti bis-sħiħ u b'mod effettiv fil-governanza tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali, u għandhom jiżguraw li l-proġetti ta' interess komuni marbutin mat-twassil transfruntier ta' servizzi ta' gvern elettroniku jqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-EIF.

(10)     Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011 dwar "Il-broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment"[12], il-Parlament Ewropew saħaq li s-servizzi tal-broadband huma essenzjali għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni, u jikkontribwixxi bil-kbir lejn it-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità fl-Unjoni.

(11)     L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tistipula li, sal-2020, l-Ewropej kollha għandu jkollhom aċċess għal veloċitajiet tal-internet 'il fuq mit-30 Mbps, u 50% jew aktar mid-djar Ewropej għandhom ikunu abbonati għal konnessjonijiet tal-internet ta' 'l fuq minn 100 Mbps.

(12)     Is-settur privat għandu jiżvolġi rwol ewlieni fl-iskjerament u l-immodernizzar tan-netwerks tal-broadband, b'appoġġ ta' qafas regolatorju kompetittiv u favur l-investiment. Fejn l-investiment privat ma jkunx biżżejjed, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-isforzi meħtieġa biex jilħqu l-miri tal-Aġenda Diġitali. L-għajnuna finanzjarja pubbliku għall-broadband għandha tkun limitata għal programmi jew inizjattivi li jimmiraw proġetti li ma jistgħux jiġu ffinanzjati biss mis-settur privat, kif ikkonfermat minn valutazzjoni ex-ante li tidentifika imperfezzjonijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali.

(13)     L-istrument(i) finanzjarji għan-netwerks tal-broadband ma għandhomx jgħawġu l-kompetizzjoni, jisfullaw l-investimenti privati, jew joħolqu diżinċentivi li jġiegħlu lill-operaturi privati ma jinvestux. B'mod partikulari, għandhom ikunu konformi mal-Artikoli 101, 102, 106 u 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(14)     Billi r-riżorsi finanzjarji disponibbli fil-qafas tas-CEF huma limitati, l-għajnuna finanzjarja għandha tiffoka fuq l-istabbiliment ta' mekkaniżmi finanzjarji fuq il-livell tal-Unjoni sabiex jiġbdu investimenti addizzjonali, jippromwovu effett ta' tkattir, u b'hekk jiffaċilitaw l-użu ta' fondi privati u pubbliċi oħra għall-investiment. Dan l-approċċ jagħti lok għall-kontributi mingħand in-negozji u l-atturi istituzzjonali, ħafna lil hinn mil-livelli ta' finanzjament eliġibbli direttament permezz tas-CEF.

(15)     L-għajnuna tas-CEF għall-implimentazzjoni tal-broadband għandha tikkomplementa l-għajnuna pprovduta fil-qafas ta' programmi u inizjattivi oħra tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ESIF) f'każijiet fejn valutazzjoni ex-ante tidentifika nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, u fejn jiġi deċiż hekk mill-Awtoritajiet ta' Ġestjoni. L-għajnuna finanzjarja tas-CEF għall-implimentazzjoni tal-broadband għandha tikkontribwixxi lejn l-isforzi tal-Istati Membri kemm b'mod dirett, u kemm billi tipprovdi mezz ta' investiment għall-kontributi volontarji u delimitati minn sorsi oħra, inklużi l-ESIF, u b'hekk tippermetti lill-Istati Membri jisfruttaw l-għarfien espert u l-effetti ta' skala ta' faċilitajiet ġestiti mill-UE bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tal-infiq pubbliku.

(16)     L-Unjoni tista' tappoġġa l-implimentazzjoni ta' netwerks tal-broadband li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa f'kull tip ta' żona, inklużi reġjuni suburbani, rurali, ftit popolati u inqas żviluppati. Dan jinkludi l-implimentazzjoni ta' netwerks tal-broadband biex jistabbilixxu konnessjonijiet bejn gżejjer, reġjuni bla baħar, reġjuni muntanjużi, reġjuni remoti u periferali, inklużi Stati Membri li huma gżejjer, u bejn ir-reġjuni ċentrali tal-Unjoni, u/jew azzjonijiet biex itejbu l-affidabbiltà jew il-prestazzjoni tal-konnessjonijiet bejn tali reġjuni u r-reġjuni ċentrali tal-Unjoni.

(17)     Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-metodu ta' intervent għandu jiġi allinjat mal-karatteristiċi tal-azzjonijiet ikkonċernati. B'hekk, fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali, pjattaformi ta' servizzi ewlenin, li ma jistgħux jiġi ffinanzjati minn sorsi oħra, għandhom jingħataw prijorità għall-finanzjament fil-forma ta' akkwist pubbliku jew, b'mod eċċezzjonali, fil-forma ta' għotjiet, filwaqt li s-servizzi ġeneriċi għandhom jingħataw biss għajnuna finanzjarja limitata mis-CEF. Barra minn hekk, kull għajnuna finanzjarja mis-CEF għandha timmira l-użu effiċjenti tal-fondi tal-UE, u għaldaqstant, in-netwerks tal-broadband għandhom jiġu appoġġjati minn strumenti finanzjarji, li jiżguraw aktar xprunament milli jagħmlu l-għotjiet.

(18)     L-intervent skont dan ir-Regolament għandu jimmira lejn il-ksib ta' sinerġiji u interoperabbiltà bejn il-proġetti differenti ta' interess komuni deskritti fl-Anness, kif ukoll ma' infrastrutturi oħra, inklużi l-infrastrutturi tat-trasport u tal-enerġija appoġġjati mis-CEF, l-infrastrutturi relevanti ta' riċerka appoġġjati, fost l-oħrajn, minn Orizzont 2020, u l-infrastrutturi relevanti appoġġjati mill-ESIF, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piż amministrattiv bla bżonn.

(19)     L-għajnuna finanzjarja għal proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu kkomplimentati minn azzjonijiet orizzontali, inklużi l-għajnuna teknika, miżuri ta' xprunar tad-domanda, u l-koordinazzjoni, li għandhom jimmiraw li jimmassimizzaw l-impatt tal-intervent tal-UE.

(20)     Meta tiġi biex talloka fondi għall-intervent fin-netwerks tal-broadband, il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ta' strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni.

(21)     L-għażla tal-azzjonijiet ġodda li għandhom jiġi ffinanzjati fil-qafas tas-CEF, kif ukoll tal-livell ta' finanzjament tagħhom, għandha ssir bħala parti minn programm ta' ħidma annwali propost mill-Kummissjoni.

(22)     Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Grupp Espert ta' rappreżentanti tal-Istati Membri, li għandu jiġi kkonsultat, u li għandu jikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn il-linjigwida, għall-ippjanar, għall-valutazzjoni, u għall-indirizzar tal-problemi ta' implimentazzjoni,

(2)       Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tvara l-Istrateġija Ewropa 2020. Waħda mit-tliet prijoritajiet tal-Ewropa 2020 hija t-tkabbir intelliġenti permezz tal-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. L-investimenti fit-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari fin-netwerks tal-broadband u l-infrastrutturi tas-servizz diġitali, huma kundizzjoni neċessarja għal tkabbir ekonomiku fl-Unjoni li jkun intelliġenti iżda li jkun ukoll sostenibbli u inklużiv.

(3)       Fis-17 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew approva l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa[13] u talab lill-istituzzjonijiet kollha sabiex jipparteċipaw fl-implimentazzjoni sħiħa tagħha. L-Aġenda Diġitali timmira li tfassal pjan sabiex timmassimizza l-potenzjal soċjali u ekonomiku tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ netwerks tal-broadband b’veloċità għolja billi tara li jiġi żgurat li sal-2020 l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għall-veloċitajiet tal-internet ogħla minn 30 Mbps u 50 % jew aktar tad-djar Ewropej ikunu abbonati għal konnessjonijiet tal-internet b’veloċitajiet ogħla minn 100 Mbps. L-Aġenda Diġitali timmira li tistabbilixxi qafas legali stabbli sabiex tistimula l-investimenti f’infrastruttura miftuħa u kompetittiva tal-internet b’veloċità għolja u fis-servizzi relatati; suq uniku veru għall-kontenut u s-servizzi online; appoġġ attiv għad-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali għani tal-Ewropa, u l-promozzjoni tal-aċċess għall-internet u l-użu minn kulħadd, speċjalment permezz ta’ appoġġ għal-litteriżmu u l-aċċessibbiltà diġitali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw pjanijiet operazzjonali nazzjonali għall-internet b’veloċità għolja, li għandhom fil-mira l-finanzjament pubbliku f’oqsma li l-ħtiġijiet tagħhom ma ntlaħqux kompletament mill-investimenti privati fl-infrastrutturi tal-internet u għandhom jippromwovu l-implimentazzjoni u l-użu tas-servizzi online moderni li huma aċċessibbli.

(4)       Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment[14] tikkonkludi li r-rwol kritiku tal-internet ifisser li l-benefiċċji għas-soċjetà sħiħa jidhru li huma ferm akbar mill-inċentivi privati biex jinvestu f’netwerks aktar veloċi. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku huwa neċessarju għal dan il-qasam, iżda ma għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni bla bżonn.

(5)       Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Baġit għall-Ewropa 2020[15] jirrikonoxxi l-ħolqien ta’ Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet infrastrutturali fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Is-sinerġiji bejn dawn is-setturi kif ukoll ma’ programmi tal-investiment oħra tal-Unjoni huma importanti ħafna għaliex jirriżultaw sfidi simili li jirrikjedu soluzzjonijiet li jirriżultaw fi tkabbir, jikkumbattu l-frammentazzjoni, jsaħħu l-koeżjoni, jiffavorixxu l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi u jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq kif ukoll it-tneħħija tal-konġestjonijiet li jxekklu t-tlestija tas-Suq Uniku.

(6)       Ir-Regolament (UE) Nru […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa[16] jiddetermina l-kundizzjonijiet, il-metodi u l-proċeduri biex jipprovdi l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għan-netwerks trans-Ewropej sabiex jappoġġaw proġetti fil-qasam tal-infrastrutturi tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet.

(7)       L-azzjonijiet fil-qasam tan-netwerks tal-broadband se jkunu konformi mal-politiki, r-regolamentazzjoni u l-gwida rilevanti tal-Unjoni. Dan jinkludi sett ta’ regoli u linji gwida għas-swieq tat-telekomunikazzjonijiet u b’mod partikolari l-Qafas Regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi adottat fl-2009 li jipprovdi approċċ koerenti, affidabbli u flessibbli għar-regolamentazzjoni tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fi swieq li mexjin b’pass mgħaġġel. Dawn ir-regoli qed jiġu implimentati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC – “Body of European Regulators for Electronic Communications”). Ir-Rakkomandazzjoni dwar l-NGA[17] adottata fl-2010 għandha l-għan li trawwem l-iżvilupp tas-Suq Uniku billi ttejjeb iċ-ċertezza legali u tippromwovi l-investiment, il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fis-suq għal servizzi tal-broadband b’mod partikolari fit-tranżizzjoni għan-netwerks ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGAs).

(8)       Dawn l-azzjonijiet se jkunu wkoll konformi mal-Artikoli 101, 102 u 106 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa, kif ukoll mal-Linji Gwida Komunitarji għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat f’rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband, adottati fl-2009, li jipprovdu qafas għall-partijiet interessati u għall-Istati Membri sabiex jaċċelaraw u jestendu l-użu tal-broadband. Il-gwida tal-UE għall-mudelli tal-investiment tal-NGA għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-UE u għal aġenziji rilevanti oħra (ippubblikata f’Ottubru 2011) tipprovdi approċċ pass wara pass għall-implimentazzjoni ta’ firxa ta’ mudelli li jiżguraw kompetizzjoni ġusta fost il-fornituri kollha u jimmiraw li jitwettqu l-għanijiet tal-politiki ta’ koeżjoni u tal-iżvilupp rurali.

