EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007DC0757

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-progress lejn l-ilħiq ta’ l-għanijiet ta’ Kjoto (meħtieġ skond id-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet Komunitarji ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto) {SEG(2007)1576}

/* KUMM/2007/0757 finali */

52007DC0757

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-progress lejn l-ilħiq ta’ l-għanijiet ta’ Kjoto (meħtieġ skond id-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet Komunitarji ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto) {SEG(2007)1576} /* KUMM/2007/0757 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.11.2007

KUMM(2007) 757 finali

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

IL-PROGRESS LEJN L-ILĦIQ TA’ L-GĦANIJIET TA’ KJOTO (meħtieġ skond id-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet Komunitarji ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto) {SEG(2007)1576}

WERREJ

1. SINTEŻI 3

2. IL-PROGRESS ATTWALI 1990-2005 5

2.1. Xejriet ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet ta’ serra (GHG) 5

2.2. Emissjonijiet u intensitajiet tal-GHG per kapita fl-2005 6

2.3. Emissjonijiet tal-GHG fl-2005 mqabbla ma’ l-2004 7

2.4. Ix-xejriet ta’ l-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi ewlenin 8

3. PROGRESS IMBASSAR LEJN L-ILĦUQ TAL-MIRI TA’ KJOTO 10

3.1. It-tbassir mill-Istati Membri 10

3.1.1. UE-27 10

3.1.2. UE-15 10

3.1.3. UE-12 10

3.1.4. Il-pajjiżi kandidati 11

3.2. L-implimentazzjoni tal-Programm Ewropew dwar il-Tibdil Klimatiku (ECCP) 13

3.3. L-implimentazzjoni ta’ l-Iskema ta’ l-UE ta’ l-Iskambju tal-Kwoti ta’ l-Emissjonijiet (ETS ta’ l-UE) 14

3.3.1. L-ewwel perjodu ta’ skambju (2005 sa l-2007) 14

3.3.2. It-tieni perjodu ta’ skambju tal-kwoti (2008 sa l-2012) 14

3.3.3. Użu tal-JI u CDM mill-operaturi 14

3.4. L-użu mbassar tal-mekkaniżmi ta’ Kjoto mill-gvern 15

3.5. L-użu mbassar tal-bjar tal-karbonju 15

1. SINTEŻI

Skond il-Protokoll ta’ Kjoto, il-Komunità Ewropea (KE) qablet li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet serra (GHG) bi 8% sa l-2008-12, imqabbel mal-livelli fis-sena bażi[1] . It-total ta’ l-emissjonijiet ta’ GHG fl-UE-15, ibbażati fuq l-aħħar dejta disponibbli fl-inventarju ta' l-2005[2], meta jiġu esklużi l-Użu ta’ l-Art, it-Tibdil fl-Użu ta’ l-Art u l-Forestrija (LULUCF), kien ta' 2% taħt il-livelli ta' sena bażi[3] . Fl-2005, l-emissjonijiet tal-GHG ta' l-UE-15 naqsu b'0.8% meta mqabbel ma' l-2004 filwaqt li l-ekonomija ta' l-UE-15 kibret b'1.6%.

Il-proġettazzjonijiet[4] kif murija f'Grafika 1 juru li l-Komunità se tilħaq il-mira tagħha ta' Kjoto bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jagħmlu u jimplimentaw politiki addizzjonali u l-miżuri tagħhom mill-aktar fis possibli (għad-dettalji ara Tabelli 1, 2 u 3 fl-Anness). F'dan ir-rigward sar pass importanti fid-Deċiżjonijiet riċenti dwar il-Pjanijiet ta' Allokazzjoni Nazzjonali (NAP) bl-Iskema ta' l-Iskambju tal-Kwoti ta' l-Emissjoniet ta' l-UE (ETS) għall-perjodu 2008-2012 li se jġib tnaqqis ta' emissjoni stmat ta' 3.4% għall-UE-15 u 2.6% għall-UE-25[5] imqabbel mas-sena bażi. Dawn ir-riduzzjonijiet stmati huma għalissa mhux imniżżla fil-proġetazzjonijiet.

[pic] Grafika 1: L-emissjonijiet attwali u dawk imbassra għall-UE-15

[pic]Sa l-2010, tliet Stati Membri mill-UE-15, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit, qegħdin fi triqithom biex jiksbu l-miri bl-użu tal-politiki u l-miżuri domestiċi eżistenti biss. Barra minn hekk, huwa mbassar li 8 Stati Membri se jilħqu l-miri tagħhom meta jitqiesu l-effett tal-mekkaniżmi ta' Kjoto, il-bjar tal-karbonju u l-politiki u l-miżuri domestiċi addizzjonali li diġà hemm diskussjoni għaddejja dwarhom. Skond din l-analiżi, id-Danimarka, l-Italja u Spanja jidhru li mhux se jilħqu l-mira ta' Kjoto tagħhom. Madankollu, għandu jiġi nutat li din l-analiżi għandha ma tinkludix l-effett potenzjali tad-deċiżjonijiet riċenti tal-Kummissjoni dwar in-NAPs fuq l-emissjonijiet ta' l-2008-2012. Barra dan, ma tinkludix l-effett ta' l-azzjonijiet supplimentari li f'ħafna minn dawn l-Istati Membri identifikaw dan l-aħħar jew huma fil-proċess ta' identifikazzjoni sabiex jilħqu l-mira ta’ Kjoto tagħhom[6][7] Madankollu dawn il-miżuri għandhom jiddaħħlu malajr kemm jista' jkun biex ikunu effettivi.

