EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0746

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/746 tat-13 ta’ Mejju 2022 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2022)3240) (It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/3240

OJ L 137, 16.5.2022, p. 173–176 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/06/2022; Imħassar b' 32022R0889

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/746/oj

16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/173


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/746

tat-13 ta’ Mejju 2022

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2022)3240)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u jista’ jkollu impatt qawwi fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u b’hekk jikkawża tfixkil għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ dawk l-annimali u l-prodotti tagħhom fi ħdan l-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’xi annimali porċini selvaġġi, ikun hemm ir-riskju serju li dik il-marda tinxtered fost annimali porċini selvaġġi oħra u fl-azjendi li jżommu l-annimali porċini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, u definiti bħala mard tal-kategorija A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu ċerti miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi, inkluż id-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi. B’mod notevoli, dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona infettata u projbizzjonijiet fuq il-moviment tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u tal-prodotti li joriġinaw minnhom.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 (4) jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard rigward id-deni Afrikan tal-ħnieżer. B’mod partikolari, fil-każ ta’ tifqigħa ta’ dik il-marda f’xi annimali porċini selvaġġi f’żona ta’ Stat Membru, il-punt (b) tal-Artikolu 3, ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona infettata f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Minbarra dan, l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi li dik iż-żona għandha tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tiegħu u li ż-żona infettata, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, tiġi aġġustata mingħajr dewmien biex tkun tinkludi mill-inqas iż-żona ristretta II. Il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jinkludu, fost l-oħrajn, il-projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u l-prodotti minnhom barra minn dawk iż-żoni ristretti.

(5)

Wara tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’xi annimali porċini selvaġġi fil-Muniċipalità ta’ Ruma fl-Italja, dak l-Istat Membru informa lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fit-territorju tiegħu, u stabbilixxa żona infettata f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/717 (5) ġiet adottata wara l-informazzjoni li waslet mingħand dak l-Istat Membru dwar dik it-tifqigħa.

(7)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/717 ’l hawn, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Italja kompliet tevolvi fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Muniċipalità ta’ Ruma, u l-Italja implimentat kif xieraq il-miżuri ta’ kontroll meħtieġa u ġabret data ta’ sorveljanza addizzjonali.

(8)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux iġġustifikati fil-kummerċ minn pajjiżi terzi, fil-livell tal-Unjoni u b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru jeħtieġ tiġi identifikata ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja. Din iż-żona infettata tqis is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Italja.

(9)

Sabiex jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, sakemm iż-żona tal-Italja milquta mit-tifqigħa riċenti tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stipulati fih, li japplikaw għall-movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u tal-prodotti minnhom barra minn dawn iż-żoni, jenħtieġ li jkunu japplikaw ukoll għall-movimenti ta’ dawk il-kunsinni miż-żona infettata stabbilita fl-Italja wara t-tifqigħa riċenti, apparti l-miżuri stipulati fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li ż-żona infettata tiġi elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tkun soġġetta għall-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li japplikaw għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Madankollu, minħabba din is-sitwazzjoni epidemjoloġika ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u filwaqt li titqies iż-żieda fir-riskju immedjat li din il-marda tkompli tinxtered, jenħtieġ li f’konformità ma’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma jiġux awtorizzati movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma u tal-prodotti minnhom lejn Stati Membri oħra u lejn il-pajjiżi terzi miż-żona infettata. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll id-durata tal-elenkar taż-żona.

(11)

Għalhekk, sabiex jittaffew ir-riskji li jirriżultaw mit-tifqigħa reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini selvaġġi fl-Italja, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tipprevedi li l-movimenti lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi ta’ kunsinni ta’ annimali porċini fiż-żona infettata u l-prodotti minnhom jenħtieġ li ma jiġux awtorizzati mill-Italja sad-data tal-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni.

(12)

Għalhekk, iż-żona infettata fl-Italja jenħtieġ li tiġi stabbilita minnufih u tiġi elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni flimkien mad-durata tal-elenkar taż-żona.

(13)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/717 jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Italja għandha tiżgura li żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer tiġi stabbilita minnufih mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u l-Artikolu 3(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, u li tkun tinkludi mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Italja għandha tiżgura li l-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer applikabbli għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 japplikaw fiż-żoni elenkati bħala żoni infettati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, apparti l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

Artikolu 3

L-Italja għandha tiżgura li l-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni elenkati bħala żoni infettati fl-Anness u tal-prodotti minnhom ma jiġux awtorizzati għall-movimenti lejn Stati Membri oħra u lejn il-pajjiżi terzi.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/717 titħassar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Awwissu 2022.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat. (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/717 tas-6 ta’ Mejju 2022 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja (ĠU L 133, 10.5.2022, p. 42).


ANNESS

Żoni stabbiliti bħala ż-żona infettata fl-Italja kif imsemmija fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Iż-żona fil-Muniċipalità ta’

Ruma bil-limiti li ġejjin:

Nofsinhar: Circonvallazione Clodia, Via Cipro, Via di San Tommaso D’Acquino, Via Arturo Labriola, Via Simone Simoni, Via Pietro De Cristofaro, Via Baldo Degli Ubaldi;

Lbiċ: Via di Boccea sal-intersezzjoni ma’ Via della Storta;

Punent-Majjistral: Via della Storta, Via Cassia (SS2) sal-intersezzjoni ma’ Via Cassia Veientana (SR 2bis);

Grigal: Via Cassia Veientana (SR 2bis) sal-intersezzjoni mal-Awtostrada A90 (Grande Raccordo Anulare), l-Awtostrada A90 sal-intersezzjoni max-xmara Tevere;

Lvant - Xlokk: Ix-xmara Tevere.

il-31 ta’ Awwissu 2022


Top