(9)       Fil-qafas ta’ sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, l-intervent tal-Unjoni huwa neċessarju fejn huwa meħtieġ li jingħelbu n-nuqqasijiet tas-suq. Billi tipprovdi appoġġ finanzjarju u ingranaġġ ta’ finanzjament addizzjonali għall-proġetti ta’ infrastruttura, l-Unjoni tista’ tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, u b’hekk tiġġenera benefiċċji akbar f’termini tal-impatt fis-suq, l-effiċjenza amministrattiva u l-utilizzazzjoni tar-riżorsi.

(10)     Ma’ veloċitajiet ogħla tal-broadband hemm assoċjati benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostanzjali, li ma jistgħux jiġu maqbuda (captured) u l-anqas ma jistgħu jiġu mibdula fi flus mill-investituri. Il-broadband veloċi u ultraveloċi huwa ċ-ċavetta li tippermetti l-infrastruttura għall-iżvilupp u l-użu ta’ servizzi diġitali, li jiddependu fuq id-disponibbiltà, il-veloċità, l-affidabilità u r-reżiljenza tan-netwerks fiżiċi. L-introduzzjoni u l-adozzjoni ta’ netwerks aktar veloċi twitti t-triq għal servizzi innovattivi li jisfruttaw il-veloċitajiet akbar. Hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-interazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ komponenti tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet diġitali.

(11)     B’mod partikolari l-użu ta’ broadband ultraveloċi se jkun ta’ benefiċċju għall-impriżi żgħar u medji (SMEs) li spiss ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi bbażati fuq il-web bħall-‘cloud computing’ minħabba l-konnettività inadegwata u l-veloċità eżistenti tal-konnessjonijiet tal-broadband. Dan se jgħin il-potenzjal għal żidiet sostanzjali fil-produttività għall-SMEs.

(12)     Billi jiftaħ opportunitajiet ta’ negozju, l-użu tan-netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali se jistimula l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Il-bini ta’ netwerks tal-broadband se jkollu wkoll effett immedjat fuq l-impjiegi b’mod partikolari fis-settur tal-inġinerija ċivili.

(13)     L-iżvilupp tan-netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali se jikkontribwixxi għall-għan tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjoni tal-gass serra billi tawtorizza soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija f’bosta setturi tal-ekonomija tal-Ewropa. Dan l-effett pożittiv se jkun limitat, iżda sa ċertu punt biss, mid-domanda għall-enerġija u r-riżorsi li qed tikber relatata l-aktar mal-bini tan-netwerks tal-broadband u l-operat tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali.

(14)     L-interoperabilità tan-netwerks tal-broadband u l-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet diġitali assoċjati man-netwerks tal-enerġija tippermetti l-ġabra ta’ komunikazzjonijiet (converged communications) għall-użu ta’ netwerks diġitali li jużaw l-enerġija b’mod effiċjenti, affidabbli u li huma kost-effettivi. Barra minn hekk, din il-ġabra ta’ komunikazzjonijiet se tiġi estiża lil hinn mill-konnettività biex tippermetti l-forniment f’pakkett ta’ servizzi tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni minn fornituri ta’ servizzi tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni rispettivament.

(15)     L-iżvilupp, l-użu u l-provvediment fuq perjodu fit-tul ta’ servizzi transkonfinali interoperabbli ta’ Gvern elettroniku jtejbu l-funzjonament tas-Suq Uniku. Il-gvernijiet huma rikonoxxuti għall-għoti ta’ servizzi pubbliċi online li jikkontribwixxu sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-effikaċja tas-settur pubbliku u s-settur privat.

(16)     L-operat tas-servizzi elettroniċi pubbliċi komuni implimentati b’konformità mad-Deċiżjoni 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009[18] se jkollu fil-mira tiegħu d-disponibbiltà tas-servizzi komuni b’appoġġ għall-interazzjoni transkonfinali u transettorjali bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

(17)     Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa[19] transkonfinali tagħti l-qafas legali għall-provvediment transkonfinali tal-kura tas-saħħa, inklużi s-servizzi ta’ Saħħa elettronika, fl-Ewropa. L-użu tagħhom huwa mistenni li jtejjeb il-kwalità tal-kura u s-sikurezza tal-pazjenti, inaqqas l-ispejjeż mediċi, jikkontribwixxi għall-immodernizzar tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali u jżid l-effiċjenza tagħhom, u jagħmilhom iżjed addattati għall-ħtiġijiet individwali taċ-ċittadini, il-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa, u l-isfidi ta’ soċjetà li qiegħda tixjieħ.

(18)     Iż-żieda u l-preservazzjoni tal-aċċess għall-kontenut u d-dejta kulturali għonja u varji tal-Ewropa miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku, u l-ftuħ tagħhom għall-użu mill-ġdid b’rispett sħiħ lejn id-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati, se jrawmu l-kreattività u jistimulaw l-innovazzjoni u l-intraprenditorija. L-aċċess mingħajr intoppi għall-użu mill-ġdid ta’ riżorsi multilingwi se jgħin jegħleb l-ostakli tal-lingwa, li jxekklu s-suq intern għas-servizzi online u jillimitaw l-aċċess għall-għarfien.

(19)     Fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà, pjattaforma mifruxa madwar l-UE għall-kondiviżjoni tar-riżorsi, is-sistemi ta’ informazzjoni u l-għodod tas-softwer li jippromwovu s-sikurezza online se tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ambjent online aktar sikur għat-tfal. Se tippermetti lil ċentri li jirċievu mijiet ta’ eluf ta’ talbiet u allerti fis-sena sabiex joperaw madwar l-Ewropa. Infrastrutturi tal-Informazzjoni Kritika se jtejbu l-kapaċità tal-Unjoni kollha għat-tħejjija, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-koordinazzjoni u r-reazzjoni għat-theddid għaċ-ċibersigurtà.

(20)     Huwa mistenni li se jirriżultaw applikazzjonijiet innovattivi ta’ natura kummerċjali li joperaw fuq infrastrutturi tas-servizz diġitali. L-esplorazzjoni u l-ittestjar tagħhom jistgħu jiġu kofinanzjati bħala parti minn proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni fil-programm Orizzont 2020 u l-użu tagħhom taħt il-politika ta’ koeżjoni.

(21)     Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-setgħa sabiex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. L-għan ta’ din id-delega huwa li tindirizza żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda, prijoritajiet politiċi emerġenti jew opportunitajiet għall-isfruttament ta’ sinerġiji bejn infrastrutturi differenti, inklużi dawk fl-oqsma tat-Trasport u tal-Enerġija. L-ambitu tad-delega huwa limitat għall-modifikazzjoni tad-deskrizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni, iż-żieda ta’ proġett ta’ interess komuni jew it-tneħħija ta’ proġett obsolet ta’ interess komuni skont il-kriterji stabbiliti minn qabel li huma ċari u trasparenti.

(22)     Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(23)     Id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar serje ta’ linji gwida għan-networks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej[20] tkopri l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-punti prinċipali tal-miżuri previsti fin-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet. Fid-dawl tal-iżviluppi reċenti, dik id-Deċiżjoni għandha tiġi sostitwita.

(24)     Id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE għandha għalhekk tiġi revokata.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Suġġett

1.           Dan ir-Regolament jistabbilixxi linjigwida għall-implimentazzjoni f'waqtha u l-interoperabbiltà ta' proġetti ta' interess komuni fil-qafas tan-netwerks trans-Ewropej tat-telekomunikazzjonijietsabiex jiġu determinati dawk in-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej li għandhom jiġu appoġġati skont ir-Regolament XXX (ir-Regolament CEF) fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, l-użu, l-interkonnessjoni, u l-interoperabilità tagħhom.

Dawn il-linji gwida jipprovdu għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-proġetti ta’ interess komuni, jidentifikaw proġetti ta’ interess komuni u jistabbilixxu kriterji għall-identifikazzjoni ta’ proġetti ġodda ta’ interess komuni.

2.           B'mod partikulari, dan ir-Regolament jipprovdi għal:

(a) l-għanijiet għall-proġetti ta' interess komuni;

(b) il-kundizzjonijiet li skonthom il-proġetti ta' interess komuni jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru xxx/2012 [ir-Regolament tas-CEF] fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, l-iskjerar, l-interkonnessjoni, u l-interoperabbiltà tagħhom;

(c) il-kriterji għall-istabbiliment ta' prijoritajiet għall-proġetti ta' interess komuni, biex jirċievu jew igawdu mill-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni.

             

Artikolu 2 Għanijiet

Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom:

(1) jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u jappoġġaw l-iżvilupp tas-Suq Uniku fejn jirriżultaw fit-titjib tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs).

(2) jikkontribwixxu għat-titjib fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks.

(3) jistimulaw l-użu madwar l-Ewropa kollha ta’ netwerks veloċi u ultraveloċi li, min-naħa tagħhom, għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej.

(4) jiffaċilitaw l-użu sostenibbli ta’ infrastrutturi ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej, l-interoperabilità tagħhom u l-koordinazzjoni fuq livell Ewropew, l-operat, il-manutenzjoni u l-aġġornament tagħhom.

(5) jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gass serra, kif ukoll għall-ħarsien u t-titjib tal-ambjent.

Artikolu 2 3 Definizzjonijiet

1.           Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru xxx/2012 (ir-Regolament tas-CEF Regulation). following definitions shall apply:

2.           Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "Netwerks tat-telekomunikazzjonijiet" tfisser netwerks tal-broadband u infrastrutturi tas-servizzi diġitali.

(b) "Infrastrutturi ta' servizzi diġitali" jippermettu li s-servizzi tan-netwerks jitwasslu b'mod elettroniku, tipikament permezz tal-internet, biex jipprovdu servizzi interoperabbli trans-Ewropej ta' interess komuni għaċ-ċittadini, in-negozji u/jew il-gvernijiet. L-infrastrutturi ta' servizzi diġitali huma magħmulin minn pjattaformi ta' servizzi ewlenin u servizzi ġeneriċi.

(c) “Elementi modulari” tfisser infrastrutturi ta' servizzi diġitali li jistgħu jerġgħu jintużaw.

(d) “Pjattaformi ta' servizzi ewlenin” tfisser hubs ċentrali ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali li jimmiraw li jiżguraw il-konnettività, l-aċċess u l-interoperabbiltà trans-Ewropej. Il-pjattaformi ta' servizzi ewlenin għandhom ikunu miftuħin għall-Istati Membri kollha, u jistgħu jkunu miftuħin għal entitajiet oħra.

(e) "Servizzi ġeneriċi” tfisser servizzi li jistabbilixxu konnessjoni bejn infrastruttura nazzjonali waħda jew aktar u bejn pjattaforma ta' servizzi ewlenin waħda jew aktar, bil-għan li jitwasslu servizzi diġitali transfruntiera.

(f) "Netwerks tal-broadband" tfisser netwerks ta’ aċċess bil-fili u mingħajr fili (inkluż bis-satellita), infrastruttura anċillari u netwerks ċentrali li kapaċi jwasslu konnettività b’veloċità għolja ħafna, u b'hekk jikkontribwixxu lejn il-miri tal-broadband tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

(g) "Infrastrutturi tas-servizzi diġitali" tfisser servizzi b’netwerk imwassla b’mod elettroniku, tipikament permezz tal-internet, li jipprovdu servizzi trans-Ewropej interoperabbli fl-interess pubbliku u li jkollhom karattru ta’ abilitazzjoni għaċ-ċittadini, in-negozji, u/jew il-gvernijiet.

(h) "Valur miżjud Ewropew" tfisser il-valur li jirriżulta minn intervent tal-UE li huwa addizzjonali għall-valur li kieku kien jinkiseb b’azzjoni minn Stat Membru wieħed jew azzjoni minn grupp ta’ Stati Membri. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament XXX (ir-Regolament CEF).

Artikolu 3 Għanijiet

1.           Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet ġenerali speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru xxx/2012 [ir-Regolament tas-CEF].