Fl-2005, it-total ta’ emissjonijiet tal-GHG ta’ l-UE-27 kien ta’ 11% taħt il-livell tas-sena bazi mingħajr emissjonijiet u t-tneħħija permezz ta’ LULUCF u 0.7% anqas meta komparat ma' l-2004. Fl-2005, l-ekonomija ta' l-UE-27 kibret b'1.8%.

Minkejja l-fatt li f'ħafna mill-Istati Membri ta' l-UE-12 l-emissjonijiet huma mbassra li se jiżdiedu bejn l-2005 u l-2010, 9 minnhom li għandhom mira fissa ta' Kjoto iżda mhumiex parti mill-bużżieqa ta' l-UE-15 huma mbassra li jilħqu jew anke jaqbżu sew il-miri tagħhom ta' Kjoto permezz ta' politiki u miżuri domestiċi diġà eżistenti biss. Is-Slovenja tbassar li se tilħaq il-mira ta’ Kjoto tagħha permezz ta’ politiki u miżuri addizzjonali ppjanati, l-użu ta' mekkaniżi ta' Kjoto u bjar tal-karbonju.

Fil-ħarifa ta' l-2007, il-Kunsill Ewropew approva l-impenn indipendenti ta' l-UE sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-GHG sa mill-inqas 20% sa l-2020 meta mqabbel mal-livelli ta' l-1990, anke ma jintlaħaqx jekk ftehim internazzjonali. L-UE hija prepatata li żżid dan it-tnaqqis b’30%, dejjem sakemm ftehim bħal dan jintlaħaq konkretament. Il-Grafika 2 turi differenza sostanzjali bejn il-tbassir ta’ l-Istati Membri għall-2020 u l-miri ta’ l-UE għall-2020 fejn teżiġu li l-UE tidħol għal tnaqqis ħafan ogħola wara l-2012 meta mqabbel ma’ l-1990-2012. Dan jenfasizza l-ħtieġa għall-UE u l-Istati Membri tagħha li jistabilixxu l-leġiżlazzjoni neċessarja mill-aktar fiss sabiex jimplimentaw il-politiki u l-miżuri ġodda kollha identifikati rigward il-bdil tal-klima u l-pakkett ta’ l-enerġija. Sa l-aħħar ta’ l-2007, il-Kummissjoni se tipproponi proposti leġiżlattivi li għandhom jinkludu r-reviżjoni ta’ l-ETS mill-UE, miri għall-enerġija li tiġġedded, miżuri għat-tnaqqis fl-emissjonijiet għas-setturi barra mill-ETS ta’ l-UE, qafas regolatorju għall-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju, is-CO2 u l-karozzi.

[pic] Grafika 2: L-emissjonijiet attwali u dawk imbassra għall-UE-27

[pic]

2. IL-PROGRESS ATTWALI 1990-2005

2.1. Xejriet ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet ta’ serra (GHG)

Ix-xejra ġenerali ta’ l-emissjonijiet tal-GHG tal-Komunità Ewropea hija ddominata mill-akbar żewġ emittenti, il-Ġermanja u r-Renju Unit, responsabbli għal madwar terz tat-total ta’ l-emissjonijiet tal-GHG fl-UE-27. Dawn iż-żewġ Stati Membri kisbu tnaqqis totali ta’ l-emissjonijiet tal-GHG ta’ 340 miljun tunnellata ta’ ekwiv. ta’ CO2 meta mqabbel ma’ l-1990.

Ir-raġunijiet ewlenin għax-xejriet favorevoli fil-Ġermanja huma ż-żieda fl-effiċjenza fl-impjanti ta’ produzzjoni u tas-sħana u r-ristrutturazzjoni ekonomika tal-ħames Länders ġodda wara r-riunifikazzjoni tal-Ġermanja. It-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-GHG fir-Renju Unit primarjament sar b’riżultat tal-liberalizzazzjoni tas-swieq ta’ l-enerġija u l-bdil sussegwenti tal-fjuwil miż-żejt u l-faħam għall-gass fil-produzzjoni ta’ l-elettriku u l-miżuri għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tan-N2O fil-produzzjoni tal-aċidu adipiku.

L-Italja u Franza huma t-tielet u r-raba’ l-akbar emittenti, it-tnejn b’sehem ta’ 11 %. L-emissjonijiet tal-GHG ta’ l-Italja fl-2005 kienu madwar 12% fuq il-livelli ta’ l-1990. Sa mill-1990 l-emissjonijiet tal-GHG ta’ l-Italja żdiedu primarjament mit-trasport bl-art, il-produzzjoni ta’ l-elettriku u s-sħana, u r-raffinar tal-petrol. Fl-2005, l-emissjonijiet ta’ Franza kienu ta’ 2 % taħt il-livelli ta’ l-1990. Fi Franza, tnaqqis kbir inkiseb fl-emissjonijiet ta’ l-N2O mill-produzzjoni ta’ l-aċidu adipiku, iżda l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport bl-art żdiedu b’mod konsiderevoli bejn l-1990 u l-2005.