2.           Minbarra l-għanijiet ġenerali, il-proġetti ta' interess komuni għandhom ifittxu għan wieħed jew aktar minn dawn l-għanijiet speċifiċi:

(a) it-tkabbir ekonomiku u l-appoġġ għall-ikkompletar tas-Suq Uniku Diġitali, b'appoġġ għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs);

(b) titjib fil-ħajja ta' kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks ta' telekomunikazzjonijiet nazzjonali, reġjunali u lokali, kif ukoll l-aċċess għal dawk in-netwerks.

3.           Il-prijoritajiet operattivi li ġejjin għandhom jikkontribwixxu għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafi (1) u (2):

(a) l-interoperabbiltà, il-konnettività, l-iżvilupp sostenibbli, l-operat u t-tiġdid tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali trans-Ewropej u l-elementi modulari komuni tagħhom, kif ukoll il-koordinazzjoni fil-livell Ewropew;

(b) il-fluss effiċjenti ta' investimenti privati u pubbliċi għall-ixprunar tal-iskjerar u l-modernizzazzjoni tan-netwerks tal-broadband, bil-għan li jikkontribwixxu lejn l-ilħiq tal-miri tal-broadband tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

Artikolu 4 Prijoritajiet għal proġetti ta’ interess komuni

Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, il-prijoritajiet għal proġetti ta’ interess komuni għandhom ikunu:

(a) l-użu ta’ netwerks tal-broadband ultraveloċi li jassiguraw il-veloċità ta’ trażmissjoni tad-dejta ta’ 100 Mbps u aktar;

(b) l-użu ta’ netwerks tal-broadband biex jillinkjaw il-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni fejn jiżguraw li f’dawk ir-reġjuni l-veloċitajiet tat-trażmissjoni tad-dejta huma suffiċjenti biex jippermettu konnettività tal-broadband ta’ 30 Mbps u aktar;

(c) l-appoġġ għall-pjattaformi tas-servizzi ċentrali fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali;

(d) azzjonijiet li jagħmluha possibbli li jinkisbu sinerġiji u interoperabbiltà bejn proġetti differenti ta’ interess komuni fil-qasam tat-Telekomunikazzjonijiet, bejn proġetti ta’ interess komuni li jikkonċernaw tipi differenti ta’ infrastrutturi, inkluż it-Trasport u l-Enerġija, bejn proġett ta’ interess komuni fil-qasam tat-Telekomunikazzjonijiet u proġetti appoġġati mill-fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni, kif ukoll l-infrastrutturi ta’ riċerka rilevanti.

Artikolu 4 5 Proġetti ta’ interess komuni

1.           Il-proġetti ta’ interess komuni stabbiliti fl-Anness għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

1.           Il-proġetti ta' interess komuni, b'mod partikulari:

(a) għandhom jimmiraw il-ħolqien u/jew it-tisħiħ ta' pjattaformi ta' servizzi ewlenin interoperabbli u, fejn possibbli, kompatibbli internazzjonalment, kif ukoll l-elementi modulari tagħhom, akkumpanjati minn servizzi ġeneriċi għall-infrastrutturi ta' servizzi diġitali;

(b) jipprovdu mezzi effiċjenti ta' investiment għall-broadband, jiġbdu kategoriji ġodda ta' investituri u promoturi ta' proġetti, u jħeġġu r-replikabbiltà ta' proġetti u mudelli ta' negozju innovattivi.

2.           Proġett Proġett ta’ interess komuni jista’ jinkludi ċ-ċiklu sħiħ tagħhom tiegħu, inkluż l-istudji tal-fattibilità, l-implimentazzjoni, l-operat kontinwu, il-koordinazzjoni u l-evalwazzjoni.

3.           Proġetti ta' interess komuni jistgħu jiġu appoġġjati permezz ta' azzjonijiet orizzontali.

4.           Proġetti ta' interess komuni u azzjonijiet li jikkontribwixxu għalihom jiġu deskritti aktar fil-fond fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.           L-Istati Membri u/jew entitajiet oħra responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jew li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri legali, amministrattivi, tekniċi u finanzjarji neċessarji f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

4.           L-Unjoni tista’ tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni permezz ta’ miżuri regolatorji, fejn ikun xieraq, permezz ta’ koordinazzjoni, permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ u permezz ta’ appoġġ finanzjarju biex tistimula l-introduzzjoni u l-adozzjoni tagħhom, kif ukoll l-investiment pubbliku u privat.

5.           Azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju tal-UE taħt il-kundizzjonijiet u l-istrumenti disponibbli skont ir-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa [REF]. L-appoġġ finanzjarju għandu jiġi pprovdut skont ir-regoli u l-proċeduri rilevanti adottati mill-Unjoni, il-prijoritajiet tal-finanzjament u d-disponibbiltà tar-riżorsi.

6.           Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati li jimmodifikaw id-deskrizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni inklużi fl-Anness, li żżid proġetti ġodda ta’ interess komuni mal-Anness, jew li tneħħi proġetti obsoleti ta’ interess komuni mill-Anness, f’konformità mal-paragrafi 7, 8 u 9 hawn taħt u f’konformità mal-Artikolu 8.

7.           Il-Kummissjoni, filwaqt li tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 hawn fuq, għandha tivvaluta jekk il-modifika tad-deskrizzjoni tal-proġett ta’ interess komuni jew iż-żieda ta’ proġett ġdid ta’ interess komuni huma risposta għall-ħtiġijiet li jirriżultaw minn:

(a) żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda; jew

(b) prijoritajiet tal-politika emerġenti; jew

(c) opportunitajiet ġodda għall-esplorazzjoni ta’ sinerġiji bejn infrastrutturi differenti, inklużi dawk fil-qasam tat-Trasport u l-Enerġija.

8.           Minbarra l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 7, jekk l-att delegat jikkonċerna ż-żieda ta’ proġett ġdid ta’ interess komuni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk tali proġett jissodisfax il-kriterji li ġejjin b’mod kumulattiv:

(a) jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2;

(b) huwa bbażat fuq teknoloġija matura lesta għall-użu;

(c) jesebixxi valur miżjud Ewropew.

9.           Il-Kummissjoni, filwaqt li tadotta att delegat li jneħħi proġett obsolet ta’ interess komuni mill-Anness, għandha tivvaluta jekk tali proġett ma għadux iwieġeb għall-ħtiġijiet stabbiliti fil-paragrafu 7 jew ma għadux jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 8.

Artikolu 5 Metodi ta' intervent

1.           Fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali, il-pjattaformi ta' servizzi ewlenin għandhom jiġu implimentati primarjament mill-Unjoni, filwaqt li s-servizzi ġeneriċi għandhom jiġu implimentati mill-partijiet li jistabbilixxu l-konnessjoni mal-pjattaforma relevanti ta' servizzi ewlenin. L-investimenti fin-netwerks tal-broadband għandhom isiru primarjament mis-settur privat. L-appoġġ pubbliku għandu jingħata biss fejn ikun hemm nuqqas tas-suq jew sitwazzjoni ta' investiment subottimali.

2.           L-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjunali, u/jew entitajiet oħra responsabbli jew li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni għandhom jieħdu l-miżuri legali, amministrattivi, tekniċi u finanzjarji meħtieġa skont l-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament.

3.           Azzjonijiet li jikkontribwixxu lejn proġetti ta' interess komuni għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet u l-istrumenti disponibbli fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru xxx/2012 [ir-Regolament tas-CEF]. L-appoġġ finanzjarju għandu jingħata skont ir-regoli relevanti u l-proċeduri adottati mill-Unjoni, skont il-prijoritajiet ta' finanzjament, u skont id-disponibbiltà tar-riżorsi. B'mod partikulari:

(a) Azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali jistgħu jiġu appoġġjati permezz ta':

(a) akkwist pubbliku u/jew

(b) għotjiet.

(b) Azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-broadband jistgħu jiġu appoġġjati permezz ta':

(a) strumenti finanzjarji kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru xxx/2012 [ir-Regolament tas-CEF], li għandhom ikunu miftuħin għal kontributi addizjonali minn partijiet oħra tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropea, strumenti, programmi u linji tal-baġit oħra fil-baġit tal-Unjoni, l-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet reġjunali u lokali, u kwalunkwe investitur ieħor, inklużi investituri privati skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru xxx/2012 [ir-Regolament tas-CEF], u/jew

(b) il-kombinazzjoni ta' strumenti finanzjarji u għotjiet minn sorsi pubbliċi barra mis-CEF, ikunux tal-UE jew nazzjonali.

(c) Azzjonijiet orizzontali għandhom jiġu appoġġjati permezz ta':

(a) akkwist pubbliku u/jew

(b) għotjiet.

4.           Fejn l-appoġġ mingħand is-CEF jikkomplementa l-ESIF u appoġġ pubbliku dirett ieħor, il-ksib ta' sinerġiji bejn l-azzjonijiet tas-CEF u l-appoġġ mingħand l-ESIF jista' jissaħħaħ bl-użu ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni xieraq.

Artikolu 6

Kriterji ta' eliġibbiltà u prijoritajiet għall-finanzjament

1.           Biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, huwa obbligatorju li l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali, b'mod kumulattiv:

(a) ikunu laħqu maturità suffiċjenti biex jiġu skjerati, kif ipprovat, b'mod partikular, minn proġetti pilota b'suċċess fil-qafas ta' programmi bħal dawk tal-Unjoni marbutin mal-innovjazzjoni u r-riċerka;

(b) jikkontribwixxu għall-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni b'appoġġ għas-suq uniku;

(c) joħolqu valur miżjud Ewropew u sostenibbiltà fit-tul, fejn xieraq permezz ta' sorsi ta' finanzjament barra s-CEF, kif iddemostrat minn valutazzjoni tal-vjabbiltà u tal-kosti kontra l-benefiċċji;

(d) jikkonformaw ma' standards, speċifikazzjonijiet u orjentazzjonijiet miftiehma għall-interoperabbiltà, bħall-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà, u jisfruttaw soluzzjonijiet eżistenti.

2.           Elementi modulari essenzjali, u bi prospetti demostrabbli li jistgħu jintużaw, għall-iżvilupp, l-iskjerar u l-operat ta' infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali kif elenkati fl-Anness, għandhom jingħataw l-ewwel prijorità għall-finanzjament.

3.           It-tieni prijorità għandha tingħata lill-infrastrutturi ta' servizzi diġitali b'appoġġ għal dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE, u msejsa fuq elementi modulari eżistenti.

4.           Abbażi tal-għanijiet ipprovduti fl-Artikolu 3, u skont il-baġit disponibbli, il-programmi ta' ħidma jistgħu jistabbilixxu aktar kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali.

5.           Azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-broadband għandhom jilħqu, kumulattivament, il-kriterji li ġejjin biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

(a) jagħtu kontribut sinifikanti għall-ilħiq tal-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa;

(b) ikollhom stadji ta' żvilupp u tħejjija tal-proġett maturi biżżejjed, mirfuda minn mekkaniżmi effettivi ta' implimentazzjoni;

(c) jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq, jew sitwazzjonijiet subottimali ta' investiment;

(d) ma jwasslux għal tagħwiġ tas-suq jew għall-isfullar tal-investiment privat;

(e) jużaw it-teknoloġija meqjusa l-aktar xierqa biex tindirizza l-bżonnijiet tal-qasam ikkonċernat, b'qies għal fatturi ġeografiċi, soċjali u ekonomiċi, abbażi ta' kriterji oġġettivi, u bi qbil man-newtralità teknoloġika;

(f) jiskjeraw teknoloġija tal-ogħla livell u/jew jissejsu fuq mudelli ta' negozju innovattivi, u jkollhom potenzjal għoli ta' replikabbiltà.

6.           Il-kriterji msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu ta' qabel ma għandhomx ikunu meħtiġa għal proġett iffinanzjat minn kontributi addizzjonali delimitatipprovduti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru xxx/2012 [ir-Regolament tas-CEF].

7.           Il-kriterji ta' eliġibbiltà għal azzjonijiet orizzontali għandhom jiġu stipulati fil-programmi ta' ħidma.

Artikolu 7 6

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

L-Unjoni tista’ tistabbilixxi kuntratti, tiddiskuti, tiskambja informazzjoni u tikkoopera ma’ awtoritajiet pubbliċi jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra f’pajjiżi terzi sabiex tilħaq kwalunkwe għan segwit minn dawn il-linjigwida fejn tali kooperazzjoni twassal għal valur miżjud Ewropew. Fost għanijiet oħrajn, din il-kooperazzjoni għandha tfittex li tippromwovi l-interoperabbiltà bejn in-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej u n-netwerks tat-telekomunikazzjoni ta’ pajjiżi terzi netwerks tat-telekomunikazzjonijiet fl-Unjoni u bejn netwerks tat-telekomunikazzjonijiet ta' pajjiżi terzi.

2.           L-Unjoni tista’ tkompli tistabbilixxi kuntatti, tiddiskuti, tiskambja informazzjoni u tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi biex tilħaq kwalunkwe għan segwit minn dawn il-linji gwida.

Artikolu 8 7 Skambju ta' informazzjoni, monitoraġġ u rappurtar reviżjoni

1.           Abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 21 tar-Regolament XXX li jistabbilixxi s-CEF l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-progress li sar bl-implimentazzjoni ta’ dawn il-linjigwida.

2.           Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta u tiġi assistita minn Grupp Espert, iffurmat minn rappreżentant minn kull Stat Membru, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida, għall-assistenza fl-ippjanar permezz tal-istrateġiji nazzjonali għall-internet b’veloċità għolja u l-immappjar tal-infrastrutturi, u l-iskambju tal-informazzjoni. Il-Grupp Espert jista’ wkoll jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-iżvilupp tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej. B'mod partikulari, il-Grupp Espert għandu jassisti l-Kummissjoni f'dawn li ġejjin:

(a) il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn il-linjigwida;

(b) l-ippjanar ta' pjanijiet nazzjonali jew strateġiji nazzjonali, fejn applikabbli;

(c) it-teħid ta' miżuri biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma fuq livell finanzjarju u tekniku;

(d) l-indirizzar ta' problemi eżistenti jew emerġenti ta' implimentazzjoni ta' proġetti.

Il-Grupp Espert jista' jikkunsidra wkoll kwalunkwe kwistjoni oħra marbuta mal-iżvilupp tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej.

3.           In conjunction with the mid-term evaluation and the ex-post evaluation of the Regulation XXX establishing the CEF Connecting Europe Facility and after consulting the Expert Group, the Commission shall publish a report on the progress in the implementation of these guidelines. That report shall will be submitted to the European Parliament and the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions.

Flimkien mal-evalwazzjoni ta’ nofs it-term u l-valutazzjoni ex-post tar-Regolament XXX li jistabbilixxi s-CEF l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u wara li tikkonsulta l-Grupp Espert, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-linjigwida. Dak ir-rapport għandu se jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni.

4.           F’dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-ambitu tal-proġetti ta’ interess komuni jibqax jirrifletti l-prijoritajiet politiċi, l-iżviluppi teknoloġiċi jew is-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti u innovazzjonijiet, kif ukoll żviluppi regolatorji jew ekonomiċi u tas-suq, u jekk, fid-dawl ta' tali żviluppi u tal-bżonn ta' sostenibbiltà fit-tul, il-finanzjament għal kwalunkwe mill-proġetti ta' interess komuni appoġġjati għandux jitneħħa b'mod progressiv, jew għandux jiġi minn sorsi oħra. Għal proġetti kbar li aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, dawn ir-rapporti għandhom jinkludu analiżi tal-impatt ambjentali, fejn jiġu kkunsidrati, fejn xieraq, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta’ mitigazzjoni, u r-reżiljenza għad-diżastri. Reviżjoni bħal din Tali valutazzjoni tista’ titwettaq ukoll fi kwalunkwe żmien ieħor meta din tidher li tkun xierqa.

5.           Il-ksib tal-għanijiet settorjali stipulati fl-Artikolu 3 għandhom jitkejlu ex-post, fost l-oħrajn, bi:

(a) id-disponibbiltà ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali, imkejla bl-għadd ta' Stati Membri konnessi ma' kull infrastruttura ta' servizzi diġitali;

(b) il-perċentwal ta' ċittadini u negozji li jużaw l-infrastrutturi ta' servizzi diġitali, u d-disponibbiltà ta' tali servizzi b'mod transfruntier;

(c) il-volum ta' investimenti miġbuda fil-qasam tal-broadband, u l-effett ta' xprunar.

Artikolu 8 Eżerċitar tad-delega

1.           Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(6) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(6) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.           Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn (2) min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

Artikolu 9 Revoka

Id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE, kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 1376/2002/KE, hija revokata.

Artikolu 10 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS

PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI

Taqsima 1. Infrastrutturi ta' Servizzi Diġitali

Interventi fil-qasam tal-infrastruttura ta' servizzi diġitali ġeneralment iserrħu fuq approċċ arkitetturali ta' żewġ livelli: pjattaformi ta' servizzi ewlenin u servizzi ġeneriċi. Billi l-pjattaforma ta' servizzi ewlenin hija prekundizzjonali għal infrastruttura ta' servizzi diġitali, l-appoġġ għall-pjattaformi ta' servizzi ewlenin u l-elementi modulari komuni tagħhom għandhom jingħataw prijorità fuq is-servizzi ġeneriċi.

Il-pjattaformi ta' servizzi ewlenin u l-elementi modulari komuni tagħhom jindirizzaw il-bżonnijiet ta' interoperabbiltà u sigurtà ta' proġetti ta' interess komuni. Huma intiżi biex jippermettu interazzjonijiet diġitali bejn l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini, bejn l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji u l-organizzazzjonijiet, jew fost l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stati Membri differenti, permezz ta' pjattaformi ta' interazzjoni standardizzati, transfruntiera, u ta' użu prattiku u faċli. L-infrastrutturi ta' servizzi diġitali f'elementi modulari għandhom jingħataw prijorità fuq infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali, billi tal-ewwel huma prekundizzjoni għal tat-tieni. Is-servizzi ġeneriċi jipprovdu l-konnessjoni mal-pjattaformi ta' servizzi ewlenin, u jippermetti lis-servizzi nazzjonali ta' valur miżjud li jużaw il-pjattaformi ta' servizzi ewlenin. Jipprovdu portali bejn is-servizzi nazzjonali u l-pjattaformi ta' servizzi ewlenin, u jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u l-organizzazzjonijiet, in-negozji u/jew iċ-ċttadini li jaċċessa l-pjattaforma ta' servizzi ewlenin għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tagħhom. Il-kwalità tas-servizzi u l-appoġġ għall-partijiet interessati involuti fit-tranżazzjonijiet transfruntiera għandhom jiġu żgurati. Għandhom jappoġġjaw u jħeġġu l-adozzjoni ta' pjattaformi ta' servizzi ewlenin.

L-enfasi ma għandhiex tkun għalkollox fuq il-ħolqien ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali u servizzi relatati, iżda wkoll fuq il-governanza marbuta mal-operat ta' tali pjattaformi.

Pjattaformi ġodda ta' servizzi ewlenin għandhom jissejsu l-aktar fuq pjattaformi eżistenti u l-elementi modulari tagħhom u/jew, fejn possibbli, għandhom iżidu elementi modulari ġodda.

1.           L-infrastrutturi ta' servizzi diġitali b'elementi modulari, identifikati minn qabel fil-programmi ta' ħidma, skont l-Artikoli 6(1) u 6(2):

(a) Identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettronika: tirreferi għal servizzi li jippermettu r-rikonoxximent transfruntier u l-validazzjoni tal-identifikazzjoni elettronika u l-firma elettronika.

(b) Twassil elettroniku tad-dokumenti: tirreferi għal servizzi għat-trażmissjoni transfruntiera sikura u traċċabbli ta' dokumenti elettroniċi.

(c) Traduzzjoni awtomatizzata: tirreferi għat-traduzzjoni bil-magna u riżorsi lingwistiċi speċjalizzati, inklużi l-għodod neċessarji u l-interfaċċi ta' programmar meħtieġa għall-operat tas-servizzi diġitali pan-Ewropej f'ambjent multilingwi.

(d) Appoġġ ta' infrastrutturi diġitali kritiċi: tirreferi għall-kanali ta' komunikazzjoni u l-pjattaformi intiżi li jsaħħu l-kapaċità mal-UE kollha għat-tħejjija, għall-qsim tal-informazzjoni, għall-koordinazzjoni, u għar-rispons għat-theddid ċibernetiku.

(e) Fatturar elettroniku: tirreferi għal servizzi li jippermettu l-iskambju elettroniku tal-fatturi.

2.           Infrastrutturi ta' servizzi diġitali oħra, identifikati minn qabel bħala eliġibbli skont l-Artikolu 6(1):

(a) Servizzi interoperabbli transfruntiera ta' akkwist elettroniku: Tirreferi għal sett ta' servizzi, li jistgħu jintużaw minn fornituri ta' servizzi ta' akkwist elettroniku tas-settur pubbliku u dak privat, sabiex jistabbilixxu pjattaformi transfruntiera ta' akkwist elettroniku. Din l-infrastruttura għandha tippermetti lil kwalunkwe kumpanija fl-UE twieġeb għall-proċeduri ta' akkwist pubbliku minn kwalunkwe awtorità jew entità kontraenti fi kwalunkwe Stat Membru li jkopri attivitajiet ta' akkwist elettroniku ta' qabel u ta' wara l-għoti, inklużi funzjonalitajiet bħat-tressiq elettroniku tal-offerti, portafoll virtwali ta' kumpanija, katalgi elettroniċi, ordnijiet elettroniċi, u fatturar elettroniku.

(b) Servizzi tas-saħħa elettronika interoperabbli u transfruntiera: Tirreferi għal pjattaformi li tippermetti l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini/il-pazjenti u l-fornituri ta' kura tas-saħħa, it-trażmissjoni tad-dejta minn istituzzjoni għal oħra u minn organizzazzjoni għal oħra, jew il-komunikazzjoni peer-to-peer bejn iċ-ċittadini/il-pazjenti u/jew il-professjonisti tas-saħħa u l-istituzzjonijiet. Is-servizzi għandhom jikkostitwixxu aċċess transfruntier għal rekords elettroniċi tas-saħħa, servizzi ta' preskrizzjoni elettronika, kif ukoll kura remota tas-saħħa / teleservizzi ta' għajxien assistita, eċċ.

(c) Il-Pjattaforma Ewropea għall-interkonnessjoni ta' reġistri Ewropej ta' negozji: Tirreferi għal pjattaformi li tipprovdi sett ta' għodod u servizzi ċentrali li jippermettu lir-reġistri ta' negozji fl-Istati Membri kollha jiskambjaw informazzjoni dwar negozji reġistrati, il-fergħat tagħhom, il-merġers u l-istralċi. Għandha tipprovdi wkoll servizz ta' tiftix multilingwi u bejn ħafna pajjiżi, għal utenti li jużaw Punt ta' Aċċess Ċentrali aċċessibbli permezz tal-portal e-Ġustizzja.

(d) Aċċess għal informazzjoni tas-settur pubbliku li tista' terġa' tintuża: Tirreferi għal pjattaforma għall-punt ta' aċċess uniku għas-settijiet ta' dejta multilingwi (il-lingwi uffiċjali tal-UE) miżmumin minn korpi pubbliċi fl-UE fil-livelli Ewropew, nazzjonali, reġjunali u lokali; għodod ta' tiftix u viżwalizzazzjoni tas-settijiet ta' dejta; l-iżgurar li s-settijiet ta' dejta disponibbli jiġu anonimizzati u liċenzjati kif suppost, u fejn applikabbli, jiġu pprezzati għall-pubblikazzjoni, ridistribuzzjoni u użu mill-ġdid, bl-inklużjoni ta' traċċa għall-awditjar tal-oriġini ta' dejta.