Spanja u l-Polonja huma l-ħames u s-sitt l-ikbar emittenti fl-UE-27 kull wieħed responsabbli għal madwar 9 % u 8 % tat-total ta’ emissjonijiet tal-GHG ta’ l-UE-27 rispettivament. Spanja żiedet l-emissjonijiet bi 53 % bejn l-1990 u l-2005. Dan ġara l-iktar minħabba żidiet fl-emissjonijiet mit-trasport bl-art, il-produzzjoni ta’ l-elettriku u tas-sħana, u l-industriji tal-manifattura mbuttati l-aktar mit-tkabbir sostanzjali tal-popolazzjoni u żvilupp ekonomiku. Il-Polonja naqqset l-emissjonijiet tagħha tal-GHG b’18% bejn l-1990 u l-2005 (-32% mis-sena bażi, li fil-każ tal-Polonja hi l-1988). Il-fatturi ewlenin għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet fil-Polonja – bħalma hu fil-każ ta’ l-Istati Membri ta’ l-Ewropa tal-Lvant – kienu t-tnaqqis ta’ l-industrija kbira li kienet tuża l-enerġija b’mod ineffiċjenti u r-ristrutturar ġenerali ta’ l-ekonomija lejn tmien it-Tmeninijiet (1980) u l-bidu tad-Disgħinijiet (1990). L-eċċezzjoni notevoli kienet it-trasport, speċjalment it-trasport bl-art, fejn l-emissjonijiet żdiedu.

Fl-2005, 11-il Stat Membru kellhom emissjonijiet tal-GHG ‘il fuq mil-livelli tas-sena bażi filwaqt l-14-il Stat Membru l-oħra kellhom emissjonijiet taħt il-livelli tas-sena bażi. It-tibdil fil-perċentwal ta’ l-emissjonijiet tal-GHG mis-sena bażi u l-1990 rispettivament għall-2005 ivarja mit– -58% (tal-Latvija) għall- +64% (ta’ Ċipru).

2.2. Emissjonijiet u intensitajiet tal-GHG per kapita fl-2005

L-emissjonijiet per kapita għall-EU-27 naqqsu b’11.7% (1.4 tunnelata per kapita) bejn l-1990 u l-2005, l-aktar minħabba tnaqqis kbir fil-bidu tad-disgħinijiet (Grafika 2 fl-Anness). Filwaqt li l-emissjonijiet per kapita fl-UE-27 ma nbidlux matul il-perjodu 2000-2005, ġie rreġistrat tnaqqis żgħir ta’ -1.2% fl-UE-15, iżda l-emissjonijiet per kapita żdiedu b’3.4% fl-UE-12. Filwaqt l-emissjonijiet tal-GHG per kapita jikkonverġu, xorta huma sostanzjalment differenti. Jeżisti fattur ta’ differenza ta’ tlieta bejn l-Istati Membri bl-anqas emissjonijiet per kapita (il-Latvija, il-Litwanja, il-Portugal u l-Iżvezja), u dawk bl-akbar emissjonijiet per kapita (il-Lussemburgu u l-Estonja).

Fir-rigward ta’ l-intensità tal-GHG, li tirrifletti l-ammont ta’ emissjonijiet tal-GHG iġġenerat għal kull unità tal-GDP, il-Grafika 3 turi d-diżakkopjar ta’ l-emissjonijiet mit-tkabbir ekonomiku li ġie osservat fl-UE-27 partikolarment mill-1998 ‘il quddiem. Dan minħabba t-tkabbir ekonomiku, primarjament ta’ l-Istati Membri Ewropej tal-Lvant lejn l-aħħar tad-disgħinijiet. Fl-UE-27, l-intensità tal-GHG bejn l-1990-2005 naqqset b’32%. Madankollu, l-intensitajiet individwali tal-GHG ta’ l-ekonomiji ta’ l-Istati Membri jistgħu jvarjaw ħafna u f’uħud minnhom għadhom pjuttost għoljin. Fl-Istati Membri ġodda kollha, għajr għal-Latvija, l-intensità assoluta tal-GHG fl-2005 hija ogħla mill-medja ta’ l-UE-27.

[pic] Grafika 3: L-intensità tal-GHG għall-UE-15 u l-UE-27, PGD, il-konsum ta’ l-enerġija u l-emissjonijiet tad-CO2 għall-UE-15

[pic]

2.3. Emissjonijiet tal-GHG fl-2005 mqabbla ma’ l-2004

Mqabbla ma’ l-2004, l-emissjonijiet tal-GHG ta’ l-UE-15 naqsu b’0.8% jew 35.2 miljun tunnellata ta’ ekwiv. ta’ CO2 fl-2005 u l-emissjonijiet ta’ l-UE-27 naqsu b’0.7% jew 37.9 miljun tunnellata.

Il-Ġermanja, il-Finlandja, l-Olanda u r-Rumanija kkontribwew l-aktar għat-tnaqqis fl-2005 f’termini assoluti. Il-Ġermanja naqqset l-emissjonijiet tagħha b’2.3% jew 23.5 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, il-Finlandja b’14.6% (11.9 miljun tunnellata), l-Olanda b’2.9% (6.3 miljun tunnellata) u r-Rumanija b’4% (6.4 miljun tunnellata). Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Lussemburgu, is-Slovakkja, l-Iżvezja u r-Renju Unit ukoll rreġistraw tnaqqis.