(e) Proċeduri elettroniċi għall-istabbiliment u t-tmexxija ta' negozju f'pajjiż Ewropew ieħor: Dan is-servizz għandu jippermetti l-ġestjoni tal-proċeduri amministrattivi kollha meħtieġa b'mod elettroniku u transfrunter, permezz ta' Punti Uniċi ta' Kuntatt. Dan is-servizzi huwa rekwiżit fid-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern.

(f) Aċċess għal riżorsi diġitali ta' wirt Ewropew: Tirreferi għall-pjattaforma ta' servizzi ewlenin imsejsa fuq il-portal attwali Europeana. Il-pjattaforma se tipprovdi punt ta' aċċess uniku għall-kontenut tal-wirt kulturali Ewropew fil-livell tal-elementi, sett ta' speċifikazzjonijiet ta' interfaċċa għall-interazzjoni mal-infrastruttura (tiftix għal dejta, tniżżil ta' dejta), appoġġ għall-adattament ta' metadejta u d-dħul ta' kontenut ġdid, kif ukoll informazzjoni dwar kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid tal-kontenut aċċessibbli permezz tal-infrastruttura.

(g) Infrastruttura għal servizzi ta' internet aktar sikur: Tirreferi għall-pjattaforma għall-ksib, l-operat u l-manutenzjoni ta' faċilitajiet informatiċi maqsuma, bażijiet tad-dejta u għodod ta' software għaċ-Ċentri għal Internet aktar Sikur (SICs) fl-Istati Membri. L-operati tal-back office għall-ġestjoni tar-rappurtar ta' kontenut ta' abbuż sesswali huma inklużi, kif ukoll il-konnessjoni ma' awtoritajiet ta' pulizija, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Interpol, u fejn xieraq, il-ġestjoni tat-tneħħija ta' dan il-kontenut mill-websajts relevanti. Dan għandu jiġi appoġġjat minn bażijiet tad-dejta komuni.

(h) Servizzi onlajn interoperabbli u transfruntiera: Tirreferi għal pjattaformi li se jiffaċilitaw l-interoperabbiltà u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri f'oqsma ta' interess komuni, b'mod partikulari bil-għan li jtejbu l-funzjonament tas-Suq Intern, bħall-eĠustizzja; li se jippermettu l-aċċess onlajn transfruntiera ta' ċittadini, negozji, organizzazzjonijiet u prattikanti legali għal mezzi/dokumenti legali u proċeduri ġudizzjarji; is-Soluzzjoni Onlajn tat-Tilwim (ODR), li se tippermetti s-soluzzjoni onlajn ta' tilwim transfruntier bejn konsumaturi u bejjiegħa; u l-Iskambju Elettroniku ta' Informazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, u għandu jgħin lill-korpi ta' sikurezza soċjali mal-UE kollha jiskambjaw l-informazzjoni b'mod aktar rapidu u sikur.

Taqimsa 2. Netwerks tal-broadband

1.           L-ambitu tal-azzjonijiet

L-azzjonijiet għandhom jikkonsistu, b'mod partikulari, minn komponent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) L-iskjerar ta' infrastruttura fiżika passiva, infrastruttura fiżika attiva, jew kombinazzjoni tat-tnejn, u elementi ta' infrastruttura anċillari, flimkien mas-servizzi meħtieġa għall-operat ta' tali infrastruttura;

(b) Faċilitajiet assoċjati u servizzi assoċjati, bħall-istallazzjoni ta' wajers, antenni, torrijiet u konstruzzjonijiet oħra ta' appoġġ fil-bini, kanali, pajpijiet, arbli, toqob tal-ispezzjonar, u kabinetti;

(c) L-isfruttar ta' sinerġiji potenzjali bejn l-iskjerar ta' netwerks tal-broadband u netwerks oħra ta' utilitajiet (enerġija, trasport, ilma, drenaġġ, eċċ.), b'mod partikulari dawk marbutin mad-distribuzzjoni intelliġenti tal-enerġija.

2.           Kontribut għall-ilħiq tal-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa

Il-proġetti kollha appoġġjati finanzjarjament fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ilħiq tal-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

(a) Azzjonijiet iffinanzjati direttament mill-Unjoni għandhom:

(a) jissejsu fuq teknoloġija tal-ogħla livell, tkunx bil-fili jew bla fili, ikunu kapaċi jwasslu servizzi tal-broadband b'veloċitajiet għoljin ħafna, u b'hekk jilħqu d-domanda għall-applikazjonijiet li jitolbu medda ta' frewkenzi wiesgħa, jew

(b) jissejsu fuq mudelli ta' negozju innovattivi u/jew jiġbdu kategoriji ġodda ta' promoturi ta' proġetti, jew kategoriji ġodda ta' investituri, jew

(c) ikollhom potenzjal għoli ta' replikabbiltà, u b'hekk jippermettu l-ksib ta' impatt aktar qawwi fuq is-suq bis-saħħa tal-effett ta' dimostrazzjoni tagħhom.

(b) Azzjonijiet iffinanzjati minn kontributi addizzjonali delimitati kif ipprovdut skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru xxxx/2012 [ir-Regolament tas-CEF] għandhom iġibu kapaċitajiet sinifikanti ġodda lis-suq f'termini ta' disponibbiltà tas-servizz, veloċitajiet u kapaċità tal-broadband. Il-proġetti li jipprovdu veloċitajiet ta' trażmissjoni tad-dejta ta' inqas minn 30 Mbps għandhom jiżguraw, progressivament, iż-żieda tal-veloċitajiet sa mill-inqas 30 Mbps.

3.           Valutazzjoni tal-proġetti biex jiġu stabbiliti strutturi ottimali ta' finanzjament

L-implimentazzjoni ta' azzjonijiet għandha tissejjes fuq valutazzjoni komprensiva tal-proġett. Tali valutazzjoni tal-proġett għandha tkopri, fost l-oħrajn, kundizzjonijiet tas-suq inkluża informazzjoni dwar infrastruttura eżistenti u/jew ippjanata, obbligi regolatorji fuq promoturi ta' proġetti, kif ukoll strateġiji kummerċjali u ta' kummerċjalizzazzjoni. B'mod partikulari, il-valutazzjoni tal-proġett għandha tistabbilixxi jekk il-programm:

(a) hux meħtieġ biex jindirizza n-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta' investiment,

(b) ma jwassalx għal tagħwiġ fis-suq u għall-isfullar tal-investiment privat.

Dawn il-kriterji għandhom jiġu stabbiliti primarjament abbażi tal-potenzjal tad-dħul u l-livell ta' riskju assoċjat ma' proġett, kif ukoll it-tip ta' żona ġeografika koperta minn azzjoni.

4.           Modalitajiet ta' finanzjar

(a) Proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-broadband għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' strumenti finanzjarji. Il-baġit allokat għal dawn l-istrumenti għandu jkun suffiċjenti, iżda ma għandux jaqbeż l-ammont li huwa meħtieġ għall-istabbiliment ta' intervent għalkollox operattiv, u għall-ilħiq ta' daqs minimu ta' strument effiċjenti.

(b) Soġġett għar-regoli tar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE) Nru xxxx/2012 [ir-Regolament tas-CEF] u r-Regolamenti (UE) Nru xxxx (2013) [kollha Regolamenti tal-ESIF], l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (a) jistgħu jiġu kkombinati ma' kontributi addizjonali mingħand:

(a) partijiet oħra tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

(b) strumenti, programmi u linji baġitarji oħra fil-baġit tal-Unjoni;

(c) l-Istati Membri, inklużi awtoritajiet reġjunali u lokali, li jiddeċiedu li jikkontribwixxu riżorsi proprji jew ir-riżorsi disponibbli mill-ESIF. Il-kontributi mill-ESIF se jkunu delimitati ġeografikament biex jiġi żgurat li jintefqu fi Stat Membri jew f'reġjun li jagħti kontribut;

(d) kull investitur ieħor, inklużi l-investituri privati.

(c) Strumenti finanzjarji msemmija fil-punti (a) sa (b) jistgħu jiġu kkombinati wkoll ma' għotjiet mingħand Stati Membri, inklużi awtoritajiet reġjunali jew lokali, li jixtiequ jikkontribwixxu riżorsi proprji jew riżorsi disponibbli mill-ESIF, dejjem jekk:

(a) l-azzjoni kkonċernata tilħaq il-kriterji kollha għall-finanzjament fil-qafas ta' dan ir-Regolament, u

(b) tkun inkisbet l-approvazzjoni relevanti tal-għajnuna mill-istat.

Taqsima 3. Azzjonijiet orizzontali

L-iskjerar tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej, li se jgħin biex ineħħi l-konġestjoni li teżisti fis-suq uniku diġitali, se jkun akkumpanjat minn studji u azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jikkonsistu minn:

(a) Għajununa teknika għat-tħejjija jew appoġġ għall-azzjonijiet ta' implimentazzjoni fl-iskjerar tagħhom, fil-governanza tagħhom, u fl-indirizzar ta' problemi eżistenti jew emerġenti ta' implimentazzjoni.

(b) Azzjonijiet li jixprunaw id-domanda eżistenti, jew li joħolqu domanda ġdida għal infrastrutturi ta' servizzi diġitali.

(c) Il-koordinazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament tal-appoġġ mingħand kull sors ieħor disponibbli, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni ta' infrastruttura u l-ispostar tal-investimenti privati.

Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jimmiraw għat-tneħħija tal-konġestjonijiet li jxekklu t-tlestija tas-Suq Uniku, jiġifieri jipprovdu konnettività għan-netwerk u aċċess, inkluż fuq livell transkonfinali, għal infrastrutturi tas-servizz diġitali.

L-użu u t-titjib tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej (netwerks tal-broadband u infrastrutturi tas-servizzi diġitali) għandhom jikkontribwixxu għat-trawwim tat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kisba ta’ suq diġitali uniku mimli ħajja. B’mod partikolari, l-użu tagħhom se jagħti aċċess aktar veloċi għall-internet, iwassal għal titjib iffaċilitat mit-teknoloġija tal-informazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, inklużi t-tfal u ż-żgħażagħ, in-negozji u l-gvernijiet, iżid l-interoperabbiltà u jiffaċilita l-allinjament jew il-konverġenza ma’ standards maqbula b’mod komuni.

Taqsima 1: Prijoritajiet orizzontali

L-użu ta’ netwerks trans-Ewropej tat-telekomunikazzjoni li se jgħinu t-tneħħija tal-konġestjonijiet eżistenti fis-suq uniku diġitali għandu jiġi akkumpanjat minn studji u azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm. Dawn huma:

(a) Ġestjoni, immappjar u servizzi innovattivi. Miżuri ta’ assistenza teknika, fejn ikunu neċessarji għall-użu u l-amministrazzjoni, għandhom jinkludu ppjanar tal-proġett u tal-investment u studji tal-fattibbiltà, b’appoġġ tal-miżuri tal-investiment u l-istrumenti finanzjarji. L-immappjar ta’ infrastruttura tal-broadband pan-Ewropea se tiżviluppa dokumentazzjoni u stħarriġ fiżiku kontinwi u dettaljati tas-siti rilevanti, analiżi tad-dritt tal-passaġġ, valutazzjonijiet tal-potenzjal għall-aġġornament tal-faċilitajiet eżistenti, eċċ. Għandha ssegwi l-prinċipji tad-Direttiva 2007/2/KE (id-Direttiva INSPIRE) u l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni relatati. Il-miżuri ta’ assistenza teknika jistgħu jappoġġaw ukoll ir-replikar ta’ mudelli ta’ investimenti u użu li kellhom suċċess. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinkludu wkoll protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima sabiex jiġu valutati r-riskji relatati mal-klima u tiġi żgurata r-reżistenza kontra d-diżastri tal-infrastruttura, f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE jew dik nazzjonali.

(b) Azzjonijiet ta’ appoġġ u miżuri tekniċi oħra ta’ appoġġ. Dawn l-azzjonijiet huma meħtieġa sabiex titħejja jew tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jew tiġi aċċelerata t-tnedija tagħhom. Fil-qasam tas-servizzi diġitali, l-azzjonijiet ta’ appoġġ għandhom jistimulaw u jippromwovu wkoll l-użu tal-infrastrutturi l-ġodda tas-servizz diġitali li jistgħu jsiru neċessarji jew utli abbażi tal-iżviluppi teknoloġiċi, tal-bidliet fis-swieq rilevanti jew fil-prijoritajiet tal-politika emerġenti.

Taqsima 2: Netwerks tal-broadband

L-investimenti kollha fil-broadband fi ħdan it-territorju tal-Unjoni jespandu l-kapaċità tan-netwerk u jġibu benefiċċji għall-utenti kollha potenzjali, inklużi dawk fi Stati Membri għajr il-pajjiż tal-investiment. L-investiment f’dawn in-netwerks se jwassal għal aktar kompetizzjoni u aktar innovazzjoni fl-ekonomija, se jwassal servizzi pubbliċi aktar effiċjenti u effettivi, jikkontribwixxi għall-miri tal-UE għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u għall-kompetittività u l-produttività globali tal-UE.

L-investiment fl-infrastruttura tal-broadband sar prinċipalment minn investituri privati u huwa mistenni li se jibqa’ hekk. Madankollu, il-kisba tal-miri tal-Aġenda Diġitali se tirrikjedi investiment f’oqsma li għalihom m’hemmx każ ċar ta’ negozju jew fejn il-każ ta’ negozju jista’ jkollu bżonn li jiġi mtejjeb fi ħdan il-qafas taż-żmien tal-miri. Jistgħu jiġu karatterizzati dawn it-tipi ta’ żoni li ġejjin abbażi tal-investiment probabbli:

Żoni suburbani/b’densità medja tipikament jinqdew b’konnessjonijiet b’veloċità medja iżda għandhom it-tendenza li ma jkollhomx veloċitajiet ogħla. Fejn jintwera li l-każ ta’ negozju għall-investimenti f’teknoloġiji avvanzati huwa insuffiċjenti għall-investituri privati fuq medda qasira taż-żmien, l-appoġġ finanzjarju jista’ jiġġenera investiment li jħalli l-profitt fuq perjodu aktar fit-tul billi jagħlaq id-differenza fil-vijabbiltà u jistimula l-kompetizzjoni.

Żoni rurali u b’densità baxxa tipikament jinqdew b’konnessjonijiet b’veloċitajiet baxxi u f’ċerti każijiet anqas biss għandhom aċċess. Il-każ ta’ negozju għall-investiment ma jkunx probabbli li jkun vijabbli u l-miri Ewropej ikunu improbabbli li jintlaħqu sal-2020. L-investiment f’dawn iż-żoni jeħtieġ appoġġ finanzjarju akbar, ipprovdut minn għotjiet, possibbilment flimkien ma’ strumenti finanzjarji. Żoni bħal dawn se jinkludu reġjuni remoti u reġjuni b’popolazzjoni żgħira fejn l-ispejjeż tal-investiment ikunu jew għoljin ħafna jew fejn l-introjtu jkun baxx. L-appoġġ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa f’dawn iż-żoni għandu l-probabbiltà li jikkumplimenta l-fondi ta’ koeżjoni disponibbli jew għall-iżvilupp rurali u appoġġ pubbliku dirett ieħor.

Żoni b’densità għolja/urbani – għajr għal xi reġjuni ta’ introjtu baxx – tipikament għandhom aċċess tajjeb għal konnessjonijiet b’veloċità medja sa għolja, u spiss huma pprovduti b’offerti kompetittivi tal-operaturi tal-kejbil u tat-telekomunikazzjoni. Madankollu, minħabba din is-sitwazzjoni relattivament sodisfaċenti, l-inċentivi tas-suq biex isir investiment f’netwerks b’veloċitajiet ferm għoljin bħall-fibra għad-dar huma limitati. Għaldaqstant, l-appoġġ finanzjarju jista’ jkun previst ukoll għal investimenti f’żoni urbani b’popolazzjonijiet b’densita’ għolja li ma jattirawx biżżejjed investiment minkejja l-benefiċċji soċjali li jkun jiġġenera, sakemm dan ikun f’konformità sħiħa mal-Artikoli 101, 102 u 106 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll, jekk rilevanti, mal-Linji Gwida Komunitarji għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat f’rabta mal-introduzzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband.

Fir-reġjuni anqas żviluppati, l-appoġġ għall-użu tan-netwerks tal-broadband għandu primarjament ikun ipprovdut permezz tal-istrumenti tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni. Għotjiet u / jew strumenti finanzjarji mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jistgħu jikkumplimentaw appoġġ bħal dan fejn ikun neċessarju biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-kisba ta’ sinerġiji bejn l-azzjonijiet tas-CEF f’dawk ir-reġjuni u l-appoġġ mill-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni jista’ jiġi rinfurzat bl-użu ta' mekkaniżmu adattat li jixraq[21].

Il-klassifikazzjoni tar-reġjuni għall-kategoriji ta’ hawn fuq hija pprovduta b’mod indikattiv fil-mappa hawn taħt.

Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-broadband għandu jikkostitwixxi portafoll bilanċjat li jinkludi azzjonijiet li jikkontribwixxu kemm għal miri tal-Aġenda Diġitali ta’ 30Mbps kif ukoll ta’ 100Mbps, u jkopru b’mod partikolari żoni suburbani u rurali, kif ukoll żoni madwar l-Unjoni Ewropea.

Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-broadband, irrispettivament mit-teknoloġija użata, għandhom:

(a) Jappoġġaw investimenti f’netwerks tal-broadband li kapaċi jilħqu l-mira tal-Aġenda Diġitali 2020 ta’ kopertura universali ta’ 30Mbps; jew

(b) Jappoġġaw investimenti f’netwerks tal-broadband li kapaċi jilħqu l-mira tal-Aġenda Diġitali 2020 u li jkollhom mill-anqas 50 % tad-djar abbonati għal veloċitajiet ’il fuq minn 100Mbps;

(c) Jikkonformaw mal-liġi applikabbli, b’mod partikolari mal-liġi tal-kompetizzjoni

u b’mod partikolari, għandhom jikkonsistu f’waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a) L-użu ta’ infrastruttura fiżika passiva jew l-użu ta’ infrastruttura fiżika passiva u attiva kombinati u elementi anċillari għall-infrastruttura, flimkien mas-servizzi neċessarji għall-operat ta’ tali infrastruttura;

(b) Faċilitajiet assoċjati u servizzi assoċjati, bħas-sistema tal-wajers tal-bini, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta’ sostenn, kanali, kondjuwits, arbli, toqob tal-ispezzjonar u kabinetti;

(c) L-isfruttament tas-sinerġiji potenzjali bejn it-tnedija ta’ netwerks tal-broadband u netwerks ta’ utilitajiet oħra (l-enerġija, it-trasport, l-ilma, id-drenaġġ, eċċ), b’mod partikolari dawk relatati mad-distribuzzjoni intelliġenti tal-elettriku.

L-użu tan-netwerks tal-broadband biex jiġu konnessi l-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma u dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni, inkluż fejn ikun neċessarju l-kejbils f'qiegħ il-baħar, se jiġu appoġġati fejn huwa essenzjali li jkun żgurat aċċess minn komunitajiet iżolati għal broadband ta' 30Mbps u aktar. Dan l-appoġġ għandu jikkumplimenta fondi oħra, tal-UE jew nazzjonali, disponibbli għal dan l-iskop.

Sabiex jiġi evitat id-dubju, il-provvediment ta’ servizzi jew l-eżerċizzju ta’ kontroll editorjali fuq il-kontenut trasmess permezz tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi tas-soċjetà tal-informatika kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE, li ma jikkonsistux kompletament jew primarjament fit-twassil ta’ sinjali fuq netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, mhumiex koperti mill-ambitu tal-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-broadband.

Il-benefiċjarji ta’ appoġġ mill-UE għall-proġett ta’ interess komuni fil-qasam tal-broadband jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) Operaturi tat-telekomunikazzjoni (stabbiliti, kemm jekk jinvestu direttament jew permezz ta’ sussidjarju jew parteċipant ġdid) li jvaraw investimenti f’netwerks tal-broadband veloċi u ultraveloċi.

(b) Kumpaniji tal-utilitajiet (eż. l-ilma, id-drenaġġ, l-enerġija, it-trasport), li huma mistennija li jinvestu f’netwerks passivi tal-broadband, waħedhom jew fi sħubija mal-operaturi.

(c) Dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq livell reġjonali, inklużi l-muniċipalitajiet, li jistgħu jistabbilixxu konċessjonijiet għall-infrastrutturi tal-broadband. Dawk li jipprovdu t-tagħmir jistgħu jkunu interessati f’arranġament bħal dan, permezz tal-ħolqien ta’ kumpanija bi skop speċjali.

(d) Sħubiji bejn diversi operaturi attivi fis-swieq bil-fili u mingħajr fili sabiex tinbena ġenerazzjoni ġdida ta’ infrastrutturi.

Fil-bini tal-portafoll, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-ħtiġijiet ta’ investiment tal-Istati Membri f’termini tal-għadd ta’ djar li għandhom jiġu konnessi bl-appoġġ tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Barra minn hekk, il-konnessjonijiet b’veloċità għolja mqabbda ma’ punti ta’ aċċess ta’ interess pubbliku, b'mod partikolari l-faċilitajiet pubbliċi, bħall-iskejjel, l-isptarijiet, l-uffiċċji tal-gvern lokali u l-libreriji, għandhom ikunu appoġġati wkoll.

Taqsima 3: Infrastrutturi tas-Servizzi Diġitali

L-implimentazzjoni tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali għandha tikkontribwixxi għar-realizzazzjoni tas-suq uniku diġitali billi tneħħi l-konġestjonijiet eżistenti f’termini ta’ użu tas-servizz. Din se jintlaħaq permezz tal-ħolqien u/jew it-titjib ta’ pjattaformi interoperabbli tal-infrastruttura tas-servizz diġitali, akkumpanjati minn infrastrutturi essenzjali tas-servizz diġitali bażiċi. Għandha tkun ibbażata fuq approċċ f’żewġ livelli:

(1) Il-pjattaformi tas-servizzi ċentrali huma l-element(i) ċentrali jew iċ-ċentru(i) (hubs) tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali essenzjali biex tkun żgurata l-konnettività trans-Ewropea, l-aċċess u l-interoperabbiltà. Dan jista’ jinkludi wkoll tagħmir fiżiku, bħal servers, netwerks dedikati u għodod tas-softwer. Il-pjattaformi tas-servizzi ċentrali huma miftuħa għall-entitajiet fl-Istati Membri kollha.

(2) Is-servizzi ġeneriċi jipprovdu l-funzjonalità u l-kontenut tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali. Dawn jistgħu jkunu interkonnessi permezz ta’ pjattaforma tas-servizz ċentrali.

Il-proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali huma dawn li ġejjin:

Konnessjonijiet bażi trans-Ewropej ta’ veloċità għolja għall-amministrazzjonijiet pubbliċi

Infrastruttura bażi trans-Ewropea ta’ servizzi pubbliċi se tipprovdi konnettività ultraveloċi u bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi tal-UE f’oqsma bħall-amministrazzjoni pubblika, il-kultura, l-edukazzjoni u s-saħħa. Din l-infrastruttura bażi se tappoġġa servizzi pubbliċi ta’ valur Ewropew permezz ta’ kwalità kkontrollata ta’ servizzi u aċċess sikur. Għalhekk se tiggarantixxi kontinwità diġitali ta’ provvediment ta’ servizzi pubbliċi għall-benefiċċju akbar taċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet. Se tippermetti aggregazzjoni tad-domanda għall-konnettività, tilħaq massa kritika u tnaqqas l-ispejjeż.