Fl-2005 it-tnaqqis ġenerali ta’ l-emissjonijiet ta’ l-UE-15 kien l-aktar minħabba emissjonijiet aktar baxxi ta’ CO2 mill-produzzjoni pubblika ta’ l-elettriku u s-sħana, id-djar u s-servizzi, u trasport fuq l-art. L-emissjonijiet tad-CO2 mill-produzzjoni ta’ l-elettriku u s-sħana naqqset b’0.9% l-aktar minħabba tnaqqis fl-użu tal-faħam. L-emissjonijiet ta’ CO2 mid-djar u s-servizzi naqqsu b’1.7% bit-tnaqqis sostanzjali fil-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Olanda. Fil-Ġermanja u l-Olanda dan jista’ jkun minħabba xitwa anqas kiesħa mis-soltu. Bħal fis-snin ta’ qabel, il-Ġermanja laħqet ukoll tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tal-metan mis-settur ta’ l-iskart minħabba politiki u miżuri innovattivi. Ta’ minn jinnota l-fatt li l-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport bl-art naqsu b'0.8% fl-UE-15, l-aktar minħabba tnaqqis sostanzjali fil-Ġermanja.

Fost l-Istati Membri ta’ l-UE-15, Spanja irreġistrat l-akbar żieda fl-emissjonijiet f’termini assoluti fl-2005, b’żieda ta’ 3.6% jew 15.4 miljun tunnellata ta’ ekwiv. CO2. Dan kien l-aktar attribwit għal żieda ta’ 17% fil-ġenerazzjoni ta' l-eletriċità minn impjanti ta’ enerġija li jaħdmu bi fjuwil fossili flimkien ma' tnaqqis ta’ 33% fil-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku minn impjanti ta’ enerġija li jaħdmu permezz tal-qawwa ta’ l-ilma minħabba tnaqqis fil-livelli tax-xmajjar.

Fost l-Istati Membri ta’ l-UE-12, il-Polonja rat l-akbar żieda fl-emissjonijiet f’termini assoluti, b’żieda ta’ 0.6% jew 2.3 miljun tunnellata ta’ ekwiv. CO2. Dan kien l-aktar minħabba żieda ta’ 1% ta’ emissjonijiet ta’ ħrib ta’ CH4 mill-enerġija u żiediet fl-emissjonijiet ta’ N2O mis-settur tal-biedja ta’ 5% u 4.5% rispettivament. L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvija, il-Litwanja, Malta, il-Portugall u s-Slovenja raw ukoll l-emissjonijiet tagħhom jiżdiedu fl-2005.

2.4. Ix-xejriet ta’ l-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi ewlenin

L-aktar settur importanti, kif ġie muri fil-Grafika 4, huwa dak ta’ l-enerġija li fl-2005 kien responsabbli għat-80% mit-total ta’ emissjonijiet ta’ l-UE-15, żieda ta’ 3% ta’ l-emissjonijiet tal-GHG meta mqabbel mas-sena bażi. Is-settur ta’ l-enerġija jkopri t-trasport ukoll fejn huwa responsabbli għas-26% ta’ l-emissjonijiet ta’ dan is-settur. L-agrikoltura hija responsabbli għal 9% ta’ l-emissjonijiet totali tal-GHG, il-proċessi industrijali huma responsabbli għal 8% u l-iskart għal 3%.

Bejn l-1990 u l-2005, l-emissjonijiet tad-CO2 mit-trasport bl-art irreġistra l-akbar żieda f’termini assoluti ta’ l-emissjonijiet kollha relatati ma’ l-enerġija, filwaqt l-emissjonijiet tas-CO2 mill-industriji tal-manifattura naqqsu sostanzjalment. Iż-żieda fis-settur ta’ l-enerġija għamel tajjeb għalih it-tnaqqis fil-kategoriji kollha l-oħra tas-sors (għal aktar dettalji ara wkoll l-Anness tad-Dokument ta’ Ħidma ta’ l-Impjegati). Fil-qosor, meta mqabbel ma’ l-1990, l-emissjonijiet mill-

- proċessi industrijali naqsu b’16% minħabba produzzjoni anqas ta’ l-aċidu nitriku, emissjonijiet anqas mill-ħadid u l-azzar u minħabba bdil fl-ipproċessar;

- l-agrikoltura naqset bi 11% minħabba tnaqqis fin-numru ta’ bovini u tnaqqis fl-użu tal-fertiliżżant u tad-demel;

- skart bit-38% minħabba emissjonijiet anqas ta’ CH4 minn miżbliet ikkontrollati.

[pic] Grafika 4: Bdil fl-emissjonijiet tal-GHG ta’ l-UE-15 bis-settur u parti mis-setturi għall-UE-27 fl-2005[pic][pic]

Sors : AAE

3. PROGRESS IMBASSAR LEJN L-ILĦUQ TAL-MIRI TA’ KJOTO[8]

3.1. It-tbassir mill-Istati Membri

3.1.1. UE-27

Huwa mbassar li sas-sena 2010, it-total ta’ emissjonijiet ta’ l-UE-27, se jkun ta’ madwar 10.7% taħt il-livelli tas-sena bażi (ara l-Grafiki 2 u 3 ta’ l-Anness). Dan it-tbassir huwa bbażat fuq l-istimi ta’ l-Istati Membri stess li jqisu l-politiki u l-miżuri domestiċi eżistenti kollha. It-tnaqqis imbassar huwa ta’ 13.2% meta jitqies l-effett tal-Mekkaniżmi ta’ Kjoto u l-bjar tal-karbonju u jista’ jilħaq is-16.7% jekk il-politiki domestiċi addizzjonali u l-miżuri attwalment taħt diskussjoni kellhom jiġu implimentati fil-ħin u jagħtu r-riżultati kif stmat.

3.1.2. UE-15

It-tbassir kollu bbażat fuq il-politiki u l-miżuri domestiċi eżistenti juri li l-emissjonijiet tal-GHG ta’ l-UE-15 sa l-2010 se jkunu 4% taħt il-livelli tas-sena bażi. Meta jiġi inkluż,

- l-użu mill-gvern tal-mekkaniżmi ta’ Kjoto li mistennija li jrendu tnaqqis addizzjonali fl-emissjonijiet ta’ 2.5%, u

- it-tneħħija totali (39.1 ekwiv. MtCO2 kull sena) minħabba l-attivitajiet ta’ l-Art. 3.3 u 3.4 fl-UE-15 li jikkorispondu ma’ tnaqqis ta’ 0.9%,

huwa mbassar li l-UE-15 tnaqqas l-emissjonijiet tagħha b’7.4%. Sabiex l-UE-15 tilħaq l-miri ta’ Kjoto, huwa imperattiv li miżuri addizzjonali ppjanati sew fuq livell ta’ Komunità u ta’ Stat Membru huma implimentati mill-aktar fis possibli. Fil-każ li dawn il-miżuri jagħtu l-frott mixtieq, it-tnaqqis ġenerali mbassar ta’ l-emissjonijiet tal-GHG jistgħu jiżdiedu sa 11.4% meta komparat mal-livelli tas-sena bażi li jkun ifisser li l-UE taqbeż il-miri tagħha ta’ Kjoto.

Barra minn hekk, huwa stmat li d-deċiżjonijiet riċenti tan-NAP dwar l-allokazzjonijiet għat-tieni perjodu ta’ negozju skond l-ETS ta’ l-UE għandu jikkontribwixxi madwar 3.4% tal-miri ta’ Kjoto ta’ l-UE-15 li sa issa għadu ma ddaħħalx għal kollox fit-tbassir ta’ l-Istati Membri.

3.1.3. UE-12

L-emissjonijiet aggregati milt-12-il Stat Membru l-ieħor huma mbassra li jiżdiedu wara l-2005 iżda se jibqgħu 29% taħt il-livelli ta’ sena bażi tagħhom sa l-2010. Madankollu, permezz ta’ miżuri addizzjonali, l-emissjonijiet huma mbassra li jitnaqqsu b’2% aktar. Is-Slovenja huwa l-uniku Stat Membru mill-UE-12 li għandu l-ħsieb li jinvesti f’mekkaniżmi ta’ Kjoto u jinkludi l-bjar tal-karbonju.

3.1.4. Il-pajjiżi kandidati

Fl-2005, il-Kroazja kienet fi triqitha lejn il-kisba tal-miri ta’ Kjoto. Madankollu, it-tbassir jindika li l-Kroazja għandha mnejn ma tilħaqx il-miri tagħha jekk toqgħod fuq il-miżuri domestiċi biss. L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja rratifikat il-Protokoll ta’ Kjoto fl-2005 iżda bħala pajjiż li mhux qiegħed fl-Anness I, m’għandha l-ebda obbligu ta’ tnaqqis. It-Turkija msieħba bħala Parti għall-Anness I fil-Qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Tibdil fil-Klima, iżda m’għandhiex obbligi ta’ tnaqqis skond l-Anness B tal-Protkoll ta’ Kjoto. It-Turkija għadha ma rratifikatx il-Protkoll ta’ Kjoto.

Bejn l-1990 u l-2005, l-emissjonijiet tal-GHG per kapita[9] żdiedu sew fit-Turkija u sew fil-Kroazja. Madankollu, b’4.4 tunnellata fis-sena, l-emissjonijiet per kapita tat-Turkija huma inqas min-nofs il-medja ta’ l-emissjonijiet kull capita ta’ l-UE-27. Fiż-żewġ pajjiżi, il-livell ta’ l-emissjonijiet kull PGD naqas ukoll, li jindika diżakkopjament bejn it-tkabbir ekonomiku u l-konsum tar-riżorsi.

[pic] Grafika 5: Id-distanza relattiva bejn it-tbassir tal-GHG għall-2010 u l-miri rispettivi għall-2010 bbażati fuq politiki u miżuri domestiċi ‘eżistenti’ u ‘addizzjonali’, l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ Kjoto u l-bjar tal-karbonju.

(Sinjal negattiv (-) jindika qbiż fl-ilħuq tal-mira ta’ Kjoto filwaqt li sinjal (+) jindika mira mhux milħuqa)

[pic]

3.2. L-implimentazzjoni tal-Programm Ewropew dwar il-Tibdil Klimatiku (ECCP)

F’Ġunju 2001, l-ECCP identifika numru ta’ politiki u miżuri komuni u ikkordinati mifruxa fl-UE kollha (CCPMs) (Grafika 4 fl-Anness). Bi ftit eċċezzjonijiet biss, dawn il-politiki u l-miżuri taħt l-ECCP I issa ġew implimentati.

L-evalwazzjoni tal-politiki u l-miżuri madwar l-UE-27 uriet li l-Iskema ta’ l-Iskambju tal-Kwoti ta’ l-Emissjonijiet (ETS) ta’ l-UE bl-inklużjoni ta’ l-użu ta’ mekkaniżmi b’bażi ta’ proġett għandhom jikkontribwixxu sostanzjalment għall-kisbiet ta’ l-obbligi ta’ Kjoto. CCPMs oħra li huma mifruxa u mistennija jwasslu għal iffrankar sostanzjali ta' l-emissjonijiet tal-GHG huma d-direttiva ta' l-RES-E (relatata mal-promozzjoni ta’ l-elettriku prodott minn għejun ta' enerġjija li jiġġeddu), id-direttivi dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija tal-bini, id-direttiva tal-bijofjuwils, il-promozzjoni ta’ tal-koġenerazzjoni (sħana u qawwa elettrika kkumbinati), u t-tassazzjoni ta’ l-enerġija.