Pjattaforma tas-servizz ċentrali:

L-infrastruttura se tkun ibbażata fuq il-bażi eżistenti tal-internet u fejn ikun meħtieġ se jiġu introdotti netwerks ġodda. Il-konnessjonijiet se jsiru direttament jew permezz ta’ infrastrutturi ġestiti b’mod reġjonali jew nazzjonali. B’mod partikolari se tipprovdi konnettività għal servizzi trans-Ewropej oħrajn inter alia dawk imsemmija f’dan l-Anness. Din l-infrastruttura se tiġi integrata b’mod sħiħ fl-internet bħala kapaċità ewlenija għas-servizz pubbliku trans-Ewropew u se tappoġġa l-adozzjoni ta’ standards emerġenti (eż. protokolli tal-Internet bħall-IPv6[22]). Tista’ tiġi kkunsidrata infrastruttura sottostanti dedikata għall-konnessjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi jekk din tkun meħtieġa għal raġunijiet ta’ sigurtà.

Servizzi ġeneriċi:

L-integrazzjoni tal-pjattaforma ċentrali fis-servizzi pubbliċi Ewropej se tiġi faċilitata bl-użu ta’ servizzi ġeneriċi: awtorizzazzjoni, awtentikazzjoni, sigurtà bejn id-dominji u bandwidth fuq talba, federazzjoni tas-servizzi, ġestjoni tal-mobbiltà, kontroll tal-kwalità u kontroll tal-prestazzjoni, integrazzjoni tal-infrastrutturi nazzjonali.

Is-servizz interoperabbli tal-'cloud computing' se jipprovdi l-funzjonalità ta’ infrastruttura bażi li fuqha jistgħu jiġu offruti ‘clouds’ għas-servizzi pubbliċi trans-Ewropej. Dan jinkludi servizzi trans-Ewropej tat-tip ta’ netwerk bħal vidjokonferenza, ħażna virtwali u applikazzjonijiet ta’ sostenn li jużaw ħafna l-kompjuter, inklużi dawk relatati ma’ proġetti oħra ta’ interess komuni.

Twassil transkonfinali ta’ servizzi ta’ Gvern elettroniku

Gvern elettroniku jirreferi għall-interazzjoni diġitali bejn l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini, l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji u l-organizzazzjonijiet, u fost l-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi differenti. Pjattaformi ta’ interazzjoni standardizzati, transkonfinali u faċli għall-utent se jiġġeneraw żidiet fl-effiċjenza kemm fl-ekonomija kif ukoll fis-settur pubbliku u se jikkontribwixxu għas-Suq Uniku.

Pjattaforma tas-servizz ċentrali:

Identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettronika interoperabbli madwar l-Ewropa. Se jintuża sett ta’ servers ta’ awtentikazzjoni u protokolli konnessi u sikuri li jiżguraw l-interoperabbiltà tal-varjetà ta’ sistemi ta’ awtentikazzjoni u identifikazzjoni u awtorizzazzjoni li jeżistu fl-Ewropa. Din il-pjattaforma se tippermetti liċ-ċittadini u lin-negozji jaċċessaw is-servizzi online meta dawn ikunu meħtieġa għal, pereżempju, l-istudju, ix-xogħol, l-ivvjaġġar, biex jieħdu l-kura tas-saħħa jew għan-negozjar f’pajjiż barrani. Se tikkostitwixxi s-saff ċentrali għal dawk is-servizzi diġitali kollha li għalihom huma meħtieġa l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni elettroniċi: eż. l-akkwist elettroniku, servizzi tas-saħħa online, rappurtar standardizzat tan-negozju, skambju elettroniku tal-informazzjoni legali, reġistrazzjoni trans-Ewropea ta’ kumpanija online, servizzi tal-Gvern elettroniku għan-negozji, inkluż komunikazzjoni bejn ir-reġistri tan-negozji relatati mal-fużjonijiet transkofinali u l-fergħat barranin. Din il-pjattaforma tista’ tuża wkoll riżorsi u għodod tal-pjattaforma ċentrali multilingwi.

Servizzi ġeneriċi:

(a) Proċeduri elettroniċi għall-istabbiliment u t-tmexxija ta’ negozju f’pajjiż Ewropew ieħor: Dan is-servizz se jippermetti li l-proċeduri amministrattivi neċessarji kollha jiġu ttrattati b’mod elettroniku bejn il-fruntieri permezz ta’ Punti ta’ Kuntatt Uniku. Dan is-servizz huwa rekwiżit ukoll tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern.

(b) Servizzi transkonfinali interoperabbli tal-akkwist elettroniku: Dan is-servizz se jippermetti li kwalunkwe kumpanija fl-UE tirrispondi għal offerti pubbliċi Ewropej minn kwalunkwe Stat Membru li jkopri attivitajiet ta’ akkwist elettroniku qabel l-għoti u wara l-għoti, bl-integrazzjoni ta’ attivitajiet bħas-Sottomissjoni Elettronika tal-offerti, Dossier tal-Kumpaniji Virtwali, Katalgi elettroniċi, Ordnijiet elettroniċi u Fatturi elettroniċi.

(c) Servizzi transkonfinali interoperabbli tal-Ġustizzja elettronika: Dan is-servizz se jippermetti l-aċċess transkonfinali online taċ-ċittadini, in-negozji, l-organizzazzjonijiet u l-professjonisti legali għal mezzi/dokumenti u proċeduri legali. Se jippermetti l-aċċess transkonfinali online (permezz tal-iskambju online ta’ dejta u dokumenti) bejn l-awtoritajiet legali fi Stati Membri differenti u b’dan titjib l-abbiltà li l-każijiet legali transkonfinali jiġu pproċessati b’mod iżjed effiċjenti;

(d) Servizzi transkonfinali interoperabbli tas-Saħħa elettronika: Dawn is-servizzi se jippermettu l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini/pazjenti u l-fornituri tal-kura tas-saħħa, it-trasmissjoni tad-dejta minn istituzzjoni għall-oħra u minn organizzazzjoni għall-oħra, jew il-komunikazzjoni minn persuna għall-oħra bejn iċ-ċittadini/pazjenti u/jew il-professjonisti tas-saħħa u l-istituzzjonijiet. L-infrastruttura li se tintuża se tikkonforma mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta kif stipulati, b’mod partikolari, fid-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE, kif ukoll mar-regoli internazzjonali u nazzjonali tal-etika relatati mal-użu tar-rekords tas-saħħa tal-pazjenti u dejta personali oħra. Is-servizzi se jinvolvu aċċess transkonfinali għar-rekords tas-Saħħa elettronika u s-servizzi ta’ Riċetti elettroniċi kif ukoll it-teleservizzi remoti tas-saħħa/l-għixien megħjun, servizzi semantiċi transkonfinali multilingwi marbuta mal-pjattaforma multilingwi ċentrali, aċċess għal informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tibni fuq l-infrastruttura tal-EESSI (Electronic Exchange of Social Security Information - Skambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali), eċċ.

(e) Pjattaforma Ewropea għall-interkonnessjoni tar-reġistri tan-negozju Ewropej: Din il-faċilità se tipprovdi sett ta’ għodod u servizzi ċentrali li jippermettu lir-reġistri tan-negozji fl-Istati Membri kollha sabiex jiskambjaw informazzjoni dwar in-negozji rreġistrati, il-fergħat, il-fużjonijiet u l-istralċi tagħhom. Se tipprovdi wkoll servizz ta’ tfittxija għal diversi pajjiżi u multilingwi għall-utenti li jużaw il-Punt ta’ Aċċess Ċentrali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal tal-Ġustizzja elettronika.

Faċilitazzjoni tal-aċċess għal informazzjoni tas-settur pubbliku u s-servizzi multilingwi

Aċċess għar-riżorsi diġitali tal-wirt Ewropew

L-għan ta’ din l-infrastruttura huwa li tagħmel disponibbli kollezzjonijiet kbar ta’ riżorsi kulturali Ewropej f’forma diġitali u trawwem l-użu mill-ġdid tagħhom minn partijiet terzi, f’konformità sħiħa mad-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati.

Pjattaforma tas-servizz ċentrali:

L-iżvilupp tal-pjattaforma tas-servizz ċentrali se jibni fuq il-portal attwali tal-Europeana. Il-pjattaforma – li tirrikjedi l-iżvilupp, l-operat u l-amministrazzjoni ta’ informatika distribwita, faċilitajiet ta’ ħażna tad-dejta u softwer - se tipprovdi punt ta’ aċċess uniku għal kontenut tal-wirt kulturali Ewropew fil-livell ta’ oġġett, sett ta’ speċifikazzjonijiet tal-interfaċċa biex jinteraġixxu mal-infrastruttura (tiftix għal dejta, tniżżil ta’ dejta), appoġġ għall-adattament tal-metadejta u l-inġestjoni ta’ kontenut ġdid, kif ukoll informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid tal-kontenut aċċessibbli permezz tal-infrastruttura.

Se tipprovdi wkoll il-mezzi għall-istabbilment ta’ interazzjoni mal-fornituri tal-kontenut, l-utenti (iċ-ċittadini li jaċċessaw il-portal) u l-utenti mill-ġdid (l-industriji kreattivi), għall-promozzjoni tal-pjattaforma, il-koordinazzjoni ta’ netwerks relatati u l-iskambju tal-informazzjoni.

Servizzi ġeneriċi:

(a) Aggregazzjoni tal-kontenut miżmum minn istituzzjonijiet kulturali u detenturi privati tal-kontenut fl-Istati Membri

(b) Faċilitajiet ta’ għajnuna minn sorsi varji (crowd-sourcing) li jinkoraġġixxu l-interattività u jippermettu lill-utenti biex jagħmlu kontribut attiv għas-sit

(c) Servizzi faċli għall-utenti għall-kwistjonijiet li jindirizzaw il-portal bħat-titjib fit-tfittxija u l-ibbrawżjar kif ukoll l-aċċess fil-lingwi differenti

(d) Skambju tal-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-infrastrutturi tal-liċenzjar;

(e) Ċentri ta’ kompetenza dwar id-diġitalizzazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali diġitali

(f) Repożitorji tal-kontenut għall-istituzzjonijiet kulturali u l-kontenut iġġenerat mill-utent u l-preservazzjoni tagħhom għall-perjodu fit-tul

Aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku li tista’ terġa tintuża

Din l-infrastruttura tas-servizz diġitali se tiffaċilita l-aċċess għall-użu mill-ġdid għall-informazzjoni kollha li tista’ tingħata miżmuma għand is-settur pubbliku fl-UE.

Pjattaforma tas-servizz ċentrali:

L-informatika distribwita, il-faċilitajiet tal-ħażna tad-dejta u s-softwer se jipprovdu: punt ta’ aċċess uniku għal settijiet tad-dejta multilingwi (il-lingwi uffiċjali kollha tal-UE) miżmuma minn korpi pubbliċi fl-UE fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali; għodod ta’ mistoqsijiet u viżwalizzazzjoni tas-settijiet tad-dejta; assigurazzjoni li s-settijiet tad-dejta disponibbli jkunu liċenzjati biex jiġu ppubblikati u distribwiti mill-ġdid, inkluż rendikont tal-entrati tal-oriġini tad-dejta; sett ta’ interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet għall-klijenti tas-softwer biex jinteraġixxu mal-infrastruttura (tiftix għal dejta, ġbir ta’ statistika, tniżżil ta’ dejta) għall-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ta’ partijiet terzi. Għandha tiffaċilita wkoll il-ġbir u l-pubblikazzjoni ta’ statistika dwar l-operat tal-portal, id-disponibbiltà tad-dejta u l-applikazzjonijiet u l-mod kif jintużaw.