B’żieda ma’ dawn il-politiki u miżuri ewlenin, aktar CCPMs li huma mistennija li jikkontribwixxu għat-tnaqqis importanti madwar l-UE huma d-direttiva dwar il-Kontroll u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġiż Integrat (IPPC), il-ħtieġa ta’ effiċjenza għal bojlers ġodda għall-misħun, ir-regolament ta’ gassijiet tat-tip F, id-direttiva dwar l-emissjonijiet ta’ HFC minn kundizzjonaturi ta’ l-arja tal-karozzi, u d-direttiva dwar il-miżbliet. CCPMs li huma partikolarment importanti għall-UE-12 jinkludu d-direttivi dwar l-iskart, impjanti kbar ta’ kombustjoni u l-iskemi ta’ appoġġ dirett tal-Politika Komuni Agrarja (CAP).

B’kollox, l-aktar politiki importanti kif identifikat hawn fuq huma stmati li jlaħħqu sa 89% tat-total ta’ l-iffrankar attribwit mas-CCPMs fl-UE-27.

L-ECCP II tnediet f’Ottubru 2005 waqt konferenza mal-partijiet interessati li saru f’Brussell. L-għan ta’ l-ECCP II kien reviżjoni ta’ l-ECCP I, u dwar l-esplorazzjoni ta’ oqsma ġodda ta’ politika bħal l-adozzjoni, l-avjazzjoni, CO2 u l-karozzi, il-qbid u l-ħażna tal-karbonju, u l-ETS ta’ l-UE. Il-gruppi ta’ ħidma ta’ l-ECCP II iltaqgħu matul l-2006 u l-2007. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni pproponiet diversi azzjonijiet:

- L-avjazzjoni: Proposta leġiżlattiva li tintegra l-avjazzjoni ma’ l-ETS ta’ l-UE (Diċembru 2006)

- Direttiva dwar il-kwalità tal-fjuwil: Proposta leġiżlattiva (Jannar 2007)

- Is-CO2 u l-Karozzi: Kommunikazzjoni (Frar 2007) u proposta leġiżlattiva (l-aħħar ta’ 2007 u l-bidu ta’ l-2008)

- L-Impatti u l-Adattament: Green Paper dwar l-Adattament (Ġunju 2007)

- Il-Qbid tal-Karbonju u l-Ħżin Ġeoloġiku: Proposta leġiżlattiva dwar il-qbid tal-karbonju u s-sekwestru ġeoloġiku (l-aħħar 2007)

- Reviżjoni ta’ l-ETS ta’ l-UE: Proposta leġiżlattiva (l-aħħar 2007)

L-ewwel tliet proposti, jekk adottati fil-ħin, għadhom jistgħu jikkontribwixxu għall-kisba tal-mira ta’ Kjoto ta’ l-UE.

Flimkien ma’ l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fil-kuntest ta’ l-ECCP, il-Kummissjoni għandha tagħti importanza partikolari lit-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-GHG mit-trasport tal-vapuri, fil-kuntest tal-Politika Marittima proposta dan l-aħħar[10].

3.3. L-implimentazzjoni ta’ l-Iskema ta’ l-UE ta’ l-Iskambju tal-Kwoti ta’ l-Emissjonijiet (ETS ta’ l-UE)

L-2005 hija l-ewwel sena fejn hija disponibbli dejta verifikata ta’ l-emissjonijiet tal-CO2 minn stallazzjonijiet koperti mill-ETS ta’ l-UE. Fl-2005, l-ETS ta’ l-UE koprew madwar 50% ta’ l-emissjonijiet totali tad-CO2 ta’ l-UE-25 u madwar 40% ta’ l-emissjonijiet kollha tal-GHG ta’ l-UE-25, ekwivalenti għal madwar 2 biljun tunnellata.

In-nuqqas ta’ dejta ta’ l-emissjonijiet verifikati indipendentament għas-snin ta’ qabel l-introduzzjoni ta’ l-ETS ta’ l-UE jagħmilha diffiċli li jitkejjel l-impatt komplut ta’ l-iskema fuq l-emissjonijiet. Madankollu, riċerka akkademika bikrija tindika li l-emissjonijiet setgħu niżlu fl-2005 meta mqabbel mal-livell tagħhom qabel il-bidu ta’ l-ETS ta’ l-UE.

3.3.1. L-ewwel perjodu ta’ skambju (2005 sa l-2007)

Il-Grafika 5 ta’ l-Anness tagħti stampa ġenerali tas-setturi koperti u l-stallazzjonijiet matul l-ewwel perjodu ta’ skambju tal-kwoti bbażat fuq ir-rapporti vverifikati ta’ l-emissjoni għall-2005 u l-2006. Bħala medja 10 800 stallazzjoni pparteċipaw fl-ewwel sentejn ta’ l-iskema ta’ skambju b’emissjoni ta’ madwar 2 020 Mt CO2/sena. Dawn l-istallazzjonijiet irċevew konċessjonijiet ta’ emissjonijiet għal madwar 2 080 Mt CO2/sena. Żewġ terzi ta’ l-istallazzjonijiet kollha huma klassifikati bħala stallazzjonijiet ta’ kumbustjoni; u huma responsabbli għall-72% għall-emissjonijiet kollha. F’5 Stati Membri (l-Awstrija, l-Irlanda, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit) l-emissjonijiet verifikati kienu ogħla mill-allokazzjoni (Grafika 6 ta’ l-Anness).

3.3.2. It-tieni perjodu ta’ skambju tal-kwoti (2008 sa l-2012)

Il-proċess ta’ valutazzjoni għat-tieni NAP beda fl-2006. Il-Bulgarija u r-Rumanija, li ngħaqdu ma’ l-UE fl-1 ta’ Jannar 2007, kellhom jippreparaw in-NAPs għas-sena 2007. Bħala medja, wara l-valutazzjoni tan-NAPs kollha l-limitu għall-UE-25 tnaqqas b’madwar b’7% meta mqabbel ma’ l-emissjonijiet verifikati ta’ l-2005/2006 (għal aktar dettalji jekk jogħġbok ara l-Grafika 6 ta’ l-Anness). Il-prezz tal-ġejjieni għall-allokazzjonijiet ta’ l-2008 baqa’ bejn € 12 u € 25 mill-bidu tal-valutazzjoni għat-tieni pjanijiet ta’ allokazzjonijiet nazzjonali f’Lulju 2006.

3.3.3. Użu tal-JI u CDM mill-operaturi

Bħala parti mit-tieni NAPs, limitu fiss huwa stabbilit minn kull Stat Membru għall-użu massimu tal-krediti bbażati fuq proġett mill-operaturi (JI u CDM). Total ta’ madwar 278 miljun ta’ CERs jew ERUs jistgħu jintużaw kull sena mill-istallazzjonijiet ta’ l-ETS mis-27 Stat Membru fit-tieni perjodu ta’ negozju. Dan jikkorispondi għal madwar 13.4% tal-limitu approvat.

3.4. L-użu mbassar tal-mekkaniżmi ta’ Kjoto mill-gvern

Għoxrin Stat Membru pprovdew informazzjoni fuq l-użu intenzjonat tagħhom għall-mekkaniżmi ta’ Kjoto fl-2007 permezz ta’ kwestjonarju skond id-deċiżjoni ta’ l-UE dwar il-monitoraġġ ta' mekkaniżmu. Għall-bqija tas-7 Stati Membri (il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Polonja) l-użu tal-mekkaniżmi ta’ Kjoto tat-tieni NAP skond id-Direttiva Ewropea dwar l-iskambju ta’ l-emissjonijiet (2003/87/KE) ġie użat (Grafika 7 fl-Anness).

10 Stati Membri ta’ l-UE-15 u s-Slovenja ddeċidew li jużaw il-mekkaniżmi ta’ Kjoto biex jilħqu l-miri tagħhom ta’ Kjoto. Flimkien, l-10 Stati Membri tal-15 se jilħqu l-107.5 Mt CO2 eq. kull sena għall-ewwel perjodu ta’ obbligazzjoni skond il-Protokoll ta’ Kjoto. Dan jirrappreżenta madwar 2.5% lejn il-mira ta’ Kjoto ta’ l-UE-15 ta’ -8%. Fis-Slovenja, l-ammont eżatt ta’ l-unitajiet biex jinxtraw jiddependu fuq l-iżvilupp attwali ta’ l-emissjonijiet tal-GHG, speċjalment fis-settur tat-trasport.

Dawn l-10 Stati Membri flimkien iddeċidew li jinvestu qiesu € 2.9 biljuni biex ikollhom unitajiet permezz tal-JI, CDM jew l-iskambju internazzjonali ta’ l-emissjonijiet. L-Awstrija, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u Spanja allokaw l-aktar baġits ta’ (EUR 319 miljun, EUR 300 miljun, EUR 693 miljun, EUR 354 miljun u EUR 310 miljun, rispettivament, għall-perjodu ta’ impenn ta’ ħames snin).

L-Iżvezja għamlet l-arranġamenti neċessarji għal użu tal-mekkaniżmi ta’ Kjoto jekk jeħtieġ iżda fil-preżent mhux qegħdha tippjana li tagħmel dan. Il-gvern Ġermaniż ddeċieda li jappoġġja fondi prototipi għall-ħolqien tas-suq tal-karbonju.

3.5. L-użu mbassar tal-bjar tal-karbonju

B’żieda mal-politiki u l-miżuri li jimmiraw lejn is-sorsi ta’ l-emissjonijiet tal-GHG, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-bjar tal-karbonju (ara Grafika 8 fl-Anness). L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri ta’ l-UE-15, tindika li s-sekwestrazzjoni totali netta matul il-perjodu ta’ obbligu mill-attivitajiet ta’ afforestazzjoni jew afforestazzjoni mill-ġdid skond l-Art. 3.3 tal-Protkoll ta’ Kjoto għandu jkun ta’ madwar 13.5 MtCO2 kull sena. Barra minn hekk, l-użu ta’ l-attivitajiet skond Art.3.4 kif stmat mill-Istati Membri huwa proġettat li jikkontribwixxi 17.6 MtCO2 kull sena għall-perjodu ta’ obbligu fl-UE-15. Dawn il-figuri jqisu l-allokazzjoni massima għall-ġestjoni tal-foresti iżda ma jinkludux il-bjar skond l-Art. 3.3 u Art. 3.4 minn Spanja (li pprovdiet biss stima sħiħa għall-bir tal-karbonju kollu) u minn Stati Membri oħra (jiġifieri FR, DE u GR) li eleġew attivitajiet għall-ġestjoni tal-foresti iżda li għandhom ma pprovdux stima tal-bir imbassar. Flimkien ma’ l-aggregat ta’ Spanja, l-attivitajiet kollha skond l-Art. 3.3 u 3.4 fl-Istati Membri ta’ l-UE-15 huma proġettati li jnaqqsu l-emissjonijiet b'39.1 Mt CO2 kull sena għall-perjodu ta’ obbligu ekwivalenti għall-11% ta’ l-obbligu tat-tnaqqis ta’ l-UE-15 ta’ 342 Mt CO2 kull sena tal-perjodu ta’ obbligu komparat ma’ l-emissjonijiet ta’ sena bażi. Is-Slovenja tistenna tnaqqis addizzjonali ta’ 1.7 Mt CO2 kull sena għall-perjodu ta’ obbligu.