Servizzi ġeneriċi:

L-estensjoni gradwali tal-aċċess għas-settijiet kollha tad-dejta miżmuma u magħmula pubbliċi tista’ tgħid mill-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha fi ħdan l-UE, inkluż t-tiftix multilingwi, li se jinkiseb permezz ta’ dawn li ġejjin:

(a) l-aggregazzjoni ta’ settijiet tad-dejta internazzjonali/tal-UE/nazzjonali/reġjonali/lokali;

(b) l-interoperabbiltà tas-settijiet tad-dejta, inkluż kwistjonijiet legali u ta’ liċenzjar, sabiex tippermetti użu mill-ġdid aħjar;

(c) l-interfaċċa għall-infrastrutturi miftuħa tad-dejta f’pajjiżi terzi;

(d) ir-repożitorji tad-dejta u servizzi ta’ preservazzjoni għal perjodu fit-tul.

Aċċess multilingwi għas-servizzi online

Din l-infrastruttura tas-servizzi se tippermetti lil kull fornitur tas-servizzi attwali jew fil-ġejjieni sabiex joffri l-kontenut u s-servizzi tiegħu fl-aktar firxa wiesgħa ta’ lingwi tal-UE fl-aktar mod kosteffiċenti.

Pjattaforma tas-servizz ċentrali:

Il-pjattaforma se tippermetti x-xiri, l-manutenzjoni u d-disponibbiltà ta’ ġabriet kbar ta’ dejta attiva tal-lingwa u għodod ta’ pproċessar tal-lingwi li jistgħu jerġgħu jintużaw. Se tkopri l-lingwi kollha tal-UE u se tikkonforma mal-istandards rilevanti u r-rekwiżiti tas-servizz u legali miftiehma. Il-pjattaforma se tippermetti għal żieda flessibli, manteniment (curation) u rfinar tad-dejta u l-għodod tal-lingwi minn kontributuri, u tiżgura aċċess faċli, ġust u sikur u l-forniment ta’ skop ġdid għal tali riżorsi minn organizzazzjonijiet li joffru jew jiżviluppaw s-servizzi ffaċilitati mil-lingwa. Il-pjattaforma se tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni u l-ħidma flimkien ma’ inizjattivi u ċentri tad-dejta simili, li diġà jeżistu jew li se jinbdew fil-ġejjieni, fi ħdan u barra l-UE.

Servizzi ġeneriċi:

Il-pjattaforma se tkun ippopolata minn firxa wiesgħa ta’ dejta u riżorsi tas-softwer li jistgħu jerġgħu jintużaw, li jkopru l-lingwi kollha tal-UE. Għandha tiġbor, tarmonizza u tintegra dejta u elementi tas-softwer bħal dawn fi ħdan infrastruttura distribwita tas-servizz. Għandha trendi disponibbli u f’xi oqsma tiżviluppa jew testendi dawk ir-riżorsi tad-dejta u tas-softwer li jridu jintużaw bħala pedamenti għall-iżvilupp, l-adattament skont l-utent u t-twassil tas-servizzi multilingwi jew aċċessi (gateways) multilingwi għal servizzi online.

Sikurezza u sigurtà

Infrastruttura ta’ servizz tal-internet aktar sikur

L-appoġġ se jipprovdi servizzi integrati u interoperabbli fuq livell Ewropew, ibbażati fuq għarfien, riżorsi, għodod u prassi kondiviżi u mmirati sabiex it-tfal, il-ġenituri u min jieħu ħsiebhom, u l-għalliema jkollhom is-setgħa jagħmlu l-aħjar użu mill-internet.

Pjattaforma tas-servizz ċentrali:

Il-pjattaforma tas-servizz ċentrali se tippermetti xiri, operat u manutenzjoni tal-faċilitajiet tal-kompjuter, bażijiet tad-dejta u għodod tas-softwer kondiviżi għaċ-Ċentri tal-Internet aktar Sikur (SICs - Safer Internet Centres) fl-Istati Membri, kif ukoll l-operazzjonijiet ta’ uffiċċju ta’ sapport (back-office) sabiex jimmaniġġjaw ir-rappurtar dwar kontenut ta’ abbuż sesswali inkluż r-rabta mal-awtoritajiet ta’ politika li jinkludu organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Interpol, u meta jkun xieraq, l-immaniġġar tat-tneħħija ta’ dan il-kontenut mis-siti elettroniċi rilevanti. Dan se jkun appoġġat minn bażijiet tad-dejta komuni.

Servizzi ġeneriċi:

(a) Linji tat-telefown tal-għajnuna għat-tfal, il-ġenituri u min jieħu ħsiebhom dwar l-aħjar mezzi għat-tfal biex jużaw l-internet u jevitaw t-theddid minn kontenut u mġiba ta’ ħsara u illegali, u l-infrastruttura ta’ uffiċċju ta’ sapport għall-appoġġ.

(b) Linji tat-telefown ta’ emerġenza għar-rappurtar ta’ kontenut illegali ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal fuq l-internet

(c) Għodod sabiex ikun assigurat aċċess għal kontenut u servizzi skont l-età xierqa,

(d) Softwer li jippermetti rappurtar faċli u veloċi ta’ kontenut illegali u t-tneħħija tiegħu, kif ukoll ir-rappurtar ta’ azzjonijiet ta’ tħejjija għall-abbuż (grooming) u ta’ bullying.

(e) sistemi ta’ softwer li jippermettu l-identifikazzjoni aħjar ta’ kontenut ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal (mhux irrappurtat) fuq l-internet kif ukoll teknoloġiji li jappoġġaw l-investigazzjonijiet tal-pulizija, speċjalment bil-ħsieb li jiġu identifikati t-tfal vittmi, l-azzjonisti vergonjużi (perpetrators) u n-negozjar kummerċjali ta’ tali kontenut.

Infrastrutturi tal-Informazzjoni Kritika

Il-kanali u pjattaformi tal-komunikazzjoni se jiġi żviluppati u użati sabiex titjib il-kapaċità madwar l-UE għat-tħejjija, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-koordinazzjoni u r-rispons.

Pjattaforma tas-servizz ċentrali:

Il-pjattaforma tas-servizz ċentrali se tikkonsisti f’netwerk ta’ Skwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERTs – “Computer Emergency Response Teams”) Nazzjonali/Statali ibbażata fuq sett minimu ta’ kapaċitajiet bażi. In-netwerk se jipprovdi l-bażi ta’ Sistema Ewropea għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni u l-Allerti (EISAS – “European Information Sharing and Alert System”) għaċ-ċittadini u l-SMEs tal-UE.

Servizzi ġeneriċi:

(a) Servizzi proattivi – l-osservazzjoni u t-tixrid tat-teknoloġija u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni relatata mas-sigurtà; valutazzjonijiet tas-sigurtà; il-forniment ta’ linji gwida dwar il-konfigurazzjoni tas-sigurtà; il-forniment ta’ servizzi ta’ detezzjoni ta’ intrużjoni;

(b) Servizzi reattivi – il-ġestjoni u r-rispons għal inċident; il-ħruġ ta’ allerti u twissijiet; analiżi tal-vulnerabbiltà u l-ġestjoni, ġestjoni tal-artefatti (li jagħtu prova ta’ allerti ta’ kwalità għolja fuq softwer malizzjuż ġdid (malware) u artefatti oħra).

Użu ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal netwerks tal-enerġija intelliġenti u għall-forniment ta’ Servizzi tal-Enerġija Intelliġenti

Is-servizzi tal-enerġija intelliġenti jużaw teknoloġiji moderni tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni biex jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini (li jistgħu jkunu produtturi kif ukoll konsumaturi tal-enerġija), il-fornituri tal-enerġija u l-awtoritajiet pubbliċi. Is-servizzi tal-enerġija intelliġenti jkopru l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-fornituri tal-enerġija, it-trasmissjoni tad-dejta minn organizzazzjoni għall-oħra, u l-komunikazzjoni minn persuna għall-oħra bejn iċ-ċittadini. Dawn jiftħu opportunitajiet għal atturi eżistenti u oħrajn ġodda fis-swieq kemm tat-telekomunikazzjoni kif ukoll tal-enerġija (eż. Kumpaniji li joffru Servizzi tal-Enerġija ESCOs). Jistgħu jippermettu wkoll lil kumpaniji u liċ-ċittadini sabiex jittraċċaw l-emissjonijiet tal-gass serra tagħhom b’riżultat tad-deċiżjonijiet ta’ xiri tagħhom.

Pjattaformi tas-Servizzi Ċentrali

L-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet, tipikament użata mill-utilitajiet fi sħubija mal-operaturi tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll il-ħardwer neċessarju tal-IT li għandu jiġi inkorporat fil-komponenti tal-enerġija (eż. is-substazzjonijiet). Jinkludu wkoll is-servizzi ċentrali li jippermettu l-monitoraġġ tal-assi, il-kontroll tal-immaniġġjar tas-setgħa, l-awtomatizzazzjoni u l-ġestjoni tad-dejta u l-komunikazzjoni bejn l-atturi differenti (fornituri tas-servizzi, operaturi tan-netwerks u utilitajiet oħra, konsumaturi, eċċ.).

Servizzi Ġeneriċi:

Is-Servizzi Ġeneriċi tipikament se jitwasslu permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ atturi ġodda u innovattivi, bħall-fornituri tas-servizz tal-enerġija, l-ESCOs, l-aggregaturi tal-enerġija li jiffaċilitaw speċjalment id-dħul ta’ tipi differenti ta’ SMEs lokali u l-prevenzjoni tal-monopolizzazzjoni tas-suq tal-konsumaturi.

Se jrendu l-funzjonalità disponibbli għall-konsumaturi sabiex jimmaniġġjaw id-domanda tagħhom għall-enerġija, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli tagħhom u l-kapaċità ta’ ħażna tagħhom, bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tagħhom tal-enerġija, jitnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-gass serra, filwaqt li jiġu żgurati l-privatezza u s-sigurtà tad-dejta.

(a) Infrastruttura tal-kejl (metering) intelliġenti biex tkejjel u tikkomunika l-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija. Is-Servizzi Ġeneriċi jinkludu wkoll tagħmir għall-immaniġġjar tal-enerġija fil-post tal-konsumatur, jiġifieri apparat ta’ ħardwer tal-IT assoċjat ma’ netwerks taż-żona domestika li jkunu konnessi ma’ kejl intelliġenti

Aġenti tas-softwer li jistgħu jiddeċiedu dwar ix-xiri/bejgħ tal-enerġija, meta jixegħlu/jitfu l-apparat b’funzjoni tas-sinjali tal-prezzijiet mill-fornitur tal-enerġija, informazzjoni dwar it-tbassir tat-temp, ġestjoni u komunikazzjoni tad-dejta, strumenti ta’ kontroll u awtomatizzazzjoni u s-soluzzjonijiet tagħhom fuq in-netwerk.

[1]               COM(2010) 2020.

[2]               COM(2010) 245.

[3]               COM(2011)500/I finali u COM(2011)500/II finali (Noti tal-Politika).

[4]               ĠU C […], […], p. […].

[5]               Iċ-ċifri jingħataw fi prezzijiet kostanti tal-2011

[6]               ĠU C […], […], p. […].

[7]               ĠU C […], […], p. […].

[8]                      COM(2010) 245 finali/2.

[9]                      ĠU […], […], p. […].

[10]                    Anness II ta' COM(2011) 744 finali.

[11]                    Id-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA); ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20.

[12]             2013/C 33 E/09

[13]             COM(2010) 245 finali/2.

[14]             COM(2010) 472.

[15]             COM(2011) 500 finali.

[16]             ĠU […], […], p. […].

[17]             L 251, 25.9.2010, p. 35.

[18]             ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20.

[19]             ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45.

[20]             ĠU L 183, 11.7.1997, p. 12.

[21]             Kif stabbilit fl-Artikolu 11(e) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1083/2006. COM(2011)615 finali

[22]             Referenza għall-komunikazzjoni dwar l-ipv6: COM(2008)313 L-iżvilupp tal-Internet, pjan ta’ azzjoni għall-użu tal-verżjoni 6 tal-Protokoll tal-Internet (IPv6) fl-Ewropa.

Top