[1] Fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (2002/358/KE), dwar l-approvazzjoni mill-UE tal-Protkoll ta' Kjoto, id-diversi impenji ta’ l-Istati Membri huma espressi bħala tibdil fil-perċentwal mis-sena bażi. Fl-2006, il-livelli ta’ emissjoni rispettivi ġew espressi f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwiv. ta' CO2 fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/944/KE. F'konnessjoni mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE, il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Ambjent u l-Kummissjoni qablu f’dikjarazzjoni konġunta, li jqisu inter alia l-assunzjonijiet fid-dikjarazzjoni tad-Danimarka għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16-17 ta’ Ġunju 1998 relatati ma’ l-emissjonijiet fis-sena bażi fl-2006. Fl-2006, kien ġie deċiż biex tiġi posposta Deċiżjoni f'dan ir-rigward sakemm ir-rapporti iniżjali kollha tal-Komunità u ta' l-Istati Membri jiġu riveduti skond il-Protokoll ta' Kjoto.

[2] Skond il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ ta’ l-UE, (Deċiżjoni 280/2004), l-Istati Membri kollha pprovdew l-inventarji tal-GHG għall-2005 minbarra Malta. L-Istati Membri kollha li rrapurtaw issottomettew it-tabelli kollha jew kważi kollha bil-Format ta' Rappurtar Komuni (CRF) (jiġifieri aktar minn 90%) għall-1990-2005.

[3] Għall-EU-15 is-sena bażi għall-dijossidu tal-karbonju, il-metan u l-ossidu tan-nitroġenu hija l-1990; għall-gassijiet florinati, it-12-il Stat Membru għażlu l-1995 bħala sena bażi, filwaqt l-Awstrija, Franza u l-Italja għażlu l-1990. L-inventarju ta' l-EU-15 huwa s-somma ta' l-inventarji ta' l-Istati Membri, l-istimi għall-emissjonijiet tal-gas florinat għas-sena bażi ta' l-UE-15 huma s-somma ta' l-emissjonijiet ta' l-1995 għat-12-il Stat Membru u l-emissjonijiet ta' l-1990 għall-Awstrija, Franza u l-Italja. L-emissjonijiet tas-sena bażi ta' l-UE-15 tinkludi ukoll l-emissjonijiet mid-diforestazzjoni ta' l-Olanda, il-Portugal u r-Renju Unit.

[4] Ibbażat fuq is-sottomissjonijiet ta' l-Istati Membri (MS) sal-31 ta' Mejju.

[5] Minħabba l-isbuħija riċenti tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-UE, l-emissjonijiet notifikati għall-2005 ma’ ġewx ivverifikati b’mod indipendenti.

[6] Skond in-NAP tad-Danimerka għall-perjodu 2008-12 u l-informazzjoni addizzjonali sottomessa lill-Kummissjoni, id-Danimarka għandha tilħaq il-mira tagħha bil-ħolqien ta' inizjattivi ġodda nazzjonali għall-klima u permezz ta' xiri mill-Istat ta' krediti JI/CDM.

[7] Spanja stabbilit f'NAP2, strateġija ta' konformità li nkludiet l-identifikazzjoni ta' miżuri addizzjonali ta' tnaqqis biex jimtela l-vojt. Parti minn dawn il-miżuri huma inklużi fil-Pjan ta' Miżuri Urġenti kontra l-Bdil Tal-Klima fejn għandu jiġi implimentat matul l-2007.

[8] Din l-evalwazzjoni fiha informazzjoni dwar is-27 Stat Membru ta’ l-UE iżda hija ddettaljata l-aktar għall-15-il Stat Membru ta’ l-UE. Kien ipprovdut tbassir aġġornat minn 18-il Stat Membru. Informazzjoni dwar l-użu tal-mekkaniżmi flessibbli skond il-Protokoll ta’ Kjoto ġiet pprovduta minn 20-il Stat Membru. L-attivitajiet li jikkonċernaw lil LULUCF (‘bjar tal-karbonju’) skond l-Art. 3.3 u 3.4 tal-Protokoll ta’ Kjoto ġew inklużi kif reġistrat minn total ta’ 14-il Stat Membru.

[9] Fil-mument ta’ teżistiex informazzjoni disponibbli ta’ l-emissjonijiet tal-GHG għall-2005 għal Ex Repubblika Jugoslavja tal-Maċedonja. Bħala pajjiż li mhux qiegħed bħala Anness I mingħajr mira skond il-Protokoll ta’ Kjoto, l-Ex Repubblika Jugoslavja tal-Maċedonja mhijiex mitluba li tirrapporta din l-informazzjoni kull sena.

[10] COM(2007) 575 finali.

